Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205
08 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 • illum L-effett 'Covid' fost l-istudenti ... 60% dipressati, 70% bin-nervi u 61% waħedhom Il-pandemija tal-Covid-19 ġabet magħha pandemija ta' solitudni u dippressjoni, mhux l-inqas fost l-istudenti Universitarji ta' Malta. Il-gazzetta ILLUM tanalizza riċerka dwar dan ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Smajna ħafna dwar l-effett psikoloġiku tal-pandemija, għalkemm ħafna drabi l-fokus kien kważi dejjem fuq l-anzjani. Studju li sar fost l-istudenti tal- Università ta' Malta juri illi 61% ħassewhom waħedhom waqt il-pandemija, 65% ħassewhom eżasperati u għajjenin u 70.4% qalu illi ħassewhom bin-nervi. Dan juri illi l-effetti tal- pandemija, li għal xi ġimgħat saħansitra rat lill-poplu prattikament jingħalaq ġewwa, ħalliet effetti psikoloġiċi li huma estensivi, anke fost dawk iżgħar fl-età. 60% tal-istudenti li pparteċipaw f 'din ir-riċerka mid-Dipartiment tal-Psikoloġija u d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u l-Istudji tal-Komunità, semmew id-dipressjoni u kif ħassewhom dipressati matul il-pandemija filwaqt li 52.5% qalu li kienu irrabjati. Din il-gazzetta nhar il-Ħadd 17 ta' Jannar irrapportat kif fl-aħħar tas-sena l-oħra huwa stmat mill-Fondazzjoni għas- Servizzi tal-Benesseri Soċjali (FSWS) illi saru mas-27,000 telefonata fuq il-linji 179 u 1772 - fuq kwistjonijiet ta' dipressjoni u solitudni. In-nisa waqt il-pandemija: Aktar dipressi, nervużi u waħedhom mill-irġiel ... imma għalfejn? Intant huwa partikolari u interessanti l-fatt illi n-nisa, perċentwalment esprimew sentimenti psikoloġiċi negattivi, ħafna iktar milli esprimew l-irġiel. Fil-fatt filwaqt li kienu 57% tal-irġiel li esprimew sentimenti ta' nervożiżmu kienu 19% iktar tan-nisa li esprimew dan is- sentiment (76%). In-nisa ħassewhom aktar irrabjati mill-irġiel (56% vs 44.5%) u ftit iktar waħedhom mill-irġiel (62.6% vs 57.4%). Ħafna iktar nisa ħassewhom għajjenin meta mqabblin mal- irġiel (70.2% vs 51%) u finalment 12.4% aktar studenti nisa, minn irġiel, għal total ta' 63.4% qalu li ħassewhom dipressati waqt il- pandemija. Imma x'jispjega din id- differenza konsiderevoli bejn il-ġeneri fl-aspetti psikoloġiċi tal-effetti li ħalliet il-pandemija? Ir-riċerka fil-fatt tgħid illi studju ta' Titan Alon et al 'The Impact of Covid-19 on Gender Equality' (2020) juri kif waqt li normalment riċessjonijiet aktar jimpattaw is-suq tax-xogħol li jimpjega lill-irġiel, fil-każ tal- Covid-19 dan kien differenti. U dan għaliex in-natura tal- pandemija fissret l-għeluq tan-negozji fl-industrija tal- ospitalità, illi fiha wieħed isib rata konsiderevoli ta' nisa, filwaqt li għal madwar tliet xhur għalqu kemm l-iskejjel kif ukoll iċ-child/day care centres. Ir- riċerka tfakkar li l-aktar li ħadu d-daqqa minn dawn il-fatturi kienu n-nisa. Ir-riċerka tfakkar ukoll illi numru kbir ta' studenti għandhom impjieg part time fl- industrija tal-ospitalità. Intant din ir-riċerka - ippublikata fl-aħħar tas-sena l-oħra - staqsiet lill-istudenti dwar ir-reliġjożità tagħhom - jekk humiex sekulari, ftit reliġjużi jew inkella reliġjużi. Hawnhekk id-differenzi mhumiex kbar għalkemm b'75.5% dawk l-istudenti li qalu li huma 'xi ftit reliġjużi' huma l-aktar li wieġbu illi ħassew nervożiżmu. Dawk li huma reliġjużi l-aktar li qalu illi esprimew kien sentiment ta' nervi (68.2%). Din ir-riċerka tikkwota wkoll studju (Azzopardi et al 2020) li juri illi fost il-popolazzjoni studenteska dawk li kienu għaddejjin minn solitudni jew solitudni qawwija kienu telgħu għal 35% fl-2020 minn 2% fl- 2019. In-nisa u dawk reliġjużi b'livelli ogħla ta' biża' mill-pandemija Intant ir-riċerka staqsiet ukoll lill-istudenti dwar il-biża' mill- pandemija b'32% jirreġistraw livell għoli ta' biża', 29.9% livell medju u 29.2% livell baxx ta' biża'. L-istudenti nisa esprimew sentiment ogħla ta' biża' mil- irġiel filwaqt illi dawk li qalu illi huma reliġjużi wrew xejra akbar ta' sentiment ta' biża' mill- pandemija. X'jurina dan? Ir-riċerka tikkwota studji oħrajn, fosthom ta' Gritsenko et al 'COVID 19 Fear, Stress, Anxiety, and Substance Use Among Russian and Belarusian University Students' (2020) li juru illi l-livell ta' biża' mill- pandemija fost studenti li qalu illi huma reliġjużi hija ogħla. Dan juri, tkompli tgħid ir- riċerka, illi r-reliġjożità ta' persuna mhux neċessarjament tgħin biex persuna tiffaċċja sfidi bħal dawn fil-ħajja. Żieda qawwija fix-xorb u s-sustanzi Dan kollu għal xhiex wassal? Wassal biex, turi r-riċerka, dawk li kienu jpejpu, jixorbu jew jagħmlu użu mill-kannabis żiedu l-konsum ta' dawn is- sustanzi matul il-pandemija. Minn dawn l-istudenti fil-fatt 39.7% irrapportaw żieda fit- tipjip, 29.9% żieda fl-alkoħol u 46.9% żieda fl-użu tal-kannabis. Kien hemm żieda ta' 8.7% fix-xorb fi kwantitajiet kbar, dak li jissejjaħ 'binge drinking' bl-inqas żidiet ikunu fost dawk l-istudenti li huma aktar reliġjużi. Dan juri illi minkejja li l-livell tal-biża' kien akbar hemm rabta bejn ir-reliġjożità ta' persuna u l-fatt li l-inċidenza tal- kriminalità u l-użu tas-sustanzi hija inqas fost dan is-settur tal- poplu. Din ir-riċerka saret minn Jamie Bonnici, Marilyn Clark u Andrew Azzopardi. Għadhom żgħar iżda l-pandemija anke fuq iż-żgħażagħ ħalliet effett L-Università ta' Malta