Illum previous editions

ILLUM 24 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 • illum Bidu tal-ħdax-il żodjaku 'Aquarius' Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu tal-ħdax-il żodjaku Aquarius Ħafna jaħsbu li ż-żodjaku ta' Aquarius huwa l-bidu tal- kalendarju żodjaku peress li tibda fl-ewwel xahar tas-sena ta' Jannar iżda fil-fatt iż-żodjaku ta' Aquarius huwa l-ħdax- il wieħed. Iż-żodjaku ta' Aquarius jgħaqqad miegħu ż-żodjaki ta' Libra u Gemini u jiffurmaw l-element tal-ilma. Danit-trio taż-żodjaki huwa meqjus bħala l-aktar wieħed b'saħħtu fost l-erba' elementi. Dawn it-tliet żodjaki flimkien joffru; motivazzjoni, determinazzjoni, komunikazzjoni tajba, intelliġenza u tmexxija intensiva. Iż-żodjaku ta' Aquarius imur tajjeb ħafna ma' Libra, Pisces u Sagittarius, Cancer, Capricorn, Taurus, Virgo u Gemini. Però ma jmur xejn sew maż-żodjaki ta' Aries, Leo u Scorpio. L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta' Aquarius huwa dak tat- Tlieta waqt li dak tal-Ġimgħa jevitawh. L-aktar xahar ideali huwa Ġunju filwaqt li Marzu ma għandekx tippjana fih. Il-kristalli li jipprovdu dik l-enerġija pożittiva fil-ħajja ta' kuljum għaż-żodjaku ta' Aquarius huma Rose Quartz u Sapphire. Jekk int taqa' taħt iż-żodjaku ta' Aquarius u tixtieq aktar informazzjoni, ibgħat messaġġ fuq 79495804 jew żur is-sit: www.pauljon13.com. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu taż-żodjaku ta' Aquarius bħala Aquarius huwa mument li ma toqgħodx lura mill-pjanijiet li għanek f 'moħħok li trid twettqu. Issa huwa ż-żmien opportun għalik li dan it-twettq jibda jseħħ. L-importanti li jkollok aktar twemmin ġewwa fik, temmen li dak li int ser twettaq huwa biss għall-ġid u għall-istabbiltà tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: Aquarius magħrufin għall-organizzazzjoni tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu taż-żodjaku ta' Aquarius bħala Pisces huwa mument li fil-ħajja tiegħek fejn ser jagħmlek iktar matur sabiex b'hekk tagħraf iżjed ir-responsabbiltà ta' dak kollu li hemm madwarek. Huwa mument li ser jagħmlek tagħraf tippjana aħjar u b'inqas tfixkil. Taqtax qalbek u ħares biss 'il quddiem għax għandek ħafna sitwazzjonijiet tajbin resqin lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 26, 28 u 29. Pisces magħrufin li jimxu mal- mument. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu taż-żodjaku ta' Aquarius bħala Aries ser jagħmlek tagħraf it-tajjeb ta' dak li int għandek, b'hekk int ser issaħħaħ u tagħraf aktar l-abbiltà li int tippossedi ġewwa fik. Hekk ser tkun tista' tanalizza dak li ġej lejk. Diversi opportunitajiet huma resqin lejk b'aspetti ġodda. Għalhekk agħraf sew dan biex tkompli ssaħħaħ il-futur tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 28, 29 u 30. Aries huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu taż-żodjaku ta' Aquarius bħala Taurus ser joffrilek li tagħraf li m'intix tilħaq l-aspettattiva li kkommettejt għaliha. Dan fil-ġimgħat li ġejjin ovjament ser joħloq inċertezza madwarek. Għalhekk minn issa trid tibda tirranġa dan in-nuqqas sabiex b'hekk f 'dawn il-ġimgħat tagħraf taqbad dak ir-ritmu mitlub u meħtieġ minnek. Agħraf sew dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik għal din il- ġimgħa huma: 25, 26, 28 u 29. Taurus huma magħrufin għat- tfassil iddettaljat tagħhhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu taż-żodjaku ta' Aquarius bħala Gemini ser jagħmlek tagħraf iżjed tkun paċenzjuż. Jekk int tagħraf iżżomm il- paċenzja s-sitwazzjoni ta' madwarek, tista' tieħu xejra b'mod differenti u tagħmlek f 'dik il-linja tant mixtieqa u addattata għalik iżda jekk titlef il-paċenzja dan jaf joħloq sitwazzjonijiet ikkumplikati li żgur mhux il-mument għal dan. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 27, 28 u 29. Gemini huma magħrufin għall-komunikazzjoni u l-abbiltà tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu taż-żodjaku ta' Aquarius bħala Cancer ser jagħmlek tagħraf aktar il- vantaġġi li hemm iduru miegħek. Bħalissa żgur qed tħoss li wasalt f 'miment fejn trid tagħraf aktar dak it-twettiq fil-madwar tiegħek dak li verament huwa vijabbli għalik sabiex minn issa tibda tesprimi b'mod kalm dak li tħoss u li tixtieq. Ħares 'il quddiem biss. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 26, 27 u 30. Cancer huma magħrufin bħala nies ta' gwida pożittiva. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Aquarius bħala Virgo huwa mument ta' enerġija pożittiva li ser tagħmlek aktar organizzat sabiex soċjalment tkun aktar pożittiv, dan huwa dak li int trid tiffoka dwaru sabiex il-miri li tilħaq ikunu milħuqin. Agħraf żid il-fokazzjoni tiegħek sabiex tilħaq aktar l-istabbiltà ta' madwarek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 28, 29 u 30. Virgo huma magħrufin għall- abbiltà u t-twemmin tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu taż-żodjaku ta' Aquarius bħala Libra ser jagħmlek qisek tara l-affarijiet madwarek mhux kif tixtieq iżda xorta waħda żomm lilek pożittiv u jekk tagħmel hekk din il-fażi fi żmien qasir ser tgħaddi u int tkun tista' tkompli tavvanza f 'dak li int trid twettaq. Mument li fih trid l-għaqal. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 26, 27, 29 u 30. Libra magħrufin għall-attivita tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Aquarius bħala Sagittarius huwa mument ta' riflessjoni, mument ta' ppjanar u mument ta' deċiżjonijiet. Minħabba dak li ġej f 'dawn il-ġimgħat trid tkun aktar imħejji minn qabel għal dak li riesaq lejk. Għandek bżonn ta' aktar attenzjoni minn qatt qabel minħabba r-responsabbiltà li dieħel għaliha. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 27, 29 u 30. Sagittarius huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Aquarius bħala Scorpio ser jagħmlek tagħraf li trid tibda tħossok aktar sigur u ċert minn dak li ser tkompli tippjana. Dan huwa mument importanti ħafna għalik li tibda tħossok iffukat aktar meta l-ħajja ta' madwarek ser tieħu forma differenti. Irrifletti ferm. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 26, 28 u 29. Scorpio magħrufin bħala persuni ta' flessibbli.. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Capricorn għalik bħala Capricorn ikun mument sabiex tagħraf iżjed il-kalma sabiex tkun tista' tiffoka aktar fuq dak li riesaq lejk. Il-bidla li qed tersaq lejk. F'dawn il-ġranet kun aktar iffokat sabiex dak kollu li hemm bżonn jitwettaq ikun biss verament kif tixtieq int. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 26, 27 u 29 Capricorn huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu taż-żodjaku ta' Aquarius bħala Leo huwa l-mument li tagħraf u tirrikonoxxi aktar spazju għalik. Spazju li dan l-aħħar taf li naqas sew minn madwarek u qed ikun il-kawża li m'intix tkun iffokat biżżejjed. Għalhekk issa trid tagħraf li hemm bżonn aktar konċentrazzjoni b'mod speċjali minħabba l-pjanijiet li trid tibda twettaq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 26, 28 u 30. Leo huma magħrufin għad-determinazzjoni tagħhom. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 January 2021