Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 • illum 'Imdendlin! Ma nafux jekk hux se Minn żmien għal żmien il-kwistjoni tal-kirjiet protetti ta' qabel l-1995 terġa' tqum hekk kif il-Qrati qed ikomplu jagħtu raġun lis-sidien u jisħqu li qed jinkisrulhom id-drittijiet tagħhom. L-ILLUM titkellem ma' inkwilini li qed jgħixu f'inċertezza... YENDRICK CIOFFI "Irċevejna ittra mis-sid biex fi żmien ġimgħa noħorġu. Minn kien għalih dak il-ħin tajnih iċ-ċwievet." Hekk qalu mal- gazzetta ILLUM inkwilini li ilhom kważi 50 sena jgħixu f 'appartament u li f 'daqqa waħda s-sid iridu lura. L-ILLUM tkellmet ma' din il-familja u anke persuni oħra li jinsabu fl-istess sitwazzjoni hekk kif sentenza wara l-oħra tal-Qrati qed jagħtu raġun lis- sidien li qed jisħqu li l-liġi li tipproteġi l-kirjiet ta' qabel l-1 ta' Ġunju tal-1995 (aqra l-kaxxa bl- informazzjoni) qed tikser id-dritt tagħhom li jgawdu l-propjetà li huma sidien tagħha u dan kif stabbilit fil-Kostituzzjoni u anke fil-Konvenzjoni Ewropea. Dan wassal biex wara xhur, anke l-mexxejja politiċi qed jitkellmu dwar din il-kwistjoni. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għamel referenza għal din l-isfida waqt attività politika fil-Mosta fejn stieden lill-Prim Ministru biex ipoġġi bilqiegħda flimkien u jsibu soluzzjoni, filwaqt li l-Prim Ministru tkellem dwarha nhar it- Tnejn waqt laqgħa tal-kabinett fil-Fgura u wiegħed lil dawn l-inkwilini li l-Gvern mhux se jħallihom waħedhom. L-inkwilini li tkellmu mal- ILLUM spjegaw kif ilhom jgħixu fir-residenza inkwistjoni għal dawn l-aħħar 50 sena. Fil-fatt huma kienu jgħixu ma' ommhom li ġiet nieqsa tliet snin ilu. "Qatt ma kellna problema. Iżda it tax-xhur ilu rċevejna karta li rridu noħorġu minn hawn," spjegatilna din il-mara li tgħix ma' ħuha, ta' 64 sena, fl-istess residenza. Insitiet li qatt ma kellhom problema bil-ħlas tal-kera u dejjem ħallsu lis-sid fil-ħin. "F'daqqa waħda ma riedx jaċċetta aktar il-kera. Fi żmien ġimgħa ridna noħorġu. Ried iċ- ċwevet," kompliet tirrakkonta, anke jekk dan huwa 'l bogħod minn dak stabbilit fil-liġi (aqra l-kaxxa bl-informazzjoni). Fil-fatt jidher li mhux huma biss għaddejin minn din l-isfida hekk kif fi kliemha hemm persuni oħra fl-istess blokka, inkluż żewġ anzjani li għandhom 'il fuq minn 70 sena li ntalbu jitilqu u ma jafux fejn se jaqbdu jmorru jew inkella x'se jagħmlu bl-għamara u l-affarijiet kollha li għamlu mas-snin. Bħalma qed jiġri f 'ħafna mill-każi, il-każ ta' dawn iż- żewġt aħwa jinsab imdendel quddiem il-Qorti, bil-proċeduri saħansitra twalu aktar minħabba l-pandemija. "Bħalissa imdendlin. Il-ħin kollu naħseb fuq l-istess ħaġa. Ma nafux jekk hux se nispiċċaw barra fit-triq," temmet tgħidilna. Minn €200 fis-sena għal €400 fix-xahar L-ILLUM iltaqgħet ukoll ma' persuna oħra, li tkellmet f 'isem ħutha anzjani, waħda minnhom b'diżabbilità. Għall-kuntrarju tal-każ imsemmi aktar qabel, dawn iż- żewġt aħwa mhux jintalbu jitilqu mill-appartament iżda s-sid irid li jżidilhom il-kera u mhux bi it. Fil-fatt, din il-persuna spjegat mal-ILLUM kif ħutha kienu jħallsu madwar €200 fis-sena iżda minkejja li l-kirja tagħhom hija protetta (għax anke huma kienu ilhom snin twal jgħixu ma' ommhom f 'dan l-appartament), it ilu rċevew ittra u s-sid issa qed jitlobhom biex iħallsu €400 fix-xahar. Il-liġi hija ċara u tonda. Ġaladarbna l-kirja hija protetta, is-sidien ma jistgħux jgħollu l-prezz tal-kera kif iridu anke jekk dan ma jkunx rifless tal- prezz tas-suq. "Oħti fetħet u sabet din l-ittra. €400 fix-xahar mhux ċajta. Din vulnerabbli. Setgħet spiċċat il-qabar bl-inkwiet. Tkun ilek snin tgħix f 'dar u ssib ittra hekk ma' wiċċek," kompliet tirrakkontalna. "Kirja hekk ma jaffordjawhiex." L-ILLUM ilha snin issegwi din il-kwistjoni. Fil-fatt, fl-2019, kienet staqsiet lill-Ministru ta' dak iż-żmien, Owen Bonnici, x'se jagħmel il-Gvern biex jirrimedja. Huwa kien insista kif minkejja li l-Qorti, f 'każi separati, tat raġun lis-sidien, is-sentenzi kollha jinsabu fi stadju ta' Appell. Għalhekk kien saħaq li l-Gvern se jkun qed jistenna d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal- Appell qabel jiddeċiedi jekk hux se jemenda din il-liġi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021