Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar għadha kemm nediet skema ta' finanzjament biex tipprovdi għajnuna biex żoni residenzjali 'griżi' jinbidlu f 'żoni 'ħodor' li jipprovdu spazji aħjar għas- saħħa tagħna. Studji juru li l-Infrastruttura Ekoloġika tista' tnaqqas sostanzjalment l-impatti negattivi li l-urbanizzazzjoni u ż-żoni b'popolazzjoni densa għandhom fuq l-ambjent. Dan jirriżulta f ' arja aktar nadifa, immaniġġjar tal-ilma u protezzjoni tal- bijodiversità. Ambjent aktar ħadrani jtejjeb ukoll is-saħħa mentali u jinkoraġġixxi lin-nies jimxu aktar. Martin Saliba, ic-chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, qal "fil-qalba tal-Infrastruttura Ekoloġika (GI) hemm il-prinċipju tal-koeżistenza, fejn nibdew nirrelataw mal-ambjent naturali minflok niżviluppaw kunflitt miegħu. Din l-iskema qed isservi bħala qafas biex nippromwovu u nappoġġaw l-introduzzjoni tal-GI fiż-żoni urbani tagħna. Nafu li jekk nħeġġu u nappoġġjaw lis-sidien tal-propjetà privata biex jintroduċu ġnien vertikali mal-faċċata tad- dar jew ibiddlu n-naħa ta' barra tar-residenza tagħhom fi ġnien, nkunu qed nindirizzaw b'mod dirett u pożittiv it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika, l-bijodiversità u l-koeżjoni komunitarja." Xi tkopri l-iskema? L-iskema, b'allokazzjoni ta' €2 miljun, ser tkun qed tkopri 100% tal-finanzjament għall- introduzzjoni ta' faċċati jew ħitan ħodor, kif ukoll għall- installazzjoni ta' ġonna f 'residenzi li jsiru mis-sidien tal-propjetà f 'żoni residenzjali. L-iskema ser trodd lura 100% tal-ispejjeż tax-xogħlijiet eliġibbli, inkluż l-ispejjeż kollha assoċjati max-xogħlijiet, materjal, kiri ta' tagħmir, fuq perjodu ta' ħames snin u miżati professjonali u ta' konsulenza. Il-fond ser ikopri l-ispejjeż kollha, inkluż il-pjan ta' manutenzjoni fuq ħames snin u ser ikun qed jingħata sa' €10,000 għal kull propjetà. Il-ħlas għal-ispejjeż ser issir fuq perjodu ta' ħames snin, fejn 60% tal-ammont ser jingħata mat-tlestija tax-xogħlijiet u l-bqija wara l-ewwel, it-tielet u l-ħames sena wara li jkunu lesti ix-xogħlijiet. Min hu eliġibbli? L-iskema hija intenzjonata għal residenzi privati li għandhom ġnien fuq quddiem tal-propjetà, jew blokok ta' appartamenti u penthouses li għandhom il- gallariji jagħtu għal fuq toroq jew spazji pubbliċi. Ħwienet u uffiċini li għandhom ġnien fuq in-naħa ta' barra u jinsabu f 'dawn iż-żoni jistgħu wkoll jibbenefikaw minn din l-iskema. Residenzi li jaqgħu fiż-żona ta' żvilupp iżda l-propjetà tagħhom hija skedata, jew dawk li jinsabu fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana jew siti ta' villel/ bungalows fiż-Żoni ta' Prijorità Residenzjali mhumiex eliġibbli għal din l-iskema. Liema xogħlijiet huma koperti? L-iskema tapplika għal ħitan vertikali jew faċċati ħodor u l-installazzjoni mill-ġdid ta' ġonna eżistenti. Ħajt vertikali huwa ħajt mgħotti bil-pjanti li jikbru f 'kontenituri modulari jew fuq materjal speċjali mwaħħal mal- ħajt. Għall-introduzzjoni ta' dawn il-ħitan vertikali - inklużi pannelli, pjanti u sistemi t' irrigazzjoni fil-ġonna, inkluż hardware, timers, u fertirigazzjoni, eċċ - hemm limitu ta' €500 / m2. Fil-każ ta' faċċati ħodor, maħluqa billi jiġu kkultivati pjanti li jitilgħu 'l fuq u fuq faċċata tal-bini minn pjanti mkabbra fil-bażi tal-ġnien, dan se jkun limitat għal € 250/m2 għax-xogħol tal-art u € 35/m2 għall-provvista ta' kannizzati. Dawn il-proġetti jnaqqsu ż-żona ta' pavimentar u jżidu ż-żoni bil-ħamrija u t-tħawwil ta' pjanti. Il-finanzjament għall-ġonna se jkun limitat għal € 500/ m2. Jekk il-ġnien jinsab fuq basement, il-limitu massimu jiżdied għal € 600/m2. Meta tibda? L-iskema se tkun miftuħa bejn il-15 ta' Frar u d-9 ta' April 2021 fuq bażi ta' min japplika l-ewwel (first come, first served basis). Sabiex jiġi faċilitat il-proċess ta' sottomissjoni, it-talba għal għajnuna minn dan il-fond għandha ssir permezz ta' perit u permezz tal-applikazzjonijiet onlajn tal-Awtorità. L-iskema tibqa' miftuħa sad-9 ta' April, jew qabel, sakemm jiġi eżawrit il-baġit allokat. L-Awtorità ppubblikat ukoll linji gwida biex tassisti lill-partijiet interessati dwar kwistjonijiet relatati mal- kunsiderazzjonijiet li għandek iżżomm f 'moħħok qabel ma tiddeċiedi liema infrastruttura ħadra għandek tintroduċi, liema għażla ta' pjanti ħajjin jistgħu jintużaw u kif tieħu ħsibhom. Il-fondi għal din l-iskema jinsabu disponibbli mill- Awtorità permezz tal-miżati li tiġġenera mill-applikazzjonijiet ta' regolarizzazzjoni. L-applikazzjoni ta' regolarizzazzjoni tipprovdi lis- sidien tal-propjetà l-opportunità li jirregolarizzaw żviluppi eżistenti li mhux konformi u jinsabu kompletament fil- konfini tal-iżvilupp. Għal iktar informazzjoni relatata mal-iskema 'Green your Building' tista' ċċempel fuq 2290 1544 jew tibgħat email fuq greenyourbuilding@pa.org.mt. Termini u kundizzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar: www. pa.org.mt. Ritratti: Malta Doors L-Awtorità tal-Ippjanar tniedi l-iskema 'Green Your Building'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021