Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765
23 storja illum • Il-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 PATRI HERMANN DUNCAN L-Università ta' Malta għandha storja mill-aktar interessanti u taf il- bidu tagħha lura fis-sena 1595 meta l-Papa Klement VII bagħat żewġ Brevi, waħda lill-Isqof Tumas Gargallo u l-oħra lill- Gran Mastru Hugues L. De Verdalle biex l-ewwel jinbena kulleġġ għat-tfal li kellu jinbena mill-Ġiżwiti u fih imbagħad kellu jiġbor is-seminarju tal-Isqof, billi sa dak iż- żmien ma kien hawn l-ebda seminarju fil-pajjiż. Dan sabiex Malta tkun konformi mad-digrieti tal-Konċilju ta' Trentu. Dwar il-bini ta' dan il-Kulleġġ, il- Ġiżwiti kellhom jirċievu proprjeta' u artijiet assenjati mill-Kunsill Sinodali għas-Seminarju filwaqt li kemm l-Isqof, id-dinjitari tal-Knisja kif ukoll is-saċerdoti mogħnija b'benefiċċji kellhom iħallsu taxxa fis-sena għall-manutenzjoni. Ma kienx hemm xi kundizzjoniiet marbutin mat-twaqqif ta' Skola tat- Teoloġija, biex studenti jsiru saċerdoti, għax skont il- Konċilju Lateran li sar fis-sena 1215 id- Djoċesijiet tal-Arċisqof kellhom is-setgħa li jkollhom skola teoloġika u Malta kienet biss Djoċesi tal-Isqof. Allura sar biss it- twaqqif ta' seminarju minuri magħruf biss bħala l-Iskola tal-Grammatika. Għal din ir- raġuni dawk il-kandidati li xtaqu jsiru saċerdoti wara li jkunu temmew l- istudji umanistiċi tagħhom fil-Kulleġġ immexxi mill-Ġiżwiti, kellhom għażla: Jew jistudjaw għand xi komunita' reliġjuża jew inkella jsiefru. Bosta minn dawk li laħqu barra ġew lura iggradwati fit- Teoloġija u fil-Liġi Kanonika. L-Ordnijiet Reliġjużi li kienu jeżistu f 'Malta kellhom il- Fakultà li jagħtu l-lawrji lil dawk l-istudenti li kienu jitgħallmu l-Filosofija u t-Teoloġija fil-Kulleġġi rispettivi tagħhom. Dawn id-digrieti tal-Papa kienu mogħtija lill-'Istudium Generale' maħtura mill-Kapitlu Ġenerali jew mill-Proposti Ġenerali ta' dik l-Ordni kkonċernata. Ir-rekwiżiti meħtieġa għall-għarfien ta' 'Studium Generale' kienu jitolbu li dak il- kulleġġ ikollu professuri tal-iprem klassi li jinkoraġġixxu saħansitra studenti barranin biex jattendu. Żewġ ordnijiet reliġjużi li setgħu jagħtu l-gradi akkademiċi kienu d-Dumnikani u l-Ġiżwiti. Għalhekk insibu li fis-sena 1613, żewġ lekċerers Dumnikani u Franċiżi - James Potsmagner u Le Febre - kienu jgħallmu fil-Belt Valletta. L-ewwel lekċerer li kien jgħallem it- Teoloġija fil-Kulleġġ tal-Ġiżwiti kien James Cassia, li miet fis-sena 1665 wara li kien ilu jgħallem għal 22 sena. Minkejja l-attivitajiet intelletwali fi ħdan dawn iż-żewġ ordnijiet u l-professuri famużi fi ħdanhom, dawn iż- żewġ kulleġġi baqgħu jgħoddu għall-istudju partikulari biss u fi kliem sempliċi qatt ma tqiesu univeristajiet. Madankollu l-Kulleġġ tal-Ġiżwiti fil-Belt kien sar magħruf bħala Studju Ġenerali jew università fis- sena 1727 u sentejn wara l-Kulleġġ tad-Dumnikani fil-Belt beda jitqies ukoll bħala Università. Fit-23 ta' April tal-1768 il-Gran Mastru Manuel Pinto De Fonseca ħa f 'idejh it- tmexxija tal-Kulleġġ tal-Ġiżwiti bl- iskop li jwaqqaf Università għad-Djakni tal- Ordni ta' San Ġwann u żgħażagħ oħra nobbli li kienu taħt l- amministrazzjoni tal- Ordni. Il- Kulleġġ taħt il-Ġiżwiti kompla miexi u sejjaħ bħala Rettur tal-Kulleġġ patri dumnikan biex jamministrah, sakemm ingaġġa professuri oħra barranin biex jifformahom fuq il-linji gwida ta' Universitajiet oħra Ewropej. Fl-20 ta' Ottubru tas-sena 1769 il- Papa Klement XIV bagħat Breve u Bolla lill- Gran Mastru Pinto illi permezz tagħha awtorizzah iwaqqaf Università bis-setgħa li tagħti l-gradi akkademiċi. B'digriet maħruġ fit-22 ta' Novembru 1769 stabbilixxa Università bil-prerogattur, l-pre-eminenzi u l-unuri konsistenti mal-Univeritajiet ta' Ruma. Fis-26 ta' Jannar 1771, il-Papa Klement XIV bagħat żewġ Brevi oħra biex jikkonferma l ewwel Bolla dwar il- Proprjeta tal-Ġiżwiti u s-setgħa tal-Gran Mastru li jaħtar Rettur tal-Università. Mill- istorja jidher li t-twaqqif tal- Università ta' Malta jixbah dak tal-Università ta' Cambridge, meta l- Papa Ġwanni XXII fis- sena 1318 ħareġ Bolla li biha Cambridge saret 'Studium Generale'. B'hekk nindunaw li l-Università tal-lum ħarġet mill- Università mwaqqfa mill- Ġiżwiti, iżda saret statali biss mit-22 ta' Novembru 1769. Il-Gran Mastru Portugiż Pinto waqqaf il- Fakultajiet tat-Teoloġija, tal-Liġi u tal-Arti, għax dawk tal-Anatomija, tal-Kirurġija u tal-Mediċina twaqqfu fis-sena 1674 mill- Gran Mastru Nikola Cottoner, fis-Sagra Infermeria (jew fl-Isptar tal-Ordni) li wara iżda ġew trasferiti meta waslu Malta professuri barranin. Dawn il-professuri ma damux wisq minħabba li t-Teżor tal- Ordni ta' San Ġwann ma setax ilaħħaq mal- ispejjeż tas-salarji. Il- Gran Mastru Ximenes di Texada fl- aħħar tas-sena skolastika 1772/73 kiseb il-permess mill-Papa biex ineħħi dawn il- Professuri barranin u minflokhom jingaġġa Professuri Maltin. Din il-mossa ta' Ximenes tixhed it- tirannija ta' dak iż- żmien, bil-Gran Mastru lest li saħansitra jassar l-istess Università u jkissirha, billi joħdilha l-fondi u jittrasferrixihom fit-Teżor tal-Ordni, flimkien mal-kirja miġbura għall-imħażen ta' Pinto, li kellha tintuża biex tkopri l-manutenzjoni tal-Università, hekk kif kien iddeċieda l-istess Pinto. L-Università baqgħet tħoss l-impatt qawwi ta' din id- deċiżjoni u nuqqas ta' fondi. Wara l-mewt ta' Ximenes f 'Novembru 1775, laħaq l- Gran Mastru Emmanuele de Rohan li fis-sena akkademika 1778/79 reġa' ta' imbutattura lill-Università, billi fost oħrajn stabilixxa kors ġdid tal-Matematika Avvanzata u tat-Tbaħħir. L- Università saret awtonoma u bdiet tamministra l- proprjeta tagħha, independentement mill- Fond Komuni. Fi żmien Napuljun 1798 – 1800 l-Università reġgħet iffaċċjat il-problemi, għax fit-18 ta' Ġunju 1798 Il-Ġeneral Franċiż biddel l-Università fi skola ċentrali. Meta telqu l-Franċiżi minn Malta u ġew l-Inglizi fit-28 ta' Ottubru 1800, Sir Alexander Ball - l ewwel Kummissarju Għoli Ingliz - reġa' fetaħ l-Università mill-ġdid u ħatar lill- Kanonku Franġisku Saverju Caruana bħala Rettur. Fis- sena 1907 żdied kors ġdid tal- Inġenerija u ieħor tal- Arkitettura. Fis-sena 1937, ir- Re Ġorġ VI żejjen l-Università bit-titlu Rjali u għalhekk bdiet tissejjaħ l-Università Rjali ta' Malta. Illum l-Universita ta' Malta li tinsab f 'Tal- Qroqq, twaqqfet permezz tal- Att tal-Edukazzjoni tas- sena 1788 u bħalissa hemm madwar 11,000 student, fosthom barranin li jattendu part-time jew full-time b' għexieren ta' korsijiet, aktar minn 14-il Fakultà u numri ta' Ċentri u Istituti Interdixxiplinarji. Mill-Ġiżwiti u Pinto sar-Re Ġorġ VI: L-istorja tal-Università ta' Malta