Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643
23 rakkont illum • Il-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 Sharon Calleja F tit wara li konna ħriġna mill-Port il-Kbir, jiena kont ħadt kontroll ta' dak il-bas- timent kbir, b'ħila ta' espert marittimu. L-ekwipaġġ li kelli miegħi kienu verament qegħdin jaħdmu għal qalbhom u għaddejna l-ewwel ġurnata trankwilla b'mod totalment kif ippjanajna. It-temp kien favurina. Il- mewġ ħelu ħelu kien qiegħed jiġi mifruq bil-pruwa tal-Aurora b'professjonalita' kbira. Ikel u xorb kellna bl-abbundanza. "Ton, għandek bżonn xi ħaġa?" beda jsaqsini Ġanni Debattista, jgħini bl-aqwa ħila tiegħu ta' kaptan bi it inqas esperjenza minni. "Kollox tajjeb," kont weġibtu. Dak il-lejl, it wara li kien dalam sew, kont erħejtilha lejn il-kabina, qbadt dan il-ġurnal f 'idejja u ħarist lejn il-qoxra tiegħu. Kont beħsiebi nikteb tip ta' djarju b'kull ġurnata li konna ser ngħaddu. Qbadt il-pinna li kont inħobb inżomm ġol-but tal-qmis bajda u ktibt ismi fuq quddiem. Mario Toni Drago. Meta kont iżgħar kont inħobb nuża ismi bħala Mario, imma mbagħad meta bdejt nibbrilla fil- ħajja bħala sajjied, fir-raħal kienu qabdu jsejħuli Ton. Kienu ġabuha mill-kelma tonn. Il-ħuta li tant kont inħobb immur nistad għaliha. Bl- ingliż konna nsejħulha 'Albacore'. Il-ħolma tiegħi kienet li xi darba jkolli l-opportunita li mmur nistad għaliha barra minn Malta, f 'baħar ieħor. Baħar ikbar mill-Mediterran. "Ġurnata numru wieħed," qbadt nikteb, inħares minn ġol-ħġieġa tal-kabina u nħoss sodisfazzjon mhux it. Is-sema kienet imtektka bl-istilel u ż-żiffa tal-lejl kienet kajmana. Kont qed inħoss it tan-ngħas u it qabel kont tlabt lil Ġanni Debattista jbiddilni it. Kont tajtu xi ndikazzjonijiet fuq il-boxxla, ir-radju minħabba xi emerġenza li kont ċert li ma kienx ser ikollna għalfejn nużawh u xi direzzjonijiet oħra siewja. Kont beħsiebni norqod għal xi sagħtejn kollox. U wara nerġa' nqum u nkompli nsuq dan il-kapulavur magħmul mill-injam mastizz u ħadid irfinat. "Ir-riħ illum kien forza tnejn, qbiżna ż-żona ppjanata u għamilna ġurnata tajba." Ħarbixt il-kliem malajr, hekk kif kont qed inħoss għajnejja tqal, poġġejt il-ġurnal fuq il-komodina u dħalt malajr fis-sodda mħejjiha apposta għalija. U striħajt. Kif jiġrilek kultant hux. Torqod sagħtejn u tkun qisek irqadt lejl sħiħ. Wara sagħtejn eżatt qomt qisni ċomba lest għax-xogħol. Mort malajr lejn is-sink tal-kamra, laħlaħt it wiċċi, imxatt it xagħri u erħejtilha lejn fejn kien hemm Ġanni jitħabat waħdu. "Irqadt xi it?" staqsieni bid- dmugħ f 'għajnejh għax it qabel kien għadu kemm ittewweb. Kien hemm skiet taqtgħu b'sikkina. Il-magni tal-Aurora bilkemm kont tismagħhom jaħdmu. Minn fejn konna, kont qiegħed nisma' ċ-ċafċifa ħelwa tal-baħar! "Iva," weġibtu fil-qasir. Kien hemm kalma kbira u bil- lejl kont inħobb insuq aktar minn matul il-ġurnata. Ħafna mill- ekwipaġġ kienu qegħdin fil-kabini tagħhom, jistrieħu huma wkoll. Imma kien ikun hemm xi erba' minnhom għall-alert. Kien propju dak il-ħin. Rajniha. Għalkemm kien hemm dlam ċappa, aħna kellna biżżejjed dawl. Stajna naraw fil-bogħod. "Ġann.......int qed tara bħali?" staqsejtu jien, b'għajnejja qishom żewġt iblalen tal-billiard. "X'qed tara Ton?" staqsieni dak, jiaħ ħalqu u jitla' fuq ponot subgħajh għax għal ħdejja kien xi it qsajjar. "Dik.............dik?" qalli dak b'ħalqu miuħ. Kienet qiegħda hemm. Fid-dlam. Dgħajsa kemmxejn kbira. Bla dawl. Donnu ma kien jidher ħadd fiha, imma kellha xi kabini. Kienet qiegħda hemm titbandal mal-mewġ. Imn'alla konna rajniha! Għax eżatt quddiemna kienet! U fuq dak l-ispeċi ta' skrin li kellna, fejn konna naraw dgħajjes oħra, fejn kien suppost jimmarka kollox, ma kinitx qiegħda tidher! "Mhix tidher hawn, Ġann............" "Stramba l-biċċa............" weġibni dak. Tgħid kienet xi dgħajsa tal-pirati? Tgħid kif kienet qiegħda hekk, hemm barra, bejn sema u ilma, fiż-żona eżatt malli toħroġ mit- territorju tal-baħar Malti? "X'ser nagħmlu?" staqsejt lil Ġanni, inħoss is-suf ta' dahri jitla' xewk xewk. Ma nafx għalfejn, imma qabadni ħsieb ħażin fuqha. "Ħeqq........jekk forsi ġralhom xi ħaġa u tilfu s-sinjal? Jekk forsi għandhom bżonn l-għajnuna?" staqsieni Ġanni b'għajnejh imberrqin aktar minn tiegħi u xuejh xotti għal kollox, f 'daqqa waħda. "Imma jien qed nibża' li nista' npoġġi l-ekwipaġġ tagħna fil- periklu............" weġibtu, b'ton inkwetat. "Imma aħna għandna l-Aurora ta.............dik id-daqxejn ta' dgħajsa!" kompla jgħidli. "Mur ara, kemm jistgħu qegħdin ekwipaġġ fuqha!" "Mela mur qajjem lil kulħadd. Bilmod. Tantx tagħmluha ovvja!" lissint jiena minn taħt l-ilsien. "Nersqu qribhom u naraw għandhomx bżonn xi ħaġa minn fuq ir-radju." "Tajjeb." Ġanni sellimli u telaq iqajjem l-ekwipaġġ kollu. Ftit wara kienu kollha fuq il- pruwa, b'wiċċhom maħsul u lesti għax-xogħol. Kont inkwetat. Kienet sikkina taqta' minn żewġ naħat. Jekk kont ser nieqaf, jaf kont ser inpoġġi lilna nfusha għall-periklu. Imma jekk le, u jaf kellhom bżonn xi ħaġa, kont ser inkun kaptan bla sinsla. Ressaq il-bastiment kbira tagħna eqreb lejn dik id-dgħajsa u bdejt insejħilhom fuq ir-radju. "Hawnhekk Aurora qegħdin i ns e j ħu l kom . . . . . . . . . . h aw n h e k k Aurora, qegħdin tarawna? Hemm xi ħadd abbord fid-dgħajsa? Hemm xi ħadd li għandu bżonn xi ħaġa?" staqsejt jien. "Jisimha Victoria........!" ġie jħaffef lejja Ġanni, iżomm il-binoklu f 'idejh. "Victoria, Victoria! Qegħdin insejħulkom! Hawnhekk l-Aurora! Għandkom bżonn xi ħaġa?" bdejt insejħilhom. Iżda ma beda jweġibni ħadd. Silenzju. "Hawnhekk Aurora. Ser insejħulkom tal-aħħar u nkomplu triqitna........." komplejt. Xejn. Ġanni tani daqqa t'għajn u għamilli iva b'rasu. "Ħadd," weġibni. "Mejdej! Mejdej! Għandna bżonn l-għajnuna! Għandna bżonn l-għajnuna!" bdejt nisma' leħen maskili ħiereġ minn ġor-radju, jinstema' kemmxejn perturbat u stressjat! Ħassejt il-kesħa tiela' max-xewka ta' dahri. "X'għajnuna għandkom bżonn?" staqsejt jien, wara it, niġġenneb it ħalli nara dik id-dgħajsa ċkejkna li kienet tidher hemm taħt quddiemna. Ir-radju nstema' jħaxwex. Donnu nstema' leħen mill-bogħod u fgat. "Erġa' irrepeti......." komplejt. "Mejdej......." instemgħet darba waħda. U silenzju. Erġajt sejjaħtilhom xi tlett darbiet oħra iżda ma bdejt nisma' xejn. "Ser ikollna bżonn nitilgħu fuq id-dgħajsa." Ġanni ħares lejja mbeżża'. "Kaptan, min ser jitla?" staqsieni dak, bilkemm jiflaħ jitkellem. "Jiena u inti l-aħjar noqgħodu hawn. Nibgħatu lil Pietru u lil Karmnu." Ġanni għamilli iva b'rasu u ħareġ jagħtihom id-direzzjonijiet. Ftit wara, bdejt nisma' xi għajjat ġej mill-ekwipaġġ tagħna hekk kif bdew iniżżluhom lejn id-dgħajsa ta' quddiemna permezz ta' dgħajsa żgħira minn xi erbgħa li konna qegħdin inżommu fuq il-ġnub tal- Aurora. Konna bagħtnihom eżatt fit-tlieta ta' filgħodu. Sa siegħa wara, kien għad m'għandu ebda ndikazzjoni ta' x'setgħa ġara. Għax Pietru u Karmnu lanqas biss reġgħu irritornaw lura! Aurora (It-tieni parti minn erbgħa)