Illum previous editions

ILLUM 24 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-gazzetta qatt ma qagħdet tomgħoda wisq fuq il-kuntratt bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare - liema kuntratt kien iffirmat mill-eks Ministru u llum Deputat indipendenti Konrad Mizzi. Dan il-kuntratt ma kien xejn jekk mhux serqa sfaċċata, abbuż bi proprjetà tal-poplu li tingħata lill-Gvern biex jieħu ħsiebha hu u jmexxiha fl-aħjar interess tal-poplu u taħt dellijiet tqal ta' nies li ħadu l-bonuses, ħadu l-eluf kbar kuljum - €64,000 kuljum, skont l-eks PM Muscat - u m'għamlu prattikament xejn - anzi fallew. Dan apparti li Ram Tumuluri - kif kienet żvelat din l-istess gazzetta, kellu passat dubjuż u kien saħansitra instab ħati li seraq lill-klijenti tiegħu stess f 'lukanda li kien imexxi fil-Kanada! U allajbierek imbagħad tajnih iċ-ċwievet għal tliet sptarijiet pubbliċi. Dan apparti li l-VGH ma kellhom ebda esperjenza fis-saħħa, ma konniex nafu min hu l-Ultimate Beneficiary Owner tal-Kumpanija aħħarija fil- British Virgin Islands, ma ħallsux lill- kuntratturi, ma ħallsux lill-ħaddiema tal-IT, sabu sptarijiet li fihom kien diġa' sar miljuni f 'investiment u l-madwar €100 miljun f 'penali jekk Gvern iwaqqaf il-kuntratt. Jiġifieri huwa stabbilit - issa mingħajr xrara ta' dubju li dan kien, fl-aħjar xenarju kuntratt żvantaġġjuż għall-poplu u fl-agħar xenarju serqa sfaċċata. Logħba monopoly bi proprjetà pubblika. Issa li kien, kien u li sar, sar imma u llum hemm Steward Healthcare, suppost 'the real deal'. Issa nafu wkoll li kien hemm diskussjonijiet ma' Steward sabiex isir xi tibdil fil-kuntratt u kif żvelat il-gazzetta oħt Maltatoday il-Gvern jieħu lura l-binjiet iżda Steward jibqgħu imexxu l-operat ta' dawn it-tliet sptarijiet. Bħall-eks PM Joseph Muscat dan l-editorjal jittama li l-Prim Ministru jieħu deċiżjonijiet tajbin! Li kif għamel f 'diversi oqsma oħrajn il-Prim Ministru Robert Abela jirranġa dak li huwa manifestament ħażin, għal-inqas kif jista'. Jeħtieġ illi Steward Healthcare jinżammu kontabbli u li l-Gvern jara li l-miri jintlaħqu, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam mal-Isptar San Luqa. Dan l-Isptar kien u baqa' monument ħaj (jew qed jaqa' biċċiet) ta' dan il-kuntratt - imma l-affarijiet jistgħu jinbiddlu, il- proġett jista' jsir u jsir b'suċċess u nistgħu nagħmlu tajjeb għal ħin li intilef. U huwa l-Gvern biss li jista' jaċċerta dan għax fl-aħħar mill-aħħar huwa l-Gvern li huwa l-kustodju tal-assi, proprjetà u flus il-poplu. Nittamaw li ttieħdet l-opportunità biex għall-inqas l-affarijiet isiru sew. Din mhix kwistjoni ta' privatizzazzjoni u lanqas ta' nazzjonalizzazzjoni. Hija kwistjoni tal-bżonn li l-affarijiet isiru sew u kif xinhu xieraq b'rispett assolut lejn il-proprjetà tal-poplu. Għal kull min għandu għajnejn biex jara u moħħ biex jiem huwa ċar li hawn l-affarijiet ma sarux sew. Sakemm il-Qorti ma tiddeċidix favur it-talba tal-eks Kap tal- PN Adrian Delia fil-każ li fetaħ għall- annulament tal-istess kuntratt, il-Gvern għandu jaċċerta li titbiddel ir-rotta fuq dan il-proġett. Biex forsi fl-aħħar L-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar San Luqa verament ikollhom "the real deal"! Min jiġġedded u min għadu qed iserraħ fuq nies ta' 30 sena ilu! L-istorja ewlenija fuq il-faċċata tal-gazzetta illum tqajjem mistoqsija. Minkejja li vera ħadd mhu għar-rimi u minkejja li l-età m'għandha qatt tiddetermina min ikun f 'kariga (Il- President Amerikan il-ġdid għandu 78 sena): Iva possibbli l-Partit Nazzjonalista qiegħed daqshekk f 'qagħda ħażina li ma jistax isib persuni aktar ġodda u aktar żgħażagħ biex imexxuh? Possibbli l-PN għad irid iserraħ fuq nies li kienu fl-aqwa tagħhom 30 sena ilu biex jibqa' jopera? Mela inbidel il-Kap Nazzjonalista - imma maġenbu baqa' Viċi Kap li ħadem kemm felaħ biex Grech ma jiġix elett u Viċi Kap ieħor li ma tantx nisimgħu wisq dwaru. U issa se jerġa jitfa' ismu għal Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech. Mela din il-gazzetta kellha raġun fl-analiżi ta' żewġ Ħdud ilu. Inbidel il-Captain imma t-tim baqa' l-istess. Fejn huma ż-żgħażagħ? Dan filwaqt li l-Partit Laburista, li din is-sena jagħlaq tmien snin fil-Gvern, qed ineħħi d-Deputati l-antiki u forsi inqas effettivi u jbiddilhom b'nies bħal Miriam Dalli, Clyde Caruna u issa Oliver Scicluna - u Daniel Josè Micallef, per eżempju, fuq livell ta' partit. Wieħed - minkejja kollox - jiġġedded u fl-ieħor kulħadd jiġġieled biex iżomm postu, "inkella nirriżenja, nitlaq...". Inkredibbli! VGH: Dak ir-'real deal' ġej jew le?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 January 2021