Illum previous editions

ILLUM 28 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 • illum aħbarijiet Akkomodazzjoni mhux liċenzjata: 'Hemm bżonn li jsir aktar biex jonqos dan l-abbuż' YENDRICK CIOFFI "F'destinazzjoni popolari bħal Malta li jkun hawn l-għażla fl- akkomodazzjoni hija importanti imma din trid tkun regolarizzata u f 'numri li jagħmlu sens." Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija għar-Ristoranti u l-Lukandi (MHRA) Andrew Agius Muscat, meta l-gazzetta ILLUM tkellmet miegħu dwar il-kiri ta' appartamenti u akkomodazzjoni oħra mhux liċenzjata. Din il-kwistjoni dwar akkomodazzjoni alternattiva (mhux lukandi) li ma tkunx liċenzjata tissemma wkoll fid- dokument għall-konsultazzjoni li l-Gvern nieda biex Malta jkollha strateġija għat-turiżmu għal għaxar snin li ġejjin. Mistoqsi x'jaħseb dwar dan u jekk hux ġust li jkun hawn min jikri appartamenti mhux liċenzjati meta ħafna persuni fis-settur ikunu investew biex joffru l-aħjar prodott lit-turist, Agius Muscat beda jisħaq li l-MHRA mhijex kontra l-kompetizzjoni. L-ewwel u qabel kollox għamel referenza għall-kwistjoni tas-sodod disponibbli (bed stocks). Saħaq li n-numru ta' sodod liċenzjati f 'Malta huwa kbir ħafna li biex wieħed jissodisfah jirrikjedi li jikber b'mod drastiku l-għadd ta' turisti li jaslu f 'Malta. Għalhekk, Agius Muscat staqsa kemm il-pajjiż jiflaħ iġorr numru akbar ta' turisti u dan meta wieħed iqis li fl-2019, l-aħħar sena tajba għat-turiżmu qabel feġġet il- pandemija, waslu f 'Malta aktar minn 2.75 miljun turist. Insista li anke qabel ma feġġ il- Covid-19 kien diffiċli ħafna biex wieħed jissodisfa l-għadd tas-sodod li huma liċenzjati, aħseb u ara issa, li fi kliemu, "waqajna t-taraġ kollu" u s-settur irid jerġa' jibda tiela' tarġa tarġa. 'Min jabbuża qed jhedded il- prodott turistiku' Sa issa tkellimna fuq l-għadd tas- sodod liċenzjati, aħseb u ara jekk wieħed jieħu inkonsiderazzjoni wkoll dik l-akkomodazzjoni li mhijiex liċenzjata, li fi kliem Agius Muscat, kemm jekk in-numru huwa kbir u anke jekk huwa żgħir, jibqa' ħażin. "Dan bħal meta qed issuq karozza bla liċenzja. Huwa ħażin. Jekk se ssuq kontra d-direzzjoni jew tikser il-liġi mhux se jkunu jafu min int," insista. Insista li hawn operaturi li jabbużaw u li dawn wara kollox qed jheddu l-prodott turistiku, għax ngħiduha kif inhi, l-akkomodazzjoni hija parti essenzjali mill-esperjenza tat-turist. "Illum mhux diffiċli biex tirregola ruħek u jaqbillek," insista Muscat. Spjega kif hawn min għandu l-perċezzjoni li għax mhux iħallas il-liċenzja, allura qed jiffranka. "Imma jekk tinqala' problema se tispiċċa fi nkwiet kbir. L-istess bħal meta għandek karozza u tinqabad issuq mingħajr liċenzja," insista Agius Muscat. Għalhekk saħaq li huwa importanti li kulħadd jirregola ruħu biex fis-settur ikun hawn level- playing field, fejn filwaqt li jkun hawn l-għażla, kulħadd ikollu ċans jikkompeti. Kien hawn li insista li l-għażla hija importanti sakemm tkun regolarrizata u f 'numri li jagħmlu sens. Is-settur mhuwiex ristoranti u akkomodazzjoni biss... Iżda l-ILLUM tistaqih kif tista' tikkontrolla l-għadd ta' sodod. Ma tistax iżżomm lil xi ħadd li għandu l-flus jew li għandu appartament, milli jġib il-liċenzja u jikrih għat- turisti. Mhux ħweġju? "Għalhekk importanti li jkollok strateġija," insista Agius Muscat. Saħaq li jekk ikun hawn policies tajbin u anke inizjattivi, wieħed li għandu l-flus x'jinvesti jista' jirrealizza li jekk irid jidħol fis- settur mhux bilfors irid jikri xi appartament jew jiaħ xi ristorant. Anzi, kompla jisħaq Agius Muscat, aktar ma jkun hawn ideat ġodda, aktar se jgawdi mhux biss it- turist, imma anke min qed jinvesti. 'Sar ħafna imma fadal' Mistoqsi jekk humiex kuntenti bil-livell ta' infurzar li kien hemm sa issa fuq akkomodazzjoni li mhijiex liċenzata, il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA saħaq li llum faċli taqbad lil dawn l-operaturi, għax ħafna minnhom jirreklamaw l-appartamenti tagħhom fuq il- midja soċjali. "Sar ħafna imma hemm bżonn li jsir aktar biex jonqos dan l-abbuż. Hemm bżonn aktar riżorsa," temm jgħid. Kulma jmur qed jiżdiedu l-għadd ta' turisti li jagħżlu li jikru appartament minflok joqogħdu f'lukanda imma qed isir biżżejjed biex ikun assigurat li kull operatur ikun liċenzjat? Il-farmhouses u l-appartamenti isiru dejjem aktar popolari mat- turisti L-istatistika li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jippubblika minn żmien għal żmien dwar it-turisti li jżuru Malta tista' tagħtina stampa aktar ċara kemm il-kiri tal- appartamenti u l-farmhouses, aktar milli l-lukandi, qed isir popolari mat-turist. L-ILLUM se tibbaża din l-analiżi fuq l-aħħar statistika ppubblikata dwar it-turiżmu fl-2019, l-aħħar sena qabel ma faqqgħet il-pandemija u t-turiżmu qala' daqqa ta' ħarta Jekk wieħed iħares lejn is-snin 2017 sal-2019, jinnota li kemm it-turisti li jagħżlu l-lukandi u anke dawk li jikru akkomodazzjoni alternattiva qed jiżdiedu. Madanakollu, dawn tal-aħħar, jiġifieri dawk li jagħżlu li jikru appartamenti jew farmhouses, qed jiżdiedu b'rata aktar mgħaġla. Fl-2017 kien hemm 1,518,385 turist li għażlu l-lukandi u 490,919 li għażlu akkomodazzjoni alternattiva. In-numri żdiedu għal 1,651,398 u 614,480 fl-2018. Fl-2019, kien hemm 1,709,966 turist li għażlu l-lukandi u 714,157 turist li krew appartament jew farmhouse. Jekk wieħed iqabbel l-2019 mal-2018, jinnota li fil-każ ta' turisti li għażlu li jikru appartamenti jew farmhouses minflok joqogħdu fil-lukandi, kien hemm żieda ta' kważi 100,000 turist. Dan ifisser żieda ta' 16.2% f 'sena waħda biss. Interessanti aktar minn hekk huwa li meta wieħed janalizza l-għadd tal-iljieli li t-turisti qattgħu fil-lukandi meta mqabbel mal-għadd tal-iljieli li t-turisti qattgħu f 'akkomodazzjoni alternattiva, jinnota li dawn tal-aħħar żdiedu u naqsu l-għadd tal-iljieli fil-lukandi. Fil-fatt meta wieħed iqabbel l-għadd ta' ljieli li t-turisti qattgħu f 'Malta fl-2019 ma' dak tal-2018, jirriżulta li l-iljieli fil-lukandi naqsu bi 13,220 filwaqt li żdiedu b'aktar minn 730,000 l-għadd ta' ljieli li t-turisti qattgħu f 'appartamenti u f 'lukandi mikrija. Andrew Agius Muscat Kull ma jmur dejjem qed jiżdiedu t-turisti li jagħżlu l-appartamenti fuq il-lukandi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 February 2021