Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

PLANNING AUTHORITY L-Awtoritá tal-Ippjanar għadha kemm nediet skema ta' finanzjament biex tipprovdi għajnuna biex żoni residenzjali 'griżi' jinbidlu f'żoni 'ħodor' li jipprovdu spazji aħjar għas-saħħa tagħna. L-iskema, b'allokazzjoni ta' €2 miljun, se tkun qed tkopri 100% tal-finanzjament għall-introduzzjoni ta' faċċati jew ħitan ħodor kif ukoll għall-installazzjoni ta' ġonna f'residenzi li jsiru mis-sidien tal-propjetá f'żoni residenzjali. Il-fond ser ikopri l-ispejjeż kollha inkluż il-pjan ta' manutenzjoni fuq ħames snin u ser ikun qed jingħata sa' €10,000 għal kull propjetá. #fromgreytogreen www.pa.org.mt 100% nanzjament ta' Sabiex jiġi faċilitat il-proċess ta' sottomissjoni, it-talba għal għajnuna minn dan il-fond għandha ssir permezz ta' perit u permezz tal-applikazzjonijiet onlajn tal-Awtoritá. Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2290 1544 jew ibgħat email fuq greenyourbuilding@pa.org.mt. Termini u kundizzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit tal-Awtoritá tal-Ippjanar www.pa.org.mt Din l-iskema tagħlaq fid-9 t'April 2021.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021