Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 Bernard Grech dwar il-kaċċa: 'Sar Referendum. Il-poplu ddeċieda' YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill- Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech x'jagħmel jekk ikun fil- Gvern bil-ehim kontroversjali tal-Miżieb, bil-Kap Nazzjonalista jisħaq li art pubblika għandha dejjem tibqa' titgawda minn kulħadd. F'Ottubru li għadda, minn wara dahar il-midja, il-Gvern iffirma ehim mal-Federazzjoni Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) biex l-istess Federezzjoni tieħu f 'idha l-immaniġjar taż-żona tal-Miżieb. Il-ehim huwa għal tliet snin. Jistipola li ż-żoni għandhom jibqgħu aċċessibbli għall-pubbliku, iżda ovvjament mhux fis-sigħat illi matulhom tkun għaddejja l-kaċċa. Dan ma tantx niżel tajjeb, speċjalment mal-għaqdiet ambjentali. "Digà tkellimt fuq dan kemm il- darba b'mod pubbliku u enfasizzajt l-importanza li art pubblika tibqa' titgawda minn kulħadd," insista Bernard Grech meta mistoqsi x'jagħmel b'dan il-ehim. 'Sar Referendum...' L-ILLUM poġġiet diversi domandi quddiem il-Kap Nazzjonalista wara laqgħa li fl- aħħar jiem kellu mal-FKNK anke biex tiem aħjar x'inhi l-pożizzjoni tal-Kap Nazzjonalista dwar il-kaċċa. Meta mistoqsi mill-gazzetta ILLUM biex jispjega aħjar il- pożizzjoni tiegħu dwar l-insib u l-kaċċa, partikolarment fir- rebbiegħa, it-tweġiba tal-Kap Nazzjonalista kienet waħda qasira u xotta. "Sar referendum. Il-poplu eżerċita d-dritt sovran tiegħu u ddeċieda," wieġeb Grech. Ta' min ifakkar li x-xahar li għadda, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tieħu azzjoni kontra Malta dwar il-kaċċa u l-insib. Fil- fatt, il-Kummissjoni Ewropea kienet bagħtet żewġ ittri ta' avviż formali dwar dwar id-deroga għall- għanijiet tar-riċerka u t-tagħlim fir-rigward tal-għasafar tal-għana u dwar is-sistema ta' infurzar u derogi b'rabta mad-Direttiva dwar l-Għasafar. BirdLife Malta kienet ilha minn Ottubru tisħaqt li l-istaġun tal- insib, taħt l-iskuża ta' riċerka, mhu xejn ħlief daħka fil-wiċċ. Il-Gvern kien qal li ħa nota taż-żewġ ittri u li se jwieġeb fiż- żmien stipulat, filwaqt li insista li huwa kommess li jibqa' jiddefendi l-interessi tal-kaċċaturi u tan- nassaba Maltin u Għawdxin biex jiġu protetti d-drittijiet tagħhom. Għaliex ma poġġix il-kaċċa u l-insib taħt il-kelliem għall-Ambjent L-ILLUM staqsiet ukoll lill- Kap Nazzjonalista għaliex, fl- aħħar reshuffle tal-Kelliema tal- Oppożizzjoni, il-kaċċa u l-insib ma poġġihomx taħt i r- re s p ons ab bi l it à tal-Ministeru għall- Ambjent, imma taħt id-Deputat Edwin Vassallo, li huwa l-Kelliem għall- Agrikoltura, is-Sajd u n-Negozji ż-Żgħar. Ta' min ifakkar, li l-Prim Ministru Robert Abela kien ġie kkritikat meta poġġa r-resonsabbilità tal-kaċċa u l-insib taħt il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u bir-raġun għax dan ma għandu xejn x'jaqsam. Anke hawn, it-tweġiba tal-Kap Nazzjonalista lill-ILLUM kienet waħda skjetta u xejn ġdid minn dak li diġà nafu: "Il-kaċċa u l-insib baqgħu għand l-istess kelliem." Nhar il-Ħadd li għadda, din id- deċiżjoni kienet ikkritikata wkoll miċ-Chairperson tal-ADPD u l-opinjonista ta' din il-gazzetta, il- Perit Carmel Cacopardo li saħaq li l-kaċċa u l-insib għandhom ikunu rregolati f 'qafas regolatorju ambjentali u għalhekk għandhom jaqgħu taħt il-Ministru jew il- Kelliem (fil-każ tal-Oppożizzjoni) responsabbli mill-ambjent. "Għax il-PN, bħall-Labour, iħarsu lejn il-kaċċa u l-insib tal- għasafar esklussivament f 'termini ta' voti. Għad m'għandhomx idea dwar l-impatti ambjentali li qed jinjoraw," insista Cacopardo. Bernard Grech Wara l-laqgħa mal-FKNK, il-gazzetta ILLUM titlob lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jiċċara x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-kaċċa u l-insib u anke x'jagħmel jekk ikun Prim Ministru dwar il-ftehim tal-Miżieb. Għaliex il-kaċċa u l-insib ma poġġihomx taħt ir-responsabbilità tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021