Illum previous editions

ILLUM 24 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 • illum aħbarijiet Id-differenza fid-dħul bejn il-ġeneri fl-UE: 16% fost l-impjegati u 37% fost il-pensjonanti ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kellhom indiċi ta' 67.9 minn 100 fl-Indiċi tal-Ġeneru għall-2020, titjib ta' 5.9 mill- 2005. Id-differenzi fil-ġeneru f 'dak li jirrigwarda ħlas fis-siegħa (gender gap) huwa ta' 16% fl-UE u jitla' għal 37% fost il-pensjonanti Dawn iċ-ċifri jiġu fid-dawl tal- fatt li Parlament Ewropew din il-ġimgħa laqa' b'mod pożittiv miżuri inklużi fl-Istrateġija għall- Ugwaljanza tal-Ġeneru tal-Unjoni Ewropea (UE) 2020 - 2025, imma fl-istess ħin talab għal aktar azzjonijiet u għanijiet speċifiċi. Fir-rapport adottat b'464 vot favur, 119 kontra u 93 astensjoni l-Membri Parlamentari Ewropej iddeskkrivew tali strateġija bħala "ambizzjuża" imma "xi kultant wisq vaga u mingħajr għanijiet definiti li għandhom jintlaħqu sal- 2025, b'għodda ta' moniteraġġ ċar." L-istrateġija ġiet ippreżentata f 'Marzu tal-2020 mill- Kummssjoni u tindentifika azzjonijiet li jinkludu l-ġlieda kontra l-vjolenza għab-bażi tal- ġeneru u sterjotipi, l-assigurazzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali u favur l-opportunitajiet - inkluż paga ugwali u l-bilanċ tal-ġeneru fid- deċiżjonijiet politiċi. Il-ġlieda kontra l-vjolenza fil- konfront tan-nisa Il-Parlament Ewropew laqa' l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li tipproponi miżuri għal 2021 li jilħqu l-oġġettivi tagħha fil-każ li xi membri jippruvaw jimblukkaw ir-ratifikazzjoni. Inkwetati dwar in-natura, il- gravità tal-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, l-MEPs qed jappellaw għal miżuri li jiddefinixxu u jipprojbixxu l-vjolenza fuq il-post tax- xogħol. Fosthom permezz ta' mekkaniżmi ta' taħriġ, kampaniji ta' għarfien u servizzi ta' rimedju u appoġġ. Huma qed jappellaw ukoll għal qafas ta' Direttivi tal- UE biex tkun miġġieleda kull forma ta' vjolenza domestika - partikolarment il-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (FGM), abort sfurzat, l-ittraffikar, il-vjolenza ċibernatika u mibgħeda kontra n-nisa. Urew ukoll tħassib partikolari fuq l-aċċess għall- edukazzjoni sesswali u l-abort fil-Polonja kif ukoll riformi li jattakkaw persuni transgender u intersex fl-Ungerija. Fil-kuntest tal-pandemija l-MEPs fakkru illi 70% tal- ħaddiema globali fis-saħħa u l-qasam soċjali huma nisa b'pagi, ħafna drabi minimi. Għalhekk il-Parlament Ewropew qed jappella għal żieda fil-pagi u titjib fil-kundizzjonijiet f 'setturi ddominati minn nisa. Ir-rapporteur mis-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej Maria Noichl qalet illi l-Parlament Ewropew qed jerġa jitfa' fuq l-aġenda il-kwistjoni ta' soċjetà ugwali fil-qasam tal- Ġeneru. "Jekk ma jinbidel xejn fl-UE, se ndumu 65 sena oħra biex ikollna ugwajanza fil-Ġeneru. L-istrateġija u l-azzjonijiet li qed tipproponi huma rotta aktar veloċi għall-ugwaljanza," temmet tgħid Noichl. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fl-aħħar ġimgħat minħabba numru ta' fatturi l-prezz internazzjonali taż-żejt tela b'mod sinjifikanti. Filfatt minn taħt $40 il- barmil fil-bidu ta' Novembru il-prezz issa qabeż $55. Dan wassal biex minkejja l-qagħda mwiegħra ekonomika ta' ħafna familji madwar l-Ewropa, il-prezz tal-uwil kellu jiżdied b'mod sostanzjali. Dan minbarra li f 'numru ta' pajjiżi minħabba l-qagħda fi- nanzjarja xi Gvernijiet għażlu li jgħollu l-piż tat-taxxi fuq il-uwil. Dan fisser li fl-aħħar xahar biss kien hemm żieda medja ta' madwar 9 ċenteżmi fil-prezz tal-uwil madwar iż-żona ewro. L-akbar żidiet seħħew fil-Ġermanja, fejn il-prezz tal-petrol żdied b'15 ċenteżmu l-litru, mentri d-diżil żdied b'14-il ċenteżmu. Anke fil-Finlandja u l-Lussemburgu ż-żieda fil-prezzijiet kienet ta' aktar minn 10 ċenteżmi kull litru. Statistika tal-Kummisjoni Ewropea turi li huwa f 'Malta biss li l-familji u n-negozji ma kellhomx jaf-faċjaw żidiet fil-pizijiet. B'hekk il-prezz tal-petrol f 'pajjiżna issa huwa kważi 6 ċenteżmi orħos mill-medja fiż-żona ewro, mentri l-prezz tad-diżil huwa 3 ċenteżmi orħos. Il-prezzijiet f 'pajjiżna huma orħos minn dawk imħallsa minn 7 minn kull għaxar ċittadini fiż-żona ewro, mentri dawk tad-diżil huma orħos minn dawk imħallsa minn 8 minn kull għaxar ċittadini fl-istess żona. L-ogħla prezz tal-petrol fiż-żona ewro jinstab fl-Olanda, €1.63, mentri l-ogħla diżil jinstab fil-Finlandja, €1.35. Dawn huma rispettivament 29 ċenteżmu u 14 ċenteżmu aktar ogħla mill-prezzijiet f 'pajjiżna. Li kieku l-familja medja f 'pajjiżna esperjenzat iż-żieda medja li kien hemm madwar iż-żona ewro fl-aħħar xahar, kieku n-nefqa fuq uwil fix-xahar kienet tiżdied b'madwar €22 jew kważi 75 ċenteżmi kull jum. Grazzi għall-politika ta' stabilita fil- prezzijiet l-familji u n-negozji f 'pajjiżna ma soffrew l-ebda impatt mill-bidla qawwija fil- prezz internazzjonali taż-żejt. Il-Parlament Ewropew jitlob, permezz ta' riżoluzzjoni, għal azzjonijiet u miri aktar speċifiċi fl-Istrateġija għall-Ugwajanza tal-Ġeneru tal-UE Malta: l-uniku pajjiż fejn il-prezzijiet tal- fjuwil ma għolewx fl- aħħar xahar Zieda fil-prezz fl-aħħar xahar (ċ) Petrol Diżil Malta 0 0 Ċipru 1 4 Belġju 1 2 Litwanja 3 4 Estonja 3 6 Slovenja 3 4 Slovakja 4 3 Spanja 4 4 Latvja 4 6 Ġreċja 4 6 Awstrija 5 4 Irlanda 5 4 Italja 5 5 Portugal 6 4 Franza 7 6 Olanda 8 8 Lussemburgu 11 9 Finlandja 11 12 Ġermanja 15 14

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 January 2021