Illum previous editions

ILLUM 24 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 • illum In-nisa se jibdew jieħdu post l-irġiel fil-Parlament? Għandhom Cutajar twieġeb lill-ILLUM Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar il-mistoqsijiet li bosta għadhom qed jagħmlu dwar dan il-Mekkaniżmu propost biex jassigura rappreżentanza aktar ugwali bejn irġiel u nisa fil-Parlament YENDRICK CIOFFI Nhar il-Ħadd li għadda, il- gazzetta ILLUM spjegat kif se jkun qed jaħdem il-Mekkaniżmu Korrettiv tal-Ġeneru li wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss se jassigura li jkun hemm rappreżentanza aktar ugwali bejn irġiel u nisa fil-Parlament. Madanakollu, dwar dan il- Mekkaniżmu għad hemm ħafna mistoqsijiet. Hemm min għadu mhux jiem għaliex hemm bżonnu, ġaladarba hemm nisa li ma kellhom bżonn l-ebda għajnuna biex ikunu eletti fil- Parlament Malti jew Ewropew. Oħrajn qed jistaqsu jekk dan ifissirx li se jkun hemm irġiel li suppost ġew eletti li jibqgħu l-art sempliċiment biex inżidu n-nisa fil-Parlament. Dawn il-mistoqsijiet u aktar, il-gazzetta ILLUM poġġiethom quddiem is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Drittijiet Ċivili u Riformi, Rosianne Cutajar, li qed tmexxi 'l quddiem din il-liġi. Biex in-nisa jitilgħu fil-Parlament, hemm bżonn li noqogħdu ndaħħlu dawn il-mekkaniżmi? In-nisa mhumiex kapaċi. Inti, Miriam Dalli, Roberta Metsola, Claudette Buttigieg, Justyne Caruana, Kristy Debono, Maria Fatima Deguara u Josianne Cutajar kellkom bżonn din l-imbuttura biex ġejtu eletti f'elezzjoni? Mistoqsija li qed jagħmluhieli ħafna. Għal dan jien inwieġeb li għal kull waħda minnha li rnexxielha tkisser il-famuż glass ceiling, hemm għexieren oħrajn li ma rnexxilhomx, li, jippruvaw kemm jippruvaw, isibu sistema li intrinsikament taħdem kontrihom. Qed nirreferi għal sistema ta' distretti patrijarkali jew konservattiv, fejn raġel ikollu vantaġġ naturali. Mhux l-ewwel darba li nkun qed inħabbat il- bibien u jgħiduli, "issa x'se tagħmel bix-xogħol la jkollok it-tfal?" Mistoqsija b'intenzjoni tajba, m'għandix dubju, imma kemm minnkom l-irġiel jistaqsuhielkom meta tagħmlu d-door to door? Għal mara fil-politika insaqsuha kif tlaħħaq max-xogħol u l-familja, u raġel le? Għax mara fil-politika Maltija għad għandha dellha tqil, u għadna qed nikkumbattu biex anka fil-familji tagħna, r-responsabbilitajiet jitqassmu b'mod iktar ibbilanċjat. Għalhekk dejjem ngħid li x-xogħol fil-qasam tal-ugwaljanza ma jiqafx. Hija katina, li meta tibni ħolqa waħda, tħallik taħdem fuq il- ħolqa li jmiss. Għalhekk kruċjali l-bilanċ fir- rappreżentazzjoni. Għax meta jkollna Parlament magħmul min-nies minn kull qasam tal-ħajja, iktar nies se jitħajru jingħaqdu magħna. Dak hu l-effett ta' iktar viżibilità u rappreżentanza. Dawn in-nisa li se jiġu eletti bis-saħħa ta' dan il-mekkaniżmu, se jkunu qed jieħdu post irġiel oħra li suppost ġew eletti? Dawn in-nisa mhux xorta jista' jkun ikunu qed jaqbżu rġiel oħra li ġabu aktar voti minnhom? Dan l-abbozz ma joħloqx kwoti. L-ebda persuna, raġel jew mara, eletta b'mod demokratiku, ma hi se titlef postha. Id-deċiżjoni tal-elettorat tibqa' suprema u se nirrispettawha. Propju għalhekk morna għas- sistema korrettiva li żżid is- siġġijiet biex nilħqu bilanċ, minflok ma nimponu kwoti. Din ir-riforma mhijiex diskriminatorja kontra l-irġiel. Tant hu hekk, li kif diġà għidt, jista' jkun li jkunu l-irġiel li jużaw din is-sistema, minkejja l-fatt li kif diġà spjegajt, l-ostakli li nsibu quddiemna aħna n-nisa mhumiex ftit. Nixtieq nenfasizza li din ir- riforma mhijiex gwerra kontra l-irġiel, hawn m'hawnx aħna kontra huma. Meta ngawdu mill- perspettiva femminili, tgawdi s-soċjetà kollha. Din ir-riforma ma tippremjax lil min ma rnexxilux jikkonvinċi lill-elettorat. Il-mekkaniżmu se jeleġġi lil dawk il-kandidati nisa li kienu "next in line" fid-distretti rispettivi tagħhom. Kandidati li jkunu ħadmu u stinkaw bħal kulħadd. Irridu iktar nisa fil-Parlament għaliex għandna bżonn rappreżentanti minn kull qasam tal-ħajja, li jġibu magħhom ideat innovattivi, perspettivi ġodda, u viżjoni iktar ġusta. Għaliex mara fil-politika insaqsuha kif tlaħħaq max-xogħol u l-familja, u raġel le?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 January 2021