Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 It-taxxa tat-tampun: Il-Gvern qed jirriċerka f'aktar dettall dan il-fenomenu u x'effetti qed iħalli Huwa faċli li tifhem li meta l-ikel hu skars, l-iġjene mhix dejjem l-ogħla prijorità. Il-Gvern hu konxju li t-taxxa tat- tampun jaf twassal għal faqar relatat mal-mestruwazzjoni? X'effett tħalli t-taxxa tat-tampun fuq il-faqar? X'inhu jagħmel il-gvern rigward it-taxxa r-roża iżda aktar importanti dwar it-taxxa tat-tampun? MARIANNA CALLEJA Ħafna minna bilkemm naħsbu dwar l-ispiża li se nonfqu meta nixtru affarijiet essenzjali għall-iġjene ta' kuljum. Iżda għal dawk li jgħixu fil-faqar, l-iġjene bażika ma tibqax neċċesità iżda ssir lussu. Huwa faċli li tifhem li meta l-ikel hu skars, l-iġjene mhix dejjem l-ogħla prijorità. Dan kollu jaf iwassal għal faqar relatat mal-mestruwazzjoni. Il-faqar tal-mestruwazzjoni tirreferi għad-diffikultà fl-aċċess għal prodotti sanitarji u iġjeniċi. 'Ma ngħidulhomx ukoll li minn issa l-quddiem għandhom iħallsu prezz għal ġisimhom u l-funzjoni tiegħu' - Rosianne Cutajar Il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rosianne Cutajar fuq x'inhu jagħmel il-Gvern rigward dan kollu. Cutajar bdiet tispjega li meta t-tfajliet żgħar jiksbu l-ewwel period tagħhom, ngħidulhom li saru nisa iżda ma ngħidulhomx bl-effetti sekondarji li jġib miegħu l-mestruwazzjoni. "Dak li ma ngħidulhomx hu li l-period għal ħafna jinkludi fluss tad-demm qawwi, bugħawwieġ, uġigħ ta' ras, u moodswings, biex insemmu biss ftit. Ma ngħidulhomx ukoll li minn issa 'l quddiem għandhom iħallsu prezz għal ġisimhom u l-funzjoni tiegħu" hi tkompli. Rosianne Cutajar stqarret li għalhekk ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn il-mestruwazzjoni bħala xi ħaġa anormali jew agħar, bħala tabù. Cutajar tisħaq li bħala soċjetà ma nistgħux inħarsu lejn prodotti tal-iġjene femminili bħal prodotti oħra li mhumiex ħtiġijiet bażiċi. Hi emfasizzat il-fatt "li dawn il- prodotti huma ħtiġijiet bażiċi li l-mara ma tistax toqgħod mingħajrhom u li huma direttament relatati mas-saħħa tal-mara." Qalet ukoll li ma nafux l-ammont preċiż ta' kemm hawn nisa u tfajliet li jiġu effettwati mill-faqar relatat mal-mestruwazzjoni, iżda tajjeb nkunu nafu "li dan il-fenomenu hu mifrux madwar id-dinja kollha u li jħalli mpatt negattiv fuq in-nisa u l-bniet madwar id- dinja." Rosianne Cutajar temmet tgħid li l-konsegwenzi tal-faqar relatat mal-mestruwazzjoni jvarjaw iżda "ma nistgħux neskludu li dan jista' jwassal għal assenza mil-iskola jew ix-xogħol, mard ta' saħħa ieħor relatat, mistħija jew esklużjoni. Dan kollu jista' jħalli impatt ikbar fuq is-saħħa, il-ħajja ekonomika, u dik soċjali." Cutajar żvelat mal- ILLUM li dwar dan is-suġġett il- Gvern qiegħed jirriċerka f 'aktar dettall biex ikun jaf aktar dwar dan il fenomenu u x'effetti li qed jħalli lokalment. Iġjene mestruwali ħażina: L-effetti Iġjene mestrwali ħażina tista' tikkawża riskji fiżiċi għas-saħħa. L-UNICEF riċentement tkellmet fuq kif l-iġjene mestruwali ħażina twassal għall-infezzjonijiet fis- sistema urinarja u anke' dik tar- riproduzzjoni. Il-faqar relatat mal-mestruwazzjoni, iwaqqaf ukoll lin-nisa milli jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u saħansitra jitilfu opportunitajiet kruċjali fil-karriera tagħhom. Madwar id-dinja rajna ukoll każijiet ta' tfajliet żgħar li ma jirċevux edukazzjoni minħabba l-mestruwazzjoni. L-istess tfajliet sfaw vittmi ta' żwiġijiet tat-tfal u jesperjenzaw tqala bikrija, malnutrizzjoni, vjolenza domestika, u komplikazzjonijiet tat-tqala bħala riżultat ta' iġjene mewstrali ħażina. Hemm bosta affarijiet li nistgħu nagħmlu biex innaqqsu l-faqar relatat mal-mestruwazzjoni sakemm titwaqqaf it-taxxa tat-tampun. L-ewwel pass huwa li ninnormalizzaw l-mestrwazzjoni u neqirdu it- tabù madwar dan il-proċess naturali. Imbagħad għandha tkun infurzata politika biex il- prodotti mestrwali, sanitarji u l-iġjene jkunu aċċessibbli faċilment. Attivisti ilhom jitolbu li l-gvernijiet jagħtu prijorità lill-politika ta' ekwità mestrwali, iżda storikament il-kwistjoni ppreżentat sfida. L-ILLUM bagħtet numru ta' mistoqsijiet lil Womens Rights Foundation fuq x'qegħdin jagħmlu dwar it-taxxa tat- tampun u jekk hux qegħdin jagħmlu pressjoni kif ukoll joffru għarfien sabiex din it- taxxa titneħħa. Minkejja dan il-gazzetta baqgħet bla risposta. X'irrappurtat il-gazzetta ILLUM? It-taxxa r-roża hija ammont ta' flus żejda inkluż taxxa, li nisa madwar id-dinja jħallsu għal prodotti essenzjali ta' kuljum. Dan l-ammont ta' flus japplika għal oġġetti li jkopru l-ħajja kollha ta' mara, minn uniformijiet tal-iskola sa ħwejjeġ, oġġetti ta' iġjene femminili inkluż xfafar u prodotti tal- ħasil tal-ġisem u anke saħansitra prodotti sanitarji. Dawn l-oġġetti jaqgħu taħt l-ogħla rata ta' taxxa fuq il-bejgħ f 'ħafna pajjiżi, inkluż f 'Malta fejn ir-rata hi ta' 18%. Tajjeb li ngħidu li hemm distinzjoni bejn 'taxxa roża' u 'taxxa tat-tampuni'. It-taxxa r-roża tirreferi għad-differenza fil-prezz bejn prodott iddisinjati 'għan-nisa' u l-istess prodott iżda ddisinjat għall- irġiel. Għalkemm it-taxxa tat-tampun hija parti mit-taxxa r-roża, din it-taxxa tiffokka fuq il-prodotti tal-iġjene femminili. Meta persuna tixtri pakkett tampuni bil-prezz ta' €4.49, hi tkun qed tħallas 80 ċenteżmu taxxa. Dan jaf jidher it, iżda rridu nżommu f 'moħħna li mara tagħmel użu minn dan il-prodott minn tal-inqas 12 il-darba fis-sena. Dan ifisser li mara tonfoq €53.88 fis-sena u minnhom €9.70 huma taxxa. Jekk mara tagħmel użu minn dan il-prodott għal 39 sena (il-perjodu medju li matulu mara jkollha ċ-ċiklu mestrwali) hi tkun nefqet €2,101, €378 minnhom huma taxxa. Prodotti sanitarji inkluż it-tampuni huma meqjusa bħala prodotti farmaċewtiċi. Malta, m'għandhiex taxxa marbuta ma' prodotti farmaċewtiċi li jiġu preskritti mit-tobba. Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar tiżvela li l-Gvern qed jirriċerka aktar dwar dan is-suġġett

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021