Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114
12 intervista IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 • illum MARIANNA CALLEJA Fil-kwiet u l-ħemda tal-għelieqi fiż- Żurrieq issib remissa li minflok hi armata b'xi mgħażqa, zappun jew xi mutur tal- ħart, minflok hemm ring tar-wrestling. Dan il-garaxx iservi bħala kenn għal- istudenti tar-Wrestling professjonali biex jagħmlu it-taħriġ tagħhom. Il-fanatiċi tal-Wrestling Professjonali żgur jiakru l-istazzjonijiet Taljani jxandru il-programmi ta' WWE. Probabbli jiakru ukoll il-fażi fil-bidu tal-2000 fejn bosta kienu jintefgħu quddiem is-sett tat-televiżjoni jsegwu wrestlers famużi bħal Eddie Guerrero, Rey Mysterio, John Cena u Randy Orton. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Wayne Pace magħruf fid- dinja tar-Wrestling bħala Gianni Valletta dwar l-esperjenzi tiegħu u fuq kollox dwar xi trid tagħmel jekk inti ukoll trid isir wrestler. 'Wara l-quddies kont nintefa man- nannu narawh flimkien' B'tbissima mimlija nostalġija, Wayne Pace beda' jirrakkonta kif bdiet il-ħajra għal dan l-isport daqshekk partikolari. "Ta' tmien snin niakarni narah fuq it- televiżjoni. Kienu jagħmluh kull nhar ta' Ħadd fuq it-Taljan. Wara l-quddies kont nintefa' man-nannu, naraw ir-wrestling flimkien", qal Pace. Kompla jgħid li għal-ewwel beda' sempliċiment jogħġbu iżda biż-żmien sar iffissat, u minn fanatiku spiċċa student. Fil-bidu tat-tfulija tiegħu, meta wrestling kien biss ossessjoni, Pace kien ifissa fuq l-Undertaker. "L-immaġini makabra u l-preżenza qawwija tiegħu fir-wrestling dejjem ġibdtini imma meta sirt student bdejt nieħu nota ta' wrestlers tekniċi bħal Chris Benoit." 'Malli ħareġ rema' l-pakkett tas- sigaretti għax kellu jagħżel bejn sigarett u wrestling' Il-ġuvni li ilu jippratika dan l-isport mill-2010 jgħid li l-ewwel beda billi għamel riċerka fuq postijiet li joffru taħriġ fir-wrestling. Għalkemm fil-bidu tas-sena 2000 ir-wrestling f 'Malta kiseb popolarita' kbira, il-ġuvni mal-ewwel induna li f 'Malta ma' tantx għandu wisq ċans li jirnexxi. Dak iż-żmien, fl-età ta' 20 sena qatagħha li jmur jagħmel prova l-Ingilterra. "L-akkademja laqtitni l-iktar għax fuq il-websajt kitbu li kellhom kuntatti ma' stillel famużi ta' WWE bħal Hardcore Holly u Billy Gun", stqarr Wayne Pace. Madankollu hu ametta li wara li mar jagħmel il-prova, ħareġ kważi mejjet. Irrakonta kif ħareġ bla nifs, imma x-xogħol kien ogħġbu. Dak iż-żmien hu kien ipejjep u malli ħareġ rema' l-pakkett tas-sigaretti għax kellu jagħżel bejn is- sigarett u r-wrestling. Meta rritorna Malta, tant kemm għamilha fatta li jrid jerġa jmur lura l-Ingilterra li għamel tlett xhur jaħdem kemm jiflah, "ma kelli xejn imġemma u ħdimt kemm flaħt biex nerġa mmur lura." 'Fil-ħin it-tajjeb u fil-post it-tajjeb' Ir-wrestler li dar id-dinja biex jieħu sehem f 'numru ta' kampjonati fosthom f 'Franza, l-Ingilterra u fil-Ġappun qal li "dan l-isport jirrikjedi ammont sostanzjali ta' taħriġ u dedikazzjoni." Iżda l-gazzetta ILLUM ma setgħatx ma tistaqsix kif sab ruħu f 'dawn il-postijiet kollha. "Jien dejjem ngħid, u din mhux fir- wrestling biss, trid tkun hemm fil-ħin it-tajjeb u fil-post it-tajjeb", stqarr Pace. Hu għamel erba' snin jgħix f 'Portsmouth fl-Ingilterra, u qal li kien bis-saħħa tal- akkademja fejn illi beda jagħmel il- kuntatti tant li "l-coach jibda jibgħatek f 'diversi pajjiżi fuq diversi esperjenzi." Iżda hu jħoss li l-ikbar impatt ħassu meta fetaħ l-akkademja Pro Wrestling Malta (PWM). "Il-kunttati donnhom bdew ikunu iktar frekwenti. Il-kunttati li kelli qabel riedu jiġu Malta għall- avvenimenti li bdejna norganizzaw u nies ġodda li saru jafu bina fetħulna bibien ta' opportunitajiet, mhux għalija biss imma anke ghall-istudenti" 'Opportunità lil dawk li ma jaffordjawx jew m'għandhomx kuraġġ' "Kien hemm xi nies li kienu iffisati bħali u staqsewni x'għamilt. Mal-ewwel innutajt bix-xewqa li tinfetaħ skola f 'Malta," stqarr. Kompla jgħid li dak iż-żmien kien għaddej minn żmien ikrah u f 'qalbu qal "m'hemmx iktar x'nitlef." Tant kemm kien hawn domanda għalih li għall-ewwel lezzjoni kien hemm 30 ruħ iżda mat-tieni lezzjoni ġew lura biss nofshom. B'daħka Pace qal li probabbli ma kienux qed jistennew daqshekk xogħol. L-għan wara l-akkademja hu li jagħti "opportunità lil dawk li forsi ma jaffordjawx jew m'għandhomx kuraġġ imorru barra minn Malta għalissa.' 'Il-gimmick ta' wieħed salvaġġ, bdiet minn Tajiri.' Fil-bidu tal-karriera tiegħu kien beda' bil-karrattru tal-kavallier iżda maż-żmien evolva. "Xtaqt nagħmel xi ħaġa ġdida għax kont donni weħilt, rajtni ma kontx naf fejn se naqbad immur iktar", qal Pace. "Il-gimmick ta' wieħed salvaġġ, bdiet minn Tajiri", qal. Yoshihiro Tajiri, hu wrestler famuż. Hu kiseb l-popolarità tiegħu mal-Maltin lura fid-90ijiet meta kien jieħu sehem f 'WWE. Tajiri kien beda' jiġġieled flimkien ma' Gianni Valletta u kien hu li ħajjar lill-Malti għal dan il- karratru ġdid. Tajiri beda' jxebħu ma' Bruiser Brody, wrestler famuż ieħor tat- 80ijiet." "Onestament ma xtaqtx li nispiċċa kopja eżatta tiegħu, Iżda namirah, studjajtu u ħadt l-affarijiet li laqtuni mingħandu" qal filwaqt li spjega li kien Tajiri li ggwidah saħansitra kif jiċċaqlaq u l-mixja. 'Jibqgħu jirsistu, jibqgħu jitħarrġu.' Mill-akkademja ta' PWM diġà ħarġu numru ta' wrestlers b'karrattri pjuttost interessanti. Pace semma l-erba' wrestlers li l-Maltin m'għandhomx jitilfu. Jack Quinn, il-magician ta' PWM. Pace jgħidilna li Quinn ilu fl-akkademja mill- bidu li fetħet lura fl-2014. "Għandu futur quddiemu avolja xi drabi rasu iebsa", spjegalna b'daħka Pace. Jack Quinn diġà rrapreżenta lil-Malta f 'kampjonati barra minn xtutna. Owen Blanco hu student ieħor li ħareġ minn din l-akkademja. Blanco jiffokka fuq it-teknika u Pace jiddiskrevih bħala naturali. Owen Blanco ġie mfaħħar minn numru ta' wrestlers rinomati fosthom Joel Redman. Adam Envy u Neil Hendrix, huma l-aħħar gradwati tal-akkademja. Pace jgħidilna li ma' kull persuna li jikkompetu, dejjem jieħdu l-proset. Wayne Pace li jħarreġ lil dawn l-istudenti qal li għandhom "jibqgħu jirsistu, jibqgħu jitħarrġu. Jonqoshom biss li joħorġu hemm barra biex jiksbu l-esperjenza." 'Id-daqqiet li naqalgħu huma ta' detriment għal saħħitna' Mistoqsi għaliex Sport Malta ma' aċċetatx li tgħin lil PWM kemm il-darba, Pace spjega li minħabba li r-riżultati fir- wrestling huma determinati minn qabel dan ma jitqiesx bħala sport. Għal kuntarju ta' dan, Pace jinsisti li taħriġ xorta jsir, d-daqqiet u tisbit li ġismek jieħu fir-ring mhumiex foloz u fl- aħħar mill-aħħar dawn "id-daqqiet qed iġibu detriment fuq saħħitna." Hawn Wayne Pace rrakonta wieħed mill-agħar inċidenti li kellu fir-ring, meta kiser subgħajh u kellu jibqa għaddej qisu ma' ġara xejn. Wara l-ġlieda, ittieħed l-isptar u kellu jiġi operat immedjatament. L-għajnuna li talab kemm il-darba Pace kienet għall-istudenti li bħalissa qed jitħarġu ġo remissa minflok f 'post armat apposta għal dan l-isport. Talab ukoll għall-għajnuna biex l-istudenti ta' din l-akademja jkollhom aċċess biex ikomplu jimirhu f 'pajjiżi oħra bis-saħħa ta' fondi minflok iħallsu minn buthom. Trabba fiż-Żurrieq u popolari fil-Ġappun Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' wieħed mill-iġganti tal-Wrestling f'Malta. Minn fejn ġie l-isem Gianni Valletta? Għaliex Pro-Wrestling mhux ikkunsidrat bħala sport f'għajn Sport Malta? X'għandha x'taqsam l-Awtorità Ġappuniża għat- Turiżmu u il-Pro-Wrestling? Iwieġeb ir-wrestler professjonali Wayne Pace mall-ILLUM.