Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 se nispiċċaw barra t-triq' X'tgħid il-liġi tal-kera fuq il- kirjiet ta' qabel l-1995? Skont il-liġi, il-kirjiet ta' qabel l-1 ta' Ġunju 1995 huma protetti u għalhekk l-inkwilini għandhom id-dritt li jibqgħu jgħixu fl-istess proprjetà sakemm jonoraw l-obbligi kollha tagħhom, inkluż il-ħlas tal-kera fil-ħin. Peress li dawn il-kirjiet huma protetti, is-sidien ma jistgħux jgħollu l-prezz tal-kera kif iridu anke jekk dan ma jkunx rifless tal- prezz tas-suq. Apparti minn hekk, dawn il- kirjiet jistgħu jintirtu minn iben/ bint/ulied l-inkwilini imma għal darba waħda biss. Biex dan iseħħ, l-ulied iridu jkunu jgħixu fil- proprjetà mikrija meta tiġi nieqsa l-persuna (l-omm jew il-missier). …U dawk ta' wara l-1995? Għall-kuntrarju, fil-każ tal- kirjiet kollha li saru wara l-1 ta' Ġunju tal-1995, is-sidien għandhom dritt ma jġeddux il- kera meta jagħlaq il-perjodu miiehem fuq il-kuntratt tal-kera jew f 'nuqqas ta' kuntratt, malli jgħaddi l-perjodu tal-ħlas tal-kera kif miehma. 2009: Il-Gvern jibda jipprova jirrimedja: L-emendi li ddaħħlu fis-seħħ fl- 2009 ma kinux maħsuba biss biex jinħoloq bilanċ bejn l-interess tas- sid u dak tal-inkwilini iżda anke biex is-sid ikollu xaqq ta' tama li xi darba se jerġa' jieħu pussess tal- proprjetà tiegħu. Fost oħrajn, għal dawk il-kirjiet ta' qabel l-1 ta' Ġunju 1995, ir-rata tal-kera dovuta minn wara l-1 ta' Jannar tal-2010 kellha titla' għal €185 fis-sena. F'każ fejn ir-rata ta' kera kienet diġà aktar minn €185 fis-sena, ir-rata kellha tibqa' bir-rata diġà stabbilita. Ir-rata tal-kera kellha mbagħad tibda tiżdied kull tliet snin b'mod proporzjonali skont l-indiċi tal- inflazzjoni. Kienu dawn l-emendi li stabbilixxew ukoll, fost oħrajn, li dawn il-proprjetajiet jistgħu jintirtu minn iben/bint/ulied l-inkwilini għal darba waħda biss, jekk dawn ikunu ilhom jgħixu fil-fond mikri għal ħames snin konsekuttivi sal-2008. Aktar emendi… Fl-2018, il-Gvern daħħal fis- seħħ emendi fl-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar biex jiġu indirizzati l-problemi ta' kirjiet antiki li jkunu ġejjin minn ċnus u li huma wkoll suġġett ta' deċiżjonijiet mogħtija mill- Qorti Kostituzzjonali u mill- Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem. Il-Gvern kien spjega li qed jagħmel dan biex joħloq bilanċ bejn id-drittijiet tas-sid ta' dar residenzjali u ta' dak li jikri u li jkollu bżonn il-protezzjoni għax ikun spiċċa mhedded bi żgumbrar minħabba dawn il-kwistjonijiet legali. Fi it kliem, l-emendi jgħidu li s-sid se jkun jista' jagħmel talba quddiem il-Bord tal-Kera biex isir test tal-mezzi tal-inkwilin. Jekk l-inkwilin ma jkollux mezzi u riżorsi biex isib akkomodazzjoni oħra, ikun intitolat li jibqa' jgħix fir-residenza mikrija iżda joqgħod għall-kundizzjoni tas-sid li jista' jgħolli l-kera għal ammont ta' 2% tal-valur tal-proprjetà. Mill-banda l-oħra, jekk mit-test tal-mezzi jirriżulta li l-inkwilin ikollu biżżejjed mezzi biex isib akkomodazzjoni oħra, dan jingħata ħames snin ċans biex joħroġ filwaqt li jkollu jħallas kera doppja. Medjazzjoni qabel każ il-Qorti Apparti minn hekk, f 'Settembru tas-sena li għaddiet, il-Gvern ippubblikati erba' avviżi legali li l-ħsieb warajhom huwa li ssir medjazzjoni wkoll qabel ma jsiru kawżi b'rabta ma' kirjiet li bdew qabel Ġunju tal-1995, quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera. Dan il-proċess ta' medjazzjoni se jkun imħallas kollu kemm hu mill-Gvern. Hekk, iż-żewġ partijiet jipprovaw isolvu l-kwistjoni bejniethom u jippruvaw jaslu għall-ftehim qabel ma jieħdu dan il-każi quddiem il-Qorti, proċess li jfisser spejjeż u dewmien. Uħud mill-każi fejn is-sidien ingħataw raġun Proprjetà Sliema - Mejju 2019: Tista' tgħid li dan kien l-ewwel każ li qajjem inċertezza kbira fost dawk li jgħixu f 'kirjiet protetti ta' qabel l-1995. L-inkwilin kien ilu snin jgħix fir-residenza, fi Triq Guze Ellul Mercer, f 'Tas-Sliema, flimkien ma' ommu u baqa' jgħix hemm anke wara li mietet fl-1986. Hu kien iħallas €203 fis-sena, bil-kera tiżdied skont l-indiċi tal-inflazzjoni, kif stabbilit fl-emendi tal-2009. Skont perit li kienu qabdu s-sidien, id-dar kienet tiswa €300,000 u bil-prezz tas-suq il-kera kienet stmata €1,000 fix-xahar. Is-sidien kellhom jiċħdu offerta biex ibiegħu d-dar għal €450,000, għax l-inkwilin ma aċċettax li jmur f 'akkomodazzjoni oħra. Il-Qorti Kostituzzjonali kienet saħqet li l-liġi kif inhi qed toħloq żbilanċ bejn id-drittijiet tas-sidien u dawk tal-inkwilini. Iddeċidiet li l-liġi qed tikser id-drittijiet tas-sidien u l-Istat intalab jagħtihom kumpens ta' €20,000. Qalet ukoll li l-inkwilini ma jistgħux jiddependu aktar fuq din il-liġi li, skont il-Qorti, tikser il-Kostituzzjoni. Proprjetà Żejtun – Ġunju 2019: L-Istat ġie ordnat jagħti €10,000 f 'kumpens lis-sidien ta' dar antika u kbira fil-qalba taż-Żejtun wara li l-Qorti ddikjarat li l-liġi li tipproteġi l-kirjiet hija waħda li tikser il- Kostituzzjonali. Is-sidien kienu qed jirċievu €286 fis-sena mingħand koppja għall-kirja ta' din id-dar. Perit li għamel stima tal-kirja qal li din id- dar għandha tinkera għal €522.50 fix-xahar, skont il-prezzijiet tas-suq. Is- sidien kienu qed jisħqu li l-kirja baxxa kienet qed tiksrilhom id-drittijiet tagħhom li jgawdu din il-propjetà li tagħha huma sidien u dan skont il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti ddikjarat ukoll li l-aħħar aġġornamenti fil-liġi tal-kera ma għenux lis-sidien li xorta waħda qed ikunu kostretti jaċċettaw kirja ħafna aktar baxxa mill-prezz tas-suq. Iddikjarat ukoll li filwaqt li d-drittijiet tas-sidien kienu miksura, it hemm ċans li s-sidien jerġgħu jidħlu fil-pussess tad-dar hekk kif l-inkwilini llum għandhom it-tfal li jgħixu fl-istess residenza. Proprjetà Birkirkara – Jannar 2021: L-Istat kien ordnat jagħti €23,000 f 'kumpens lil koppja li ma setgħux jieħdu lura l-pussess tad-dar tagħhom f 'Birkirkara minħabba kirja protetta. Il-koppja ilha sid tad-dar mill-1966. Koppja barranija kienet kriet din id-dar. Dak iż-żmien ma kinux protetti bil-liġi sakemm saru ċittadini Maltin. Fl-2017, is-sidien riedu l-iżgumbrar tal-koppja iżda l-Bord għar-Regolarizzazzjoni tal-Kera ċaħad din it-talba fl-2019, għax il-kirja kienet protetta. Skont stima ta' perit li qabbdet il- koppja, id-dar kienet tiswa €370,000 u l-kirja kellha tkun madwar €1,000 fix-xahar, skont il-prezz tas-suq. L-inkwilini kienu qed iħallsu €375 fix- xahar. F'dan il-każ, l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat kien saħaq li l-Istat għandu l-poter jagħmel liġijiet u anke jikkontrolla l-użu ta' proprjetajiet privati biex jirregola sitwazzjonijiet soċjali, f 'isem il-ġid komuni. Iżda l-Qorti ddeċidiet li l-liġi kienet qed tpoġġi lis-sidien fi żvantaġġ. Saħqet li mhux ġust li s-sidien ikunu obbligati jerfgħu waħedhom il-piż ta' sfida soċjali u kkalkulat li l-koppja kienet qed titlef madwar €8,000 fis-sena. "Hemm ukoll dawk in-nies li bħalissa qed jgħixu f'dar b'kirja ta' qabel l-1995 u hemm inċertezza dwar il-futur tiegħu. Dak huwa t-tħassib tan-nies li qegħdin jitkellmu dwaru u għalhekk inżilna hawn biex nisimgħu, imma mhux nisimgħu biss imma anke biex nagħtu s-serħan tal-moħħ, fosthom lil dawk in-nies li qed jgħixu f'dar b'kirja protetta, li mhu se nħallu lil ħadd waħdu." "Hemm eluf ta' Maltin u Għawdxin li jinsabu inkwetati għaliex ma jafux jekk għada, jew pitgħada, is-sid tad-dar fejn joqogħdu hux se jiftħilhom kawża biex ikeċċihom mid-dar. Prim Ministru għandek bomba tal-ħin li dalwaqt se tisplodi f'wiċċek u f'wiċċna. X'qed tagħmel? Dawn huma realtajiet li qed jinkwetaw in-nies. Prim Minsitru ejja npoġġu flimkien, b'umiltà, b'onestà, b'maturità u nuru lin-nies li kapaċi nogħlew mill-interess partiġġjan." "Il-Gvern għandu l-obbligu li mingħajr ma jmiss id-drittijiet tas-sidien li batew biżżejjed mas- snin, u mingħajr ma jintervjeni biex jindaħal f'dak li ddeċidiet il-Qorti, jindirizza mill-aktar fis il-problema li llum saret bomba soċjali tal- ħin, billi jara li I-inkwilini, ħafna minnhom anzjani, li qed jispiċċaw, u li se jkunu qed jispiċċaw bla saqaf fuq rashom, ma jispiċċawx barra fit-triq. Għalhekk, wara li f'dawn l-aħħar seba' snin m'għamel xejn, għandu jassigura sistemi u akkomodazzjoni soċjali għal dawn il-persuni." Robert Abela Bernard Grech Ivan Bartolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021