Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fl-aħħar ġimgħat tkellimna ħafna - forsi żżejjed hawn min jgħid - dwar il- Covid-19, kemm mill-aspett ta' saħħa fiżika kif ukoll mill-aspett ekonomiku. Li forsi għadna mhux qed immissu biżżejjed jew nevalwaw biżżejjed huma l-effetti psikoloġiċi, mhux biss ta' solitudni u dippressjoni - realtajiet li qed immissu b'idejna dejjem aktar bħalissa - imma wkoll realtajiet inqas ovvji bħall-vjolenza domestika. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Audrey Friggieri l-Kummissarju dwar il-Vjolenza bbażata fuq il-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika u tistaqsi dwar il-vjolenza domestika waqt il-pandemija, issa kważi sena wara, li faqqgħet fil-pajjiż. L-effett tal-pandemija: Problemi jiggravaw Kemm tħoss li affetwat il-pandemija u x'temmen li huma r-realtajiet u l-forom ġodda ta' vjolenza li jirriżultaw mill- pandemija u l-bżonn, għal xhur sħaħ, li l-poplu jiċċaħħad minn dak li kien imdorri jagħmel, min-normalità? Friggieri tibda billi tfakkar illi l-pandemija hija kriżi u jekk kien hemm problemi, din ħarġithom aktar fid-deher, speċjalment problemi fost il-familja. "U ma ninsewx li l-vjolenza domestika hija reat silenzjuż, li mhux dejjem joħroġ fid-deher minħabba diversi fatturi, fosthom is-sens ta' lealtà lejn il-familja, l-omertà u diversi fatturi oħrajn." Imma l-gazzetta tistaqsi hux qed nitkellmu fuq familji li forsi kellhom problemi kbar diġa' qabel il-pandemija jew hux familji li kellhom problemi żgħar li d-dimensjonijiet tagħhom kibru propju minħabba l-pandemija. Hija tibda twieġeb billi tfakkar li hawn qed nitkellmu fuq l-emozzjoni tal-bniedem u tfakkar li dan huwa imprevedibbli. "L-emozzjonijiet tal-bniedem huma imprevedibbli, persuna kapaċi - jekk tkun verament darha mal-ħajt - saħansitra toqtol." Tammetti li sfortunatament il-problemi żdiedu frott il-pandemija. "Iva hemm familji fejn hemm storja ta' mard u sfidi mentali, per eżempju, jew familji fejn membru huwa alkoħoliku, għandu l-vizzju tal-logħob jew inkella l-vizzju tal-pornografija ... dan kulħadd għandu n-nuqqasjiet tiegħu. Issa l-pandemija," tkompli Friggieri, "ħolqot skedi ġodda, restrizzjonijiet ġodda, bħal meta għalqu l-iskejjel." 'Mod tara s-sieħeb tiegħek filgħaxija biss u mod minn filgħodu sad-dlam, imsakkrin ġewwa' Hija qalet illi forsi kien hemm min ma kienx imdorri joqgħod id-dar, bit-tfal minn filgħodu sa filgħaxija, dejjem ġewwa. "Il-familja ltaqgħet flimkien, allura jekk xi ħadd kienet taqbiżlu, issa għax ma jistax joħroġ jew għax ma jistax jagħmel dak li jħobb ara kemm se taqbiżlu aktar malajr." Hi qalet illi kollox jagħmel differenza kbira. "Jekk qabel lis-sieħeb tiegħi kont narah filgħaxija biss mod, issa jekk magħluqin id-dar, miegħu l-ħin kollu differenti," sostniet mal-ILLUM. Tat eżempju ieħor dwar it-tfal: "Huwa ovvju li l-ġenituri jħobbuhom lil uliedhom u jħobbu jkunu magħhom, imma meta għandek it-tfal il-ġurnata kollha d-dar hija differenti u aktar stressanti." Tispjega kif li jkollok it-tfal minnha nnifisha, minkejja li hija xi ħaġa sabiħa, hija xi ħaġa stressanti. Aħseb u ara meta għandek realtajiet ġodda, bħal per eżempju nisa li kellhom jitilqu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb lil uliedhom u allura ħassewhom iżolati filwaqt li ħassewhom ukoll qed jiċċaħdu minn dak l-iżvog u kuntatti ma' ħbieb u kollegi li kellhom fuq il-post tax-xogħol. "Il-pandemija ħolqot ħafna stressers," tgħid Friggieri allura biex tispjega kemm inbiddlu l-affarijiet matul din is-sena. Każi ta' abbuż kontra tfal LGBTIQ minn membri tal-familja Il-gazzetta tistaqsi jekk bħala Kummissjoni innutawx żieda fil-vjolenza marbuta mal-użu tal-alkoħol/sustanzi jew inkella ma' fatturi relatati ma' finanzi, hekk kif f 'daqqa waħda sabu illi kellhom jgħixu bi dħul ħafna iżgħar minn normal. Il-Kummissarju tgħid li minkejja li 'Toqol fuq il-kuxjenza, tweġġa' jew snin bl-abbuż u ma tkunx irrappurtjajt' Tammetti li huwa diffiċli, imma tfakkar li llum hawn il-mezzi biex tirrapporta dwar il-vjolenza domestika b'mod anonimu. Dwar dan u ħafna aktar il-gazzetta ILLUM intervistat lil Audrey Friggieri, il- Kummissarju dwar il-Vjolenza bbażata fuq il-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika ... Audrey Friggieri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021