Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt F l-aħħar jiem saret proposta li - tipikament għal Malta - spiċċat f 'polemika politika (hemm xi ħaġa li ma tispiċċax pole- mika politika hawn Malta?) biex Triq Sant'Anna ssir ġnien u l-eluf ta' karozzi li jgħaddu minn fuqha ta' kuljum jgħaddu permezz ta' mina minn taħt. Din il-proposta, jekk fattibbli, mhux biss għandha ssir imma għandha tkun il-bidu ta' proġetti simili li jagħmlu differenza lil bliet tagħna. Dan l-aħħar sar ħafna diskors dwar siġar li jinqatgħu biex jagħmlu spazju għal xi proġett. Il-kontro-argument ġeneralment ikun li minkejja li nqalgħu għaxar siġar f 'Ħal Qormi, inżergħu 20 l-Aħrax tal-Mellieħa, per eżempju. Minkejja li t-tħawwil tas-siġar huwa proċess li wieħed ta' min jinkoraġġieh dejjem aktar u kullimkien, dan l-kontro argument huwa wisq simplistiku għax il-valur tas-siġar f 'Ħal Qormi jew il- Ħamrun jew il-Fgura - bliet viċin żoni industrijali, mibnijin u traffikużi - huwa differenti mill-valur tas-siġar fl-Aħrax tal-Mellieħa jew il-Buskett. L-Aħrax u l-Miżieb u l-Buskett u postijiet simili, huma kollha żoni mill-isbaħ li għandna nipproteġu, nieħdu ħsieb u nkabbru. Pero' ma nistgħux ninsew il-kunċett importanti ta' tħaddir urban permezz ta' ġonna u msaġar fiċ-ċentri jew il-viċinanzi tal-bliet, mhux lilhinn minnhom. Dan il-kunċett tħaddem b'suċċess fit-tkabbir ta' Kennedy Grove f 'San Pawl il-Baħar. L-eluf ta' residenti ta' dan il-lokal - apparti l-mixjiet fil-kampanja tal-viċinanzi illum għandhom aċċess għal post li sar bħal oażi żgħir, msaġġar, sabiħ u ħafna akbar milli kien snin ilu, fejn familja tista' tmur timxi, tieħu lit-tfal jilgħabu, fejn persuna tista' tmur taqra ktieb jew tirrilassa - viċin, imma fl- istess ħin 'il bogħod mill-ġenn urban ta' Buġibba u l-Qawra. Mhux qed nivvintaw ir-rota hawnhekk, bliet kbar fl-Ewropa kważi kollha għandhom dawn il-pulmuni ta' siġar, uħud minnhom (bħal f 'Londra per eżempju) enormi. L-għan mhuwiex biss l-estetiku, imma wkoll psikoloġiku. Biex in-nies ikollhom postijiet fejn ikunu jistgħu jaħarbu mill-ġenn urban li saret il-ħajja tal-lum. Il-Furjana, belt antika u ta' preġji storiċi kbar, diġa' hija mogħnija b'diversi ġonna sbieħ, fosthom l-Argotti. Imma għadha nieqsa minn dik il-karatteristika li tagħmilha unika f 'Malta u lilhinn minnha. Dan il-proġett mhux biss, jekk isir, jagħmel ġieħ lill-Furjana imma aktar minn hekk ikun sinjal ċar li sa fl-aħħar verament qed nagħmlu l-passi 'l quddiem biex nassiguraw illi l-poplu kollu jkollu livell għoli ta' għixien u kwalità għolja tal-ħajja. Dawn ma jiġux biss mill-flus, imma jiġu wkoll billi jkun assigurat il-ben esseri tas-saħħa mentali - li xi kultant niħduha wisq for granted. Is-saħħa mentali hija kruċjali daqs is-saħħa fiżika u huwa fatt xjentifiku u ovvju li s-siġar, parks u postijiet fejn wieħed jista' jirrilassa għall-kwiet huma importanti ħafna biex iserraħ il-menti u taħrab it mis-soċjetà dejjem aktar mgħaġġla u stressjata illi qed insiru llum. Araw x'pass enormi 'l quddiem għall- kwalità tal-ħajja, mhux biss tal-Furjaniżi, imma tal-Maltin kollha jkun dan il- proġett li jbiddel l-aktar triq mniġġsa f 'Malta f 'żona ta' ġonna! Dan huwa l-investiment ta' kwalità li rridu nħarsu lejh għall-futur. Dawn huma l-ideat li rridu nisimgħu aktar u aktar. Dawn huma l-proġetti li verament juru rispett sħiħ lejn ir-residenti, il-lokalità u l-pajjiż. Naturalment wieħed jieħu pjaċir jara inizzjattivi, inqas spettakolari imma xorta pożittivi jsiru - bħal per eżempju l-iskema mħabbra lbieraħ biex tħaddar darek, l-inizjattiva tal-Green Bonds kif ukoll tħawwil ta' siġar li sar madwar il- pajjiż. Imma għad fadal ħafna xi jsir. Nemmnu li llum hemm kuxjenza qawwija biex dan isir u nemmnu wkoll li hemm ir-rieda biex dan isir. Għandna ħafna żoni fl-ibliet u l-irħula tagħna li llum faċilment jistgħu jsiru ġonna, artijiet li jistgħu jsiru msaġar u ġonna diġa' eżistenti li hemm bżonn jiġu rranġati (mhux siment-ati!) biex jitgawdew minn aktar nies. It-tħaddir tal-pajjiż mhux xi kappriċċ. Huwa l-akbar investiment fil-poplu, fil-kwalità tal-ħajja tiegħu u fis-saħħa fiżika u mentali tiegħu u ta' uliedu, speċjalment ta' dawk fis-saffi ta' isfel li ma jistgħux isiefru biex jieqfu it mir- rutina u l-uniku soljev tagħhom jistgħu isibuh biss f 'Malta. Għalhekk it-tħaddir tal-pajjiż u l-protezzjoni tal-kampanja - apparti li huwa dover, huwa wkoll att ta' ġustizzja soċjali mal-aktar nies vulnerabbli u maż-żgħir. Il-Furjana ... u mhux biss

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021