Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 rakkont illum • Il-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 Sharon Calleja K ienu saru l-erbgħa ta' filgħodu. Għalkemm dak il-ħin fuq il-baħar kien hemm is-sirda, kelli l-għaraq nieżel minn mal-ġnub ta' wiċċi. Ma kontx naf x'kelli naqbad nagħmel! Pietru u Karmnu kienu għadhom ma ġewx lura fuq l-Aurora! U mhux hekk biss! Qalbi kienet qiegħda teħbirni b'mod ħażin! Kont ilni xi kwarta nsejjaħ lil xi ħadd mid-dgħajsa l-oħra bir-radju! U xejn. Ħadd. Bla ebda tweġiba! Ħlief textix u ħsejjes ta' tkarwid ma kontx qiegħed nisma'. "Kaptan, x'ser nagħmlu?" staqsieni Ġanni. "Hemm bżonn.........." "Ħallini! Ħallini Ġann ħa naħseb!" blajtu mingħajr ma ħallejtu jispiċċa. Kont qiegħed nippanikja mhux it! Anke l-ekwipaġġ li kien għad fadal fuq il-pruwa. Huma wkoll. Huma wkoll kienu qegħdin jippanikjaw bejniethom. Għalkemm kien hemm id-dlam, kont qiegħed narahom kemmxejn sfukati mid-dawl li kellna abbord il- vapur tagħna, iħarsu lejja fil-kabina u jerġgħu jittawwlu lejn id-dgħajsa li kien hemm quddiemna. Bla ħajja. Kollox imdallam. Ħjiel ta' xejn. "Trid tiġi miegħi Ġann?" staqsejt lil Ġanni, hekk f 'daqqa waħda. Għal mument ħares lejja mingħajr ma weġibni. Għalkemm ma kienx hemm ħafna dawl, stajt nara l-vini t'għajnejh jaqbżu 'l barra minn madwar il-ħabbiet, xuejh jinxfu f 'salt u nifsu donnu jbatti xi it. "Mela qed tiġġennen? Jien qed nibża'............." lissen minn taħt l-ilsien. "Xi ħadd irid imur. U mhux ser nirriskja aktar nies," weġibtu. Dak il-ħin, indunajt li dik kienet l-aħjar ħaġa li stajt nagħmel. "Tajjeb ukoll! Allura nirriskjaw li nitilfu lill-kaptan!" "Jiġifieri int m'intix ġej, mhux hekk?" staqsejtu. "Aħjar le..........jekk jinqala' xi ħaġa jkun hawn jien," qalli b'leħen għoli u ħassejt il-bżieq tiegħu jaħbat ma' xi partijiet minn wiċċi. Imma dak il-ħin ma tantx tajt kas. Mort fil-ġenb tal-kabina, aħt kexxun u ħriġt il-pistola. Għollejtha it 'l fuq u rajtha tleqq fid-dlam, ikkargajtha, ħarist lejn Ġanni li kien iċċassat lejja u ħriġt 'l barra minn ġol-kabina. "Irrid tnejn minnkom miegħi," tajt l-ordnijiet. Donnhom kollha daħlu f 'qoxrithom, u għalhekk qbadt għażilt l-aktar tnejn li rajt sura ta' nies minnhom, għedtilhom jieħdu xi arma magħhom u ersaqna lejn il-ġenb tal-Aurora ħalli ninżlu fuq id-dgħajsa ż-żgħira li kienet għadha marbuta mal-bastiment tagħna. Dik li kienu niżlu fuqha ż-żewġ irġiel tal-ekwipaġġa tagħna aktar kmien. Ma tantx kien faċli sakemm wasalna ħdejn il-Victoria. Kollha kemm aħna konna aġitati. Iż-żewġt irġiel ta' miegħi qabdu battibekk fuq min minnhom kellu jinżel l-ewwel u dehru qegħdin jibżgħu mhux it. Jiena għamilt idi fuq il-but tal- qalziet fejn kelli l-pistola. Bdejt inħossha b'idi ħalli tagħmilli xi it tal-kuraġġ. Kont naf li fuq il-Victoria kien hemm xi ħaġa ħażina imma ma kontx ser inħallihom jegħlbuna! Dawk żgur kien hemm il-pirati moħbija! U eżatt malli smajt il-ħabel tad- dgħajsa jfaqqa' sal-aħħar biċċa u jersaq mal-Victoria, hekk kif erġajna poġġejna l-imqadef lura fiha u rbatna l-ħabel mad-dgħajsa l-oħra li kien jifred iż-żewġ dgħajjes, tlajna abbord. Kont jiena l-ewwel wieħed li tlajt fuqha. Iż-żewġt irġiel li kienu miegħi, telgħu warajja. Għalkemm il-baħar kien kalm qisu żejt, bdejt nisma' xi njam tad- dgħajsa jfaqqa' bilmod, iżid mal- ħsejjes tar-riħ li kien qed jippenetra l-kabini u jagħmel qisha sinfonija tal-films tal-biża'. Is-sema kienet kemmxejn imdallma u ma kien jidher ebda dawl minn imkien. Għamiltilhom mossa u ħriġna t-torċ li kien ġab fuqu wieħed minn tagħna. "Hawn xi ħadd?" staqsejt jien bilmod, nixtieq lil xi ħadd minnhom jismagħni imma kont qiegħed ninkwieta fl-istess ħin. Silenzju. Xejn. Ersaqt lejn il-bieb tal-kabina u għamilt idi fuq il-pum li kien qiegħed ileqq xi it bid-dawl tat-torċ li kien ġej minn ħdejja. Dawwartu bilmod u aħt. Ħriġt il-pistola minn ġol-but u ressaqtha fil-ġenb tiegħi. Tperriċt it 'l ġewwa. Kabina żgħira. Swied. Riħa tinten pesta! Din kif kienet żdingata hekk? Xi karti bdew itiru minn fuq il- wiċċ ta' xi biċċa għamara u jaqgħu fl-art. Għalkemm kien hemm dlam ċappa ġo din il-kabina, stajt nara xi għanqbut u ħmieġ 'l hawn u 'l hemm. "Hawn xi ħadd?" staqsejt. Imma xejn. Ma kien jidher ħadd f 'din il- kabina żgħira! "Pietru? Karmnu?" sejjaħt it aktar għoli. Indunajt li kien hemm qisu purtell li kien jagħti għal xi kabina oħra li kienet donnha tersaq għan- naħa t'isfel ta' din id-dgħajsa. Ftaħtu bilmod, għamilt mossa lil sħabi li bdew ġejjin warajja bit-torċ u ersaqt nittawwal. Taraġ għal isfel. "X'nagħmlu?" staqsa dak li kellu t-torċ. "Din id-dgħajsa qisha abbandunata!" "Ma jistax ikun! L-ewwel sejħu għall-għajnuna fuq ir-radju!" weġibtu minn taħt l-ilsien. "U hawn Pietru u Karmnu! X'imkien qegħdin!" U nżilt. U fittixt. Kien hemm kabina akbar minn dik ta' fuq. Riħa qawwija ta' moffa. Sinjal ta' ħajja, xejn. Xejn affattu. "Pietru? Karmnu?" bdejna nsejħu, qisna għefiered hemm taħt, induru u ngħaqdu fl-istess kantunieri għalxejn. Ma kien hemm ħadd! Aktar karti mormija 'l hawn u 'l hemm. Xi ikel immuffat. Aktar għanqbut u ħmieġ. U ma kien jidher xejn iżjed. Ebda bieb ieħor. Ebda post fejn setgħu jinħbew xi nies. Xejn. U ħadd. Erġajna tlajna fuq il-kabina ta' fuq. Erġajna dorna it hemm u ħriġna fuq barra tad-dgħajsa. Bdejna nduru biex naraw kienx hemm xi apertura oħra iżda ma rajna xejn! Imbagħad rajtu mill-bogħod. Kien qiegħed ġo qisu kaxxa tal- ħġieġ fin-naħa ta' quddiem. Ġrejt lejn dik in-naħa, sħabi warajja. Ir-radju! Kien jidher hemm maġenb skrin xi it iżgħar minn tiegħi. Dħalt fil-kaxxa tal-ħġieġ, qbadt ir-radju b'idi tirtogħod u ressaqtu ma' widnejja hekk kif għafast xi buttuni. Ħarist lejn sħabi. "Imxu lura fuq l-Aurora! Issa!" għedtilhom kważi ngħajjat, kważi bla leħen, kważi mitluf minn moħħi! Flimkien ġrejna lejn id-dgħajsa ż-żgħira u wara it minuti konna qegħdin fuq l-Aurora, inħarsu lejn xulxin qisna boloh. "Ġann, suq 'l bogħod kemm tiflaħ! Ejja ħa nitilqu!" għedtlu jien b'ordni urġenti. "Imma Pietru u Karmnu! Imma?" weġibni dak, imbellah kif konna ġejna lura mingħajr sħabna. "Lil Pietru u lil Karmnu nsihom!" għedtlu jien biċ-ċiera! U tlaqna. Dak il-lejl ma flaħtx insuq. Dak li kont rajt fil-ġenb ta' dik il-kaxxa tal-ħġieġ kien għadu xena quddiem għajnejja. Qbadt dan il-ġurnal u bdejt nikteb. Ftit qabel kont għadni kemm rajt lil Pietru u Karmnu mitluqin fuq xulxin, f 'għadira demm u b'għajnejhom imberrqin! Aurora (It-tielet parti minn erbgħa)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021