Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jikkummenta dwar il-ġabra ta' poeżiji Rota Roża ta' Charlie Grima. Qabelxejn jaqsam magħna diversi mumenti li qasam snin ilu ma' Grima, kemm b'mod fiżiku u kemm b'mod mentali permezz ta' xi versi tiegħu li – għal xi raġuni – baqgħu jidwu f'moħħu x-xhur. Saliba jġarrab il- poetika ta' Grima bħala lingwaġġ stakkat mill-jien iżda daqsinsew iddistakkat mit-tifsir – versi li jgħammru xi mkien nofs triq bejn it-tifsir u l-kewn. Mill-ftit li jafu u mill-ħafna li qrah jaqbel ukoll m'Alex Vella Gera li dan il-poeta Belti mhux biss jikteb il-poeżija iżda wkoll jitħadditha għax poeta l-ħin kollu. dan l-artiklu. Fid-daħla għall- ġabra Rota Roża Alex Vella Gera jikkummenta li "hemm min jilbes il-libsa ta' poeta biex jivvjaġġa minn fuq karta vojta. Hemm min jinża' l-libsa meta jsib ruħu jimraħ f 'nofs dik il- karta vojta. U hemm min ma jilbisx ilbies ta' poeta għax huwa l-ħin kollu poeta. Wara għoxrin sena ħbieb miegħu, nista' ngħid bla tlaqliq li l-awtur tal-versi f 'dan il-ktieb huwa tat-tielet tip". Diparti tiegħi ma nistax ngħid illi naf liċ-Ċali mal- għoxrin sena. Jekk niġu f 'dan, lanqas biss nista' ngħid illi ili nafu ħmistax-il sena. Filwaqt li Vella Gera qatta' xhur (jew snin) twal fil-kumpannija tal-poeta, ngħid għalija ltqajt miegħu ftit drabi biss: dakinhar f 'San Ġakbu, dakinhar tat-tnedija tal-ġabra tagħna Ħbula Stirati li tinkludi wħud mill-poeżiji li nsibu f 'Rota Roża, darbtejn oħra l-Belt, waħda minnhom bla ħsieb. Fuq l-internet – ġaladarba Ċali u l-internet ma tantx huma ħbieb – tkellimna biss xi ftit drabi, l-iżjed fuq Albert Camus, Henri Bergson u fuq ċerta Netherlandiża li, skont is-servizz primittiv tal-midja soċjali hi5, konna ilna t-tnejn moħħna fiha (u hi fina) xhur sħaħ bla ma konna nafu. Xorta waħda – minkejja l-ftit skambji li kellna tul is-snin – f 'dar- rigward ma nistax ma naqbilx ma' Vella Gera: Grima jitħaddet bil-poeżija għax poeta l-ħin kollu. Mill-it li d i s k u s s j o n i j i e t illi kelli maċ-Ċali kwantu l-kitba tal- poeżija niakar battibekk dwar dik illi kont – għadni u aktarx nibqa' – insejħilha " l - i mp o s s i b b i l t à t a l - l e t t e r a t u r a". B'rabta ma' dan, kmieni s-sena li għaddiet f 'din il-paġna kont ktibt dwar kunċett simili – b'referenza għal Samuel Beckett u Will Self – dwar il-falliment inevitabbli ta' kull letteratura. B'ton simili fil- ktieb tiegħu I l - M i b e g ħ d a tal-Poeżija (e Hatred of Poetry, 2016) il-poeta u kritiku Ben Lerner jirrimarka li l-iżjed nies illi jobogħdu l-poeżija huma filfatt il-poeti. Dan għax fl- aħħar mill- aħħar il-poeżija qatt ma tasal twassal – la lilhom i n f u s h o m u wisq lill- qarrejja – dak illi t a s s e w i ħ o s s u li jridu jwasslu. Madanakollu ma nara ebda ħjiel li jista' jwemminni li dan ma jgħoddx ukoll għal kull għamla ta' kitba, anzi għal kull forma ta' użu li jista' qatt isir mil-lingwa minn kwalunkwe dixxiplina umana, inklużi x-xjenzi soċjali u naturali, mhux l-inqas il- filosofija. Talment nemmen dan – nimmaġina li dan jista' jaħsad lil bosta – illi fis-sew kultant ma nħossnix nobgħod biss il-poeżija perse: nobgħod il-fakultà tal- lingwa. Mill-ġdid hawnhekk ma nistax ma niakarx f 'Georges Bataille: "Ma nistax ngħodd b'ħieles lil xi ħadd li ma jrawwimx ġewwa fih ix-xewqa li jħoll l-irbit tal-lingwaġġ". Għandu mnejn għalhekk uħud mill-poeżiji li jidhru f 'Rota Roża jinżluli tant għasel, b'mod partikulari Ħolma, Ix-Xemx Nieżla, Kmieni Filgħodu, 8 Nifsejja kif ukoll Lillllllllllllllllllllllll – waħda mill- poeżiji Maltin favoriti nett tiegħi minn kull żmien. Il-kritiku tal-ġurnal elettroniku Literary Hub James Geary m'ilux ikkummenta li l-poeżiji tal-poeta Alvin Feinman "jeżistu fl-ibgħad ilħuq tad-diskors, l-ibgħad limiti tal- ħsieb, fejn il-lingwa tibqa' ssir u tixxejjen bla hedu". L-istess jista' jingħad għal bosta versi ta' Grima – anke mal-ewwel impressjonijiet – l-iżjed meta x-xbihat tiegħu jieħdu r-riedni kollha fuq il- kelma. Iżda mill-ġdid, barra minn hekk, ngħid għalija ġieli nħosshom jeżistu wkoll – bħalma stqarrejt qabel – xi mkien nofs triq bejn it-tifsir u l-kewn... forsi f 'xi mera tonda fejn l-infinit jittappan bis-swaba' tal-imqass...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021