Illum previous editions

ILLUM 24 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 Carmel Bonnici Films tal-biża' dwar iż-zombies (2) ...ikompli mill-Ħadd li għadda Naturalment, dan ix-xenarju u l-istorja taz-zombies huma tassew ideali għall-produtturi tal-films tal-biża'. Għall-ħafna snin, fil-films iż- zombies kienu murija kajmana, mexjin bil-mod, jitbandlu kważi se jaqgħu jew ma jaqgħux, b'għajnejn mingħar viżta, jidhru verament ta' ħasra, pero' ma jagħmlux xi ħsara. Minn xi snin 'l hawn, din it- tendenza nbidlet u ż-zombies saru ħfief, feroċi u brutali u għatxana għall-laħam tal-ħajjin. Films ewlenin li wrew liż-zombies b'konvinzjoni huma dak tad- direttur Victor Halperin tal-1932, White Zombie u I Walked With A Zombie tal-1943. Eżempji oħra ta' dan il-ġeneru ta' produzzjonijiet kienu Revolt Of e Zombies, e Zombies Of Mora Tau, King Of e Zombies, e Ghost Breakers u r-remake tiegħu, Scared Stiff u Dr. Terror's House Of Horrors. Dan l-isem ta ismu lil xarba qawwija tar-rum u memorja distinti ta' dan kienet ġo film kummiedja, meta l-ahwa Ritz daħlu ġo bar u ordnaw "ree Zombies". Il-barman wieġeb li jaf xi jridu u sfidahom jekk humiex kapaċi jixorbuhom. Dawn il-mejtin/ ħajjin tassew dehru jitkaxkru f 'xena ta' ħolma fil-film tal-kumpanija Hammer tal-1965, Plague Of e Zombies. Fl-1968 wasal il-film seminali, Night Of e Living Dead li reġa' qajjem interess u entużjazmu sħiħ f 'dawn ix-xjafek. Id-direttur tiegħu, George A. Romero, għamel isem sħiħ bħala il-factotum ewlieni b'ħafna xogħlijiet simili tal- biża', l-aktar b'dawk taż-zombies li verament attiraw lill-ħafna li jħobbu dawn il-kwalitajiet ta' produzzjonijiet. Fost dawk li għamlu isem lil dan id-direttur insibu t-trijoloġija Night Of e Living Dead, Dawn Of e Dead (1978) u Day Of e Dead (1985). Barra dawn, kellu wkoll e Crazies (1973), Zombies (1978), sekwenza minn Creepshow (1982), kif ukoll reġa' mbarrka fuq Night Of e Living Dead (1990), issa bil-kulur u kien dan il-film li wera lil dawn il- mingħula aktar ħfief u feroċi. Reċentement, films oħra dwar dawn il-misħutin kienu s-sensiela Resident Evil, 28 Days Later u s-sequel, World War Z li parti minnu nħadmet hawn Malta u diversi oħrajn. Fil-films ta' dan l-aħħar ir-raġuni l-għaliex dawn iż-zombies kienu jiġġerrew ma' kullikkien kienet minħabba xi virus imxerred minn xi korporazzjoni kemikali, xi rimi fl-art jew fl-ilma ta' materjal tossiku, minħabba xi epidemija u qatt, bħal qabel, kawża tal-prattika tal-voodoo. Xogħol tassew divertenti u anki umoristiku dwar dan il-ġeneru kien dak Brittaniku, Shaun Of e Dead (2004). Issa se niġi għall-istorja ta' dak klassiku u ta' fama kulta tal-1968, Night Of e Livind Dead, il-film li qajjem fervent kbir palpabbli fost l-akkaniti tal-films tal-biża' u t-twerwir li għadu sal-preżent jintwera fil-festivals jew wirjiet apposta ta' tard bil-lejl. F'ċimiterju fil-bitħa tal-knisja fil-kampanja tal-punent ta' Pennsylvania. Johnny (Russell Streiner) jinqatel minn bniedem misterjuż liebes diżutli, imma oħtu Barbara (Judith O'Dea) taħrab u tmur f 'razzett tal-qrib. Hemmhekk, issib katavru nofsu mikul u jħossha ħażin kważi fi stat ta' koma. Malajr jiġi ħdejha Ben (Duane Jones), bejjiegħ żagħżugħ, li hu wkoll imbeżżgħa imma jinsab kalm biżżejjed biex jibda jimbarra l-bibien u t-twieqi. L-attakkanti zombies malajr jaslu qrib. Huma jibżgħu min-nar u għall-it ħin iżommu lura. Mill-post fejn kienu jistaħbew fil-kantina joħorġu Harry u Helen Cooper (Karl Hardman u Marilyn Eastman) bit-tifla tagħhom Karen (Kyla Schon) u koppja oħra żgħażugħa, Tom u Judy (Keith Wayne u Judith Ridley). Harry u Ben jargumentaw bejniethom kif jistgħu jagħmlu reżistenza. Wara li jisimgħu rapport fuq ir-radju dwar il-firxa taż-zombies, jippjanaw li jaħarbu bi trakk, imma l-petrol jisplodi b'Tom u Judy jinħarqu ġo fih. Ben, li mar jgħinhom isib ruħu msakkar barra minn Harry. Ġaladarba jerġa' jirnexxilu jidħol b'aċċident joqtol lil Harry fis-saħna tal-mument. Iż-zombies jersqu verament qrib u Karen issa mibdula f 'waħda minnhom, toqtol lil ommha stess b'kazzola. Barbara wkoll tinbidel f 'waħda minn dawn il-kreaturi moqżieża minn ħuha Johnny. Kulħadd issa hu mejjet ħlief Ben li jsib post fejn jistaħba fil- kantina. L-għada filgħodu joħroġ minn hemm u jisparaw fuqu xi suldati li ħasbuh imfettat u ġismu jittieħed biex jinħaraq. Bħala film li jibbrilla biex iperreċ dak kollu li hu ordinarju f 'eżistenza ta' belt żgħira ta' ebda karattru, Night Of e Living Dead, maħdum bla kulur fl-1968, bi stil kważi ta' dokumentarju, kien l-ewwel film individwalment ta' natura personali tad-direttur George Romero, li tassew għandu jkun kburi bih. Fih kien ukoll l-editur u dak li jħaddem il-kamera b'sens ta' wieħed awtentiku fejn ħa kollox fuq spallejh, tajjeb u ħażin. Finalment, ir-riżultati ġġustifikawh u għollewh fl-istatus ta' kult. TMIEM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 January 2021