Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 aħbarijiet Ħdax-il sena jispeċjalizza fit-trapjanti tal-għajnejn madwar ir-Renju Unit Din il-ġimgħa l-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal-Oftalmologu Malti Andrè Grixti li għall-aħħar 11-il sena kien qed jitħarreġ u jispeċjalizza fil-qasam tat-trapjanti tal-kornea f'diversi sptarijiet fir-Renju Unit u li llum huwa saħansitra membru fil-Kulleġġ Irjali tal-Oftalmoloġisti ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ta' sikwit niaħru bit-talent lokali f 'diversi oqsma, kemm ta' persuni li qed jagħmlu suċċess lokalment kif ukoll oħrajn li qed jagħmlu suċċess barra minn pajjiżna. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Andrè Grixti, Oalmologu speċjalizzat fit-trapjanti tal- kornea, li qatta' snin sħaħ minn ħajtu jistudja u jispeċjalizza kemm f 'Malta u għall-aħħar snin anke barra, f 'dan is-suġġett partikolari. Grixti, ta' 37 sena minn Birżebbuġa u li llum huwa Konsulent fil-Blackpool Victoria Hospital kif ukoll 'fellow' fil- Kulleġġ Rjali tal-Oalmoloġisti, jispjega lil din il-gazzetta x'inhu s-suġġett li qed jispeċjalizza fih u li dam jistudja 11-il sena sħaħ. Speċjalizzazzjoni fil-kornea ... Grixti jfakkar li l-Kornea tal- għajnejn - magħrufa wkoll bħala t-tieqa tal-għajn - hija l-parti trasparenti ta' dan l-organu u hija magħmula minn diversi saffi. Il- kornea tipprovdi żewġ terzi tas- saħħa ta' rifrazzjoni għall-għajn. Fil-Kornea ma hemmx vini ta' demm u minħabba li hija bħal-lenti għandha tkun dejjem trasparenti. L-Oalmologu jispjega kif il- kornea hija magħmula minn saffi differenti bl-aktar saff importanti jkun dak ta' ġewwa għax proprju jżomm lill-Kornea trasparenti. Żewġ tipi ta' trapjanti. Wieħed isir Malta u l-ieħor le Grixti jispjega mal-ILLUM li hemm żewġ tipi ta' trapjanti. Hemm it-trapjanti parzjali fejn jinbidel biss is-saff ta' gewwa tal-kornea (dan is-saff jissejjaħ Endothelium) li jkun marad b'mard ereditarju, bħal Fuchs Endothelial Dystrophy. Inkella jkun sarlu ħsara waqt xi operazzjoni bhal, f 'operazzjoni tal- kataretti. Dan it-tip ta' trapjant jissejaħ Descemets Membrane Endothelial Keratoplasty (DMEK). Hemm imbagħad, ikompli jispjega Grixti, tip ieħor ta' trapjant parzjali, li minn naħa l-oħra fih jinbidlu biss is-saffi ta' barra tal-Kornea. Dan jissejjaħ Deep Anterior Lamellar Keratoplasty, fejn il-pazjent iżomm is-saff ta' ġewwa tiegħu stess u jibdel biss is- saffi ta' barra. B'hekk ikun hemm iktar cans li l-Kornea tiġi aċċettata mill-ġisem tal-pazjent - jiġifieri inqas ċans ta' Cornea Transplant Rejection. "Ir-rejection rate, jiġifieri r-rata ta' kemm il-ġisem jirriġetta dik il-kornea l-ġdida, hija biss ta' 1%." Dan filwaqt, jgħid Grixti, illi din ir-rata tista' titla' sa 10% f 'każ ta' trapjanti illi fihom tinqala' din il-parti tal- għajn kollha kemm hi, proċess lo jissejjaħ Trapjant Sħiħ (Penetrating Keratoplasty). "Imma mhux hekk biss, din it-teknoloġija l-ġdida qed tgħin sabiex il-pazjenti jirkuparaw ħafna aktar malajr - minflok bejn sena u sena u nofs, b'dan il-proċess il- pazjenti jistgħu jirkupraw f 'temp ta' madwar xaharejn. Għalhekk persuna jkollha bżonn inqas appuntamenti l-isptar u tmur għal ħajja normali iktar malajr, milli kieku tagħmel it-Trapjant Sħiħ," jgħid l-Oalmologu. Andrè Grixti jfakkar lil din il- gazzetta li dan ifisser illi persuna tkun tista' tidħol għax-xogħol aktar malajr f 'ħafna mill-każi u dan allura jnaqqas it-tbatijiet, anke finanzjarji minn fuq il-persuna. Dan it-tip ta' trapjant l-iktar li jintuża huwa għal nies li kellhom xi infezzjoni, li weġġgħu jew inkella sforz mard ereditarju li ħallielhom marka fis-saffi ta' quddiem tal- Kornea jew mard li jbiddel il-forma ta' quddiem tal-Kornea, b'tali mod li ma tkunx tista' tikkoreġiha b'nuċċali jew contact lenses, bħal marda tal-Keratoconus. Mal-15 u 20 trapjant f'Malta ... It-trapjant parzjali ma jsirx f 'Malta, minflok isir biss dak sħiħ. Dawk li jkunu jixtiequ jagħmlu t-trapjant li fih jispeċjalizza Grixti jkunu jistgħu jagħmlu dan biss bi spiża personali kbira, barra mill- pajjiż. Huwa jgħid illi minn informazzjoni li għandu kull sena jsiru bejn 15 u 20 Penetrating Keratoplasty f 'Malta. Grixti wera' x-xewqa tiegħu li xi darba - bħala professjonista Malti - ikun jista' jibda jipprattika dak li tgħallem u li speċjalizza fih f 'dawn is-snin f 'Malta wkoll. Jispjega kif apparti li sa issa ma hemmx possibilità mas-servizz tas-saħħa tal-Gvern, dan it-tip ta' trapjant parzjali fuq il-kornea ma jistax isir fil-privat, minħabba li nuqqasijiet fir-riżorsa jfissru li l-privat ma għandux iċ- ċertifikazzjoni meħtieġa biex ikun konformi. "Jiena nixtieq li hekk kif is- sena l-oħra, l-2020, kienet is-sena li nfakkru l-vista u l-għajnejn, din it-tekonoloġija tkun qed titħaddem f 'Malta wkoll," temm jgħid mal-ILLUM. Min hu Andrè Grixti? Fl-2010 l-Oalmologu Andrè Grixti beda seba' snin ta' taħriġ ġenerali għall-Oalmoloġija f 'diversi sptarijiet fir-Renju Unit. Wara li sar speċjalista tal-għajnejn segwa tliet snin oħrajn ta' taħriġ speċjalizzat fil-Kornea u l-Oculoplastics (kirurġija plastika tal- għajnejn) fil-Queen Victoria Hospital, East Grinstead. Wara - għal sena - kompla jispeċjalizza fi trapjanti tal-għajnejn fil-Moorfields Eye Hospital, f 'Londra u kompla jispeċjalizza wkoll f 'dan il-qasam fir-Royal Liverpool Hospital. Dr Andrè Grixti waqt intervent

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021