Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 Carmel Bonnici Il-Film mużikali u klassiku My Fair Lady (1) George Bernard Shaw kien dramatturgu u kritiku li twieled f 'Dublin, l-Irlanda, nhar is-26 ta' Lulju 1856. Meta kellu 20 sena mar Londra u wara xi snin sar rinomat għall- kritika tiegħu dwar xogħlijiet mużikali u anki drammatiċi miktubin taħt "nom de plume" ta' Corno di Bassetto. Fis-sena 1925 irċieva l-premju Nobel għall-letteratura. Kienet is-sena 1912 meta kiteb waħda mill-aqwa opri litterarji tiegħu, Pygmalion. Hu kien wieħed mill-figuri prominenti li spikkaw dwar l-irxuxtar mill-ġdid tad-drama Ingliża bejn l-1890 u l-Ewwel Gwerra Dinjija. Ir-rexti li kiteb kienu juru djalogu intelliġenti u erudit, abbilita' kif tirrakkonta storja u teknika drammatika palpabbli. George Bernard Shaw miet nhar it-2 ta' Novembru 1950, fil- għomor ta' 94 sena. Xi wħud mix-xogħlijiet tiegħu nħadmu għaċ-ċinema. Fl-1938 Pygmalion inħadem taħt id- direzzjoni ta' Anthony Asquith u Leslie Howard, bl-atturi Leslie Howard stess, Wendy Hiller u Wilfred Lawson. Din ir-reċta saret fuq Broadway f 'Marzu tal-1956, issa bl-isem mibdul għal My Fair Lady u fil-West End ta' Londra fl-1958 bħala xogħol mużikali. Il-film mużikali My Fair Lady inħadem fl-1964 u dan ma setax isir qabel din ir-reċta tispiċċa mill-kapitali Ingliża f 'Settembru tal-1962. Il-produzzjoni oriġinali fuq il- palk ta" Broadway fi New York bl-isem ta' Pygmalion, li fuqu hu bbażat My Fair Lady, bdiet fil- Park Theater fit-12 ta' Ottubru 1914 u f 'Londra f 'April 1915. L-istorja tal-mużikali My Fair Lady (Pygmalion) tal-1964 ta' fuq il-liżar ċinematografiku hi din: F'lejla bix-xita fl-1912, barra minn Covent Garden Opera House ta' Londra, l-Professur Henry Higgins (Rex Harrison) li jiddelitta bil-fonetiċi, qed iħuf u jikteb xi noti. Hu jkun involut f 'argument jaħraq ma' Eliza Doolittle (Audrey Hepburn), tfajla li tbigħ il-fjuri u titkellem bil-Cockney (djalett ta' Londra) u li qed jirrikordja l-aċċent ikrah li titkellem bih. Ikun il-Kurunell Hugh Pickering (Wilfrid Hyde White), li kien fl-armata Indjana li jikkwitahom. Higgins jieħu pjaċir meta jsir jaf li l-kurunell hu entużjast għall-lingwa Ingliża kif suppost għandha tkun mitkellma. B'Eliza tisma' dak li qed jgħid, Higgins jiftaħar ma' Pickering li, fi ftit xhur, kapaċi jgħaddi lil din it-tfajla fqira bħala dukessa jew assistenta li tikellem b'aċċent Ingliż kważi perfett f 'ħanut tal- ħwejjeġ, L-għada filgħodu Eliza tiġi f 'Wimpole Street, ħdejn id- dar tal-professur, ippreparata li tħallas xelin għal kull lezzjoni biex tkun kapaċi taħdem f 'ħanut. Imma Higgins għandu pjanijiet oħra, aktar elaborati u nobbli għaliha. Ma' Pickering jimbarkaw biex jittrasformaw totalment lil din il-miskina. Meta wara xi żmien jeħodha għat-tiġrijiet taż-żwiemel f 'Ascot, fil-post fejn hemm ommu (Gladys Cooper), din l-ewwel dehra tagħha mal- pubbliku tal-klassi għolja tkun suċċess. Wara xi xhur, f 'riċeviment bil-ballu, Eliza b'ilbies mill-isbaħ taffaxxina lil kulħadd. Meta jirritornaw lura d-dar, il-professur u l-kurunell jibdew jiftaħru b'xulxin bis- suċċess kbir li kisbu u jinjoraw għal kollox lil Eliza. Hi tilbes il-papoċċ ta' Higgins u titlaq 'il barra bil-lejl biex tmur għand Freddie Eynsford-Hill (Jeremy Brett), li jammiraha ħafna u anki jħobbha. Meta terġa' lura f 'Covent Garden issib li missierha Alfred (Stanley Holloway), li jiġbor l-iskart, se jiżżewweġ lil waħda tal-klassi medja. B'hekk, tmur għall- kenn għand Mrs. Higgins. Hawn isibha l-professur u jargumenta magħha, fejn ukoll jammira l-indipendenza ġdida li akkwistat. pero' wkoll igawdi dik tiegħu. Imdejjaq jibda jinduna li ma jistax jgħaddi mingħajrha. Hu jmur lura d-dar u jibda jisma' fuq il-gramaphone l-kliem li rrikordja ta' Eliza titkellem bl-imgħawweġ, u anki jitbissem, meta bis-skiet perfett tidħol f 'daru. (ikompli nhar il-Ħadd li ġej...)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021