Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 • illum aħbarijiet QED TFITTEX L-OFFERTA IDEALI GĦAL XI SERVIZZ TAT-TELEKOMUNIKAZZJONI? Qabbel il-prezzijiet mill-operaturi lokali f'sit wieħed Bundles Internet Mowbajl Telefonija Fissa Żur is-sit www.telecosts.com, wieġeb ftit mistoqsijiet u sib is-servizzi li jgħoddu l-aħjar għalik. 70% żieda fil-persuni bla dar fl-UE matul aħħar 10 snin MARIANNA CALLEJA Skont il-Parlament Ewropew in- numru ta' nies li sfaw bla saqaf fuq rashom f 'diversi pajjiżi tal- Unjoni Ewropea żdied b'70% fl- aħħar 10 snin. Il-Membri tal-Parlament Ewropew adottaw b'352 vot favur, riżoluzzjoni li titlob lill-UE tirrikonoxxi l-aċċess għal akkomodazzjoni deċenti u bi prezz raġonevoli bħala dritt inforzabbli tal-bniedem u biex timbotta għal miżuri biex jinqered dan it-tip ta' faqar. L-istess riżoluzzjoni titlob għal djar diċenti li jinkludu aċċess għal ilma nadif u ta' kwalità tajba. Ġie mfakkar li akkomodazzjoni adegwata hija dritt fundamentali tal-bniedem u li dan id-dritt għandu jiġi dejjem mħares bil- liġi Ewropea u dik nazzjonali. Il-Membri tal-Parlament Ewropew qalu li bosta nies qed jitilfu darhom minħabba li l-ispejjeż tad-djar qed jiżdiedu, iżda l-benefiċċji soċjali madwar l-UE qed jitnaqqsu jew agħar, jiġu sospiżi. Li wieħed ma jkollux saqaf fuq rasu titqies bħala waħda mill-aktar forom severi ta' faqar, ikkawżata minn taħlita ta' fatturi strutturali, istituzzjonali u personali. Dar tkun kkunsidrata affordabbli jekk il-baġit li jifdal lill-okkupant huwa biżżejjed biex ikopri spejjeż essenzjali oħra, sabiex jgħix ħajja diċenti. Il-Parlament Ewropew jirrapporta ukoll li aktar minn kwart tal-kerrejja Ewropej f 'akkomodazzjoni kummerċjali jonfqu persentaġġ għoli tad-dħul tagħhom fuq il-kera, bil-kirjiet medji jiżdiedu kontinwament matul is-sena. Ir-riżoluzzjoni li tgħid illi sal- 2030 in-numru ta' nies mingħajr djar mhux talli jonqos anzi jiġi null, qed issegwi t-talba li għamel il-Parlament Ewropew stess lura f 'Novembru 2020. Iddikriminalizzaw persuni bla saqaf! F'din ir-riżoluzzjoni l-MEPs talbu lill-Istati Membri biex jiddikriminilizzaw persuni bla saqaf fuq rashom u minflok jipprovdu aċċess ugwali għal servizzi pubbliċi bħall-kura tas- saħħa, l-edukazzjoni, u s-servizzi soċjali. Fil-preżent, l-MEPs qed jitolbu wkoll lill-Istati Membri u lill- awtoritajiet reġjonali u lokali biex jistabbilixxu dispożizzjonijiet legali biex jipproteġu d-drittijiet tal-inkwilini u s-sidien/ okkupanti. Ċerti MEP's qed iħeġġu wkoll li jiġu introdotti rekwiżiti mandatorji għal djar abitabbli fuq livell ewropew li jinkludu kwalità ta' arja ta' ġewwa b'saħħitha u allineata mal-linji gwida tal- Organizzazzjoni Dinjija tas- Saħħa. Qed jiġi mitlub ukoll li l-Istati Membri jagħtu priorità lit- tnaqqis tal-emissjonijiet u spinta lill-effiċjenza fl-enerġija permezz tar-rinnovazzjoni fil-qasam tad- djar. Barra minn hekk, ġiet emfasizzata l-importanza li jinżammu miżuri li jipproteġu l-persuni bla dar fil-kriżi tal- COVID-19, speċjalment meta wieħed iqis l-iżgumbramenti li qed isiru. Fl-aħħarnett, il-Membri Parlamentari Ewropej tkellmu fuq kif kiri għal perjodu qasir ta' akkomodazzjoni għal vaganzi qed ineħħi d-djar mis-suq u jikkawża żieda fil-prezzijiet, xi ħaġa li tista' tagħmel l-għixien f 'ċentri urbani u turistiċi aktar diffiċli. Il-Parlament Ewropew b'ħidma biex jinqered il-faqar relatat mal-akkomodazzjoni (housing) madwar l-Unjoni Ewropea sal-2030. X'qed jipproponu eżatt l-MEPs fir-riżoluzzjoni tagħhom? • Fl-aħħar tliet snin il- prezzijiet tad-djar fl-UE żdiedu b'medja ta' 5% • In-nefqa fl-ispiża soċjali tal-Gvernijiet Ewropej tirrapreżenta biss 0.66% tal- GDP Ewropew • Housing mhux adegwat qed jiswa lill-ekonomiji Ewropej €195 biljun fi spejjeż ta' saħħa, servizzi soċjali u telf ta' produttività (Studju Eurofund) Housing fl-UE: Fatti u Figuri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021