Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 • illum Il-Qamar Kwinta fiż-Żodjaku ta' Aquarius Mill-Ħadd 31 ta' Jannar sas-Sibt 6 ta' Frar Il-Qamar kwinta taż-żodjaku ta' Aquarius F'dan l-ewwel qamar kwinta 'wolf ', imlaqqam hekk għaliex jindika l-bidu ta' mixja ġdida u għarfien lejn miġja. Għal din is-sena, ser ikun maż-żodjaku ta' Aquarius, fejn joffri diversi aspetti pożittivi kemm għaż-żodjaku ta' Aquarius kif ukoll għaż-żodjaki ta' Libra, Taurus, Virgo, Sagittarius u Gemini li fost l-aktar aspetti sinifikattivi hemm: il- motivazzjoni, id-direzzjoni, l-għarfien personali u t-tħejjija tal-pjanijiet. Mentri għaż-żodjaki ta' Pisces, Capricorn, Leo, Cancer, Scorpio u Aries, dan il-qamar kwinta ser joffri għarfien aktar għall-kuxjenza, bilanċ bejnil-karriera u l-familja, aktar attività u għarfien iżjed fis-saħħa. Barra minn dan, dan il-qamar kwinta, joffri sabiex il-bidu tal-kalendarju żodjaku fil-21 ta' Marzu, taħt iż-żodjaku ta' Aries, inkunu meħjjin għall-bidu ta' ppjanar ta' kif ser inqassmu l-ideat, pjanijiet, proġetti għax-xhur li ġejjin. Dan il-qamar kwinta jista' jservi ta' pilastru f 'dak li int għandek imħejji għat-tkabbir tal-istabbiltà. Jekk tixtieq aktar informazzjoni personali dwar x'joffri għalik dan il-qamar kwinta, ibgħat messaġġ fuq 79495804 jew żur is-sit www.pauljon13.com. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Aquarius ser ikun mument ta' direzzjoni fil-karriera tiegħek sabiex b'hekk jinfetħulek bosta bibien li sa issa sfortunatament kienu magħluqin. Issa trid tagħraf kemm int kapaċi tibni lilek innifsek u tadatta għal dak li riesaq lejk. Agħraf kun iffokat. Irrifletti L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Leo. Aquarius magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Pisces ser ikun mument ideali sabiex jistimulak fit-tmexxija għaqlija li tant int magħruf għaliha. Dan ser jagħtik dik il- motivazzjoni li kienet naqset xi it minn madwarek sabiex b'hekk int terġa' tibda tikseb dik il-kunfidenza fik u b'hekk tħares lejn aktar stabbiltà. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż- żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Scorpio. Pisces magħrufin li huma umli. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Aries ser jipprovdilek li int trid tagħraf tevita taqbida li riesqa lejk sabiex din tal- inqas ma tikkawżalekx xi żbilanċ f 'dak li hemm madwarek fil-preżent. Però jekk din it-taqbida ma ssibx tara, taf toħloq xi problemi madwarek li żgur bħalissa mhux il-mument għal dan, għalhekk agħraf kun imħejji. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Cancer. Aries huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Taurus ser jipprovdilek sitwazzjoni fejn trid tagħraf tikkumbatti l-pressjoni ta' pressjoni ta' ħidma li int involut fiha fil-preżent minħabba għax taf li m'intix qiegħed tlaħħaq ma' dak kollu li hemm madwarek. Dan xi kultant qiegħed joħloq ċertu tensjoni madwarek, għalhekk agħraf dabiex taddatta forma ta' skeda ġdida. Agħraf. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Pisces. Taurus huma magħrufin bħala nies attivi ħafna. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Gemini ser jipprovdilek sfida fil-ħajja ta' madwarek sabiex tagħraf hekk hux vijabbli timxi ma' dak li għandek madwarek jew inkella tibda ħajja kompletament ġdida. Int kapaċi tikkontrolla dan kollu. Agħraf biss emmen fik innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż- żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Sagittarius. Gemini huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Cancer ser iservi ta' pont għal għaqda bejn dak li dan l-aħħar donnok tli il-kontroll fuqu. Dan għandu jkun ta' għaqda biex tagħraf kemm ħajtek hija aħjar u ta' valur. Hija aktar ta' aspirazzjoni. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Aquarius. Cancer huma magħrufin bħala nies spontanji. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Virgo huwa riflessjoni fuq il-ħajja ta' madwarek. Wasal il-mument li tagħmel irtokki personali u grazzo għal dan tikber u tissaħaħ u tagħraf il-ħajja ta' madwarek u tagħraf ukoll il-potenzjal tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Gemini. Virgo huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Libra ser ikun mument ta' konċentrazzjoni dwar il-karriera tiegħek. Huwa mument fejn trid ittejjeb il-ħidma ta' madwarek, tara x'hemm bżonn u x'inhu l-aktar vijabbli għalik. Għalkemm se tiffoka fuq il-karriera, grazzi għal dan int tista' ssib ukoll bilanċ f 'ħajtek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Taurus. Libra magħrufin għall-attenzjoni tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Sagittarius ser tagħraf aktar il-ħajja ta' madwarek u kemm int kapaċi tkun aktar ikkonċentrad. Dan ser ikun mument ta' motivazzjoni. Persuna ser taspirak f 'dan ir-rigward. Dan ser ikun pass importanti għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Aries. Sagittarius huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Scorpio ser ikun mument ta' sfida sabiex tagħraf iżjed il-valur ta' madwarek. Jista' jkun li ma tapprezzax biżżejjd iżda dan huwa l-mument ideali fejn għandek iċ-ċans kollu sabiex tirranġa din is- sitwazzjoni u tagħraf kemm tista' tkun aħjar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Virgo. Scorpio magħrufin bħala persuni stabbli. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Capricorn għalik bħala Capricorn ikun mument għal aktar bilanċ bejn il- karriera u r-relazzjoni. Dan huwa żmien li trid tagħraf li r-relazzjoni trid tagħtiha l-ispazju li jixirqilha. Agħraf l-esperjenza tal-passat bħala mera sabiex ma tagħmilx l-istess żbalji. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Libra. Capricorn huma magħrufin għall- abbiltà pożittiva tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Leo ser iwasslek sabiex tagħraf eżattament x'verament trid kemm f 'ħajtek kif ukoll mill-att personali. Int qed tipprova taħrab mir-realtà u taf li b'hekk jinħoloq ċirku negattic li jikkawża sitwazzjonijiet ta' diffikultà madwarek. Kun pożittiv. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ f 'ħajtek ġej minn Capricorn. Leo huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021