Illum previous editions

ILLUM 24 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 X'tagħmel b'€250,000? 55% tal-Maltin jinvestu fil- proprjetà ... l-aktar iż-żgħażagħ Minkejja li l-kostruzzjoni tibqa' kwistjoni li toħloq uġigħ ta' ras, inkonvenjent u anke kontroversja, il-maġġoranza tal- Maltin għadhom jemmnu li l-proprjetà hija l-aqwa investiment ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM 'Malta riżorsa it li xejn għandha għajr il-ġebla.' Mhux l-ewwel darba li wieħed jisma' din l-istqarrija f 'dak li huwa relatat mal-proprjetà u l-fatt (jew perċezzjoni) illi l-Malti jinvesti flusu l-aktar fil- proprjetà għaliex fattwalment u kuntrarjament għal assi oħrajn, il-valur tagħha ġeneralment jogħla mhux jonqos. Sondaġġ xjentifiku tal-gazzetta ILLUM b'mistoqsija partikolari, jitfa' aktar dawl fuq din l-istqarrija u l-veraċità tagħha. Il-gazzetta tistaqsi: Jekk tirbaħ jew ikollok f 'idejk €250,000 x'tagħmel bihom? Huwa ċar li mill-għażliet kollha li ssemmew l-aktar għażla popolari kienet investiment fi proprjetà. Fil-fatt maġġoranza, jew 55% ta' dawk li pparteċipaw f 'dan is-sondaġġ xjentifiku wieġbu illi b'dawk il-flus jinvestu fi proprjetà, filwaqt li kienu 10.2% u 10.8% li qalu illi jinvestu f 'ishma/stokks jew jiddepożitaw il-flus rispettivament, jekk ikollhom dan l-ammont ta' flus f 'idejhom. Intant 23.2% semmew raġunijiet 'oħrajn', lilhinn minn dawn, dwar x'jagħmlu b'€250,000. Iż-żgħażagħ l-aktar li jmorru għall-proprjetà Forsi mingħajr wisq sorpriża jirriżulta li l-aktar illi semmew il-proprjetà huma dawk in-nies li daħlu fis-suq fl-aħħar snin jew inkella li se jidħlu (jew jixtiequ jidħlu) fis-suq fis-snin li ġejjin. L-aktar pożittivi kienu l-gruppi ta' etajiet żagħżugħa, dawk ta' bejn it-18 u l-35 sena kif ukoll dawk bejn is-36 u l-50 sena, fejn 70% semmew il-proprjetà. Dan jikkumpara mal-persentaġġi ferm baxxi ta' anzjani li semmew il-proprjetà, probabbilment minħabba raġunijiet ovvji. Fil-fatt maġġoranza relattiva (taħt il-50%) tal-anzjani jew 45.1% semmew infieq 'ieħor', probabbilment riflessjoni tal- fatt li ħafna anzjani jippreferu jżommu flus kontanti, milli jiddepożitaw fil-bank u jħallu l-flus - jew parti minnhom - bħala wirt. Kienu 24.5% biss ta' dawk aktar minn 65 sena li qalu illi jinvestu fi proprjetà jekk ikollhom €250,000. F'termini ġeografiċi l-aktar nies li semmew il-proprjetà kienu dawk li jgħixu fir-reġjun tat-Tramuntana tal-pajjiż, żona li tinkludi l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar. Hawnhekk maġġoranza qawwija jew 64% semmew il- proprjetà. L-inqas li semmewha kienu dawk li jgħixu fin-nofsinhar tal- port, li jinkludi lill-Kottonera, Ħaż Żabbar u lokalitajiet oħrajn, anke jekk fil-fatt xorta l-proprjetà kienet l-aktar li ssemmiet minn fost il-parteċipanti minn dawn il- lokalitajiet. Kienu b'kollox 49% li semmew investiment fi proprjetà. Qabilhom, bi it aktar minn nofs, dawk li jgħixu fir-reġjun tat- Tramuntana tal-Port (Tas-Sliema, Birkirkara, Swieqi ...) b'50.4%, imbagħad l-Għawdxin (51.3%), dawk li jgħixu fil-Punent (Rabat, Imtarfa, Ħ'Attard...) b'57.3% u finalment ix-xlokk (61.5%). Edukazzjoni ogħla tfisser aktar ambizzjonijiet għal proprjetà Intant l-aktar persuni li semmew il-proprjetà kienu fost dawk li għandhom edukazzjoni terzjarja, b'maġġoranza qawwija ta' 69.4%. Fil-fatt is-sondaġġ juri xejra partikolari: Ogħla kemm tkun kemm l-edukazzjoni tal- persuna, aktar għolja x-xewqa li jsir investiment fil-proprjetà. L-inqas fil-fatt li jsemmu l-proprjetà kienu dawk li għandhom livell primarju ta' edukazzjoni, b'17.5% biss. Minflok hawnhekk kważi 48% semmew affarijiet 'oħrajn' u 24% qalu li jiddepożitaw flus il-bank. 51.8% u 64.5% ta' dawk b'edukazzjoni sekondarja u post-sekondarja rispettivament semmew il-proprjetà. Interessanti huwa l-fatt li minkejja kritika qawwija (u ħafna drabi ġustifikata wkoll) votanti tal-Alternattiva Demokratika fl-2017, perċentwalment, huma l-iktar li semmew investiment fi proprjetà (87%). Perċentwalment ukoll il-votanti tal-PN fl-2017 iktar semmew il-proprjetà (61%) minn votanti Laburisti (52.3%). Fil-każ ta' persuni li vvutaw Labour fl-2017 kien hemm iktar mid-doppju (13.3%) li semmew depożiti fil-banek minn votanti Nazzjonalisti (5.1%). Meta wieħed iħares lejn il- ġeneru jsib li ma hemmx wisq differenza, għalkemm it aktar irġiel (56.4%) semmew xiri ta' proprjetà minn nisa (53.7%). Fl-aħħar snin il-Gvern nieda diversi skemi u miżuri relatati max-xiri tal-proprjetà primarjment it-tneħħija tal-ħlas tat-tat-taxxa tal-boll għall-First Time Buyers, li mbagħad ġiet estiża għas-Second Time Buyers ukoll. Fl-aħħar Baġit il-Gvern ħabbar ukoll illi l-ammont mhux taxxabbli f 'din l-iskema se jiżdied b'€25,000 biex issa l-valur mhux taxxabbli fuq xiri ta' proprjetà, tela' għal €200,000. Il-Gvern ħabbar ukoll tnaqqis tat-taxxa fuq proprjetà li tintiret jew inkella tingħata bħala rigal kif ukoll tnaqqis fit-taxxa fuq proprjetà f 'Għawdex. Fl-aħħar snin kiber b'rittmu qawwi ħafna - għalkemm ħa xi it ta' daqqa bil-pandemija - is-settur buy-to-let b'mijiet ta' familji Maltin jixtru proprjetà li imbagħad kienu jikru, b'mod speċjali lil ħaddiema u familji barranin. 10.3% 10.8% 23.3% 55% Ishma / Stocks Depożiti Ćl-Banek 'Oħrajn' Proprjeta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 January 2021