Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114
06 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 • illum Għandek ġenn biex issiefer? Ħarsa lejn ir-restrizzjonijiet destinazzjonijiet popolari mal-Maltin Renju Unit: Mira li n-normalità tirritorna fil-21 ta' Ġunju Kmieni din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson żvela l-pjan tal-Gvern biex fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin jibdew jitneħħew ir-restrizzjonijiet stretti li daħlu fis-seħħ biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-Covid-19 u dan hekk kif ikompli t-tilqim. Ir-Renju Unit spiċċa fuq għarkupptejh anke minħabba varjant tal-Covid-19 li għalkemm mhuwiex aktar perikoluż mill-virus normali, jinxtered ħafna aktar malajr. Madanakollu, hekk kif għaddej it-tilqim u jidher li l-każi qed jonqsu, anke jekk għadhom sostanzjali, il-Gvern Ingliż ħabbar il-pjan tiegħu biex b'mod gradwali l-Ingilterra tibda toħroġ mil-lockdown strett li kellha tiffaċċja. Fil-fatt, il-Prim Ministru Johnson żvela din l-istrateġija. Jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma, jistgħu jaraw ir-restrizzjonijiet kollha jitneħħew sal-21 ta' Ġunju. Is-Segretarju għas-Saħħa, Matt Hancock saħaq li jekk kulħadd jikkopera, dawn il-miri jistgħu jintlaħqu. Saħaq li fil-futur, il-Gvern irid li l-miżuri, bħall-ilbies tal-maskra, isiru "materja ta' responsabbilità personali," aktar milli liġi kif inhuma bħalissa. Kif se jkunu merħija r-restrizzjonijiet? • 8 ta' Marzu: Jiħu l-iskejjel kollha b'għadd ta' miżuri • 29 ta' Marzu: Gruppi ta' sitt persuni jew żewġ familji jistgħu jiltaqgħu f 'ġonna • 12 ta' April: Ħwienet, ħwienet tax-xagħar, gyms, stabbilimenti ta' ospitalità fuq barra u dawk ta' akkomodazzjoni jistgħu jiħu. F'dan iż-żmien tista' ssir ukoll reviżjoni tar- restrizzjonijiet marbuta mas-safar • 17 ta' Mejju: Żewġ familji jew gruppi ta' sitta jistgħu jiltaqgħu fuq ġewwa, bħal f 'pubs jew inkella fi stabbilimenti oħra tal-ospitalità bħar-ristoranti. Jiħu wkoll is-swali taċ-ċinema, il-mużewijiet, il-lukandi, spettakli u anke attivitajiet sportivi, fejn sa massimu ta' 10,000 persuna jistgħu saħansitra jidħlu fil-grawnds. Apparti minn hekk, massimu ta' 30 persuna se jkunu jistgħu jattendu tiġijiet, riċevimenti u anke funerali. • 21 ta' Ġunju: L-aħħar pass fejn potenzjalment ir-restrizzjonijiet kollha legali fuq il-kuntatt soċjali jkunu jistgħu jitneħħew u saħansitra jinfetħu l-bqija tal-istabbilimenti, inkluż il-clubs. Il-miri kollha mit-12 ta' April 'il quddiem, anke jekk mhux impossibbli (dejjem skont is- Segretajru għas-Saħħa) se jiddependu minn erba' fatturi importanti: • Is-suċċess tal-programm tat-tilqim; • l-evidenza dwar kemm il-vaċċin huwa fil- fatt effettiv biex inaqqas l-imxija; • l-assessjar fuq varjanti ġodda; u • rati baxxi ta' infezzjonijiet ġodda. It-tneħħija tar-restrizzjonijiet se jkunu kkonfermati ġimgħa qabel. Bejn data u oħra se jkun hemm ċans ta' erba' ġimgħat biex l-awtoritajiet jassessjaw l-effetti li t-tneħħija tar- restrizzjonijiet se jkollhom. Ovvjament, sakemm l-Ingilterra għadha taħt lockdown, l-ivjaġġar kemm domestiku u anke dak estern huwa illegali. Dan mistenni jibqa' hekk, minn tal-inqas sas-17 ta' Mejju. Wara li l-ġimgħa l-oħra l-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn l-andament tat-tilqim fl-aktar swieq importanti għat-turiżmu f'Malta, illum qed tħares lejn is-sitwazzjoni tar-restrizzjonijiet fl-aktar destinazzjonijiet popolari mal-Maltin YENDRICK CIOFFI Nhar il-Ħadd li għadda din il- gazzetta tat ħarsa lejn il-progress tat-tilqim f 'dawk il-pajjiżi li huma importanti ħafna għat- turiżmu f 'Malta, biex mill-aktar fis possibbli dan jerġa' jieħu r-ruħ. Iżda l-Maltin ma jridux jaraw biss lit-turisti ġejjin Malta. Jixtiequ li huma stess jippakkjaw, jaqbdu ajruplan u jitilqu btala. Iżda x'issiefer tagħmel jekk tispiċċa msakkar f 'lukanda għax kullimkien ikun magħluq jew ikollok issegwi elf restrizzjoni? Għalhekk, f 'dan il-Ħadd, l-ILLUM se tagħti ħarsa lejn ir- restrizzjonijiet imposti fl-aktar destinazzjonijiet popolari mal- Maltin u l-pjani li dawn il-pajjiżi għandhom biex fil-ġimgħat li ġejjin jibdew jerħu l-miżuri u jiħu l-bibien tagħhom mill-ġdid, dejjem jekk ikun possibbli. Franza: Curfew u lockdowns fil-weekends għal Nice Franza wkoll qed titħabat biex tnaqqas ir-rata tat-tixrid tal- Covid-19 u dan qed ikollu effett dirett fuq ix-xewqa li jonqsu xi it jew wisq ir-restrizzjonijiet. Bħalissa Franza mhijiex taħt lockdown iżda għal dawn l-aħħar ġimgħat ġie impost curfew strett, fejn ir-residenti ma jistgħux joħorġu minn djarhom bejn is- 6pm u s-6am, ħlief għal xi it eċċezzjonijiet. Filwaqt li l-ħwienet huma miuħa, ir-restrizzjonijiet qed iżommu ħafna min- negozji magħluqa, fosthom ristoranti u anke l-faċilitajiet tad-divertiment. Il-Gvern qed jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jevita t-tielet lockdown nazzjonali. L-imxija tal-Covid-19 hija qawwija ħafna, b'mod partikolari, fil-Belt ta' Nice u fil- madwar. Tant hu hekk li ż-żona, f 'dan tmiem il-ġimgħa kienet taħt lockdown parzjali. L-istess se jiġri bejn nhar il-Ġimgħa u l-Ħadd li ġej. Fil-fatt, f 'Nice, ir-rata hija ta' aktar minn 700 każ għal kull 100,000 resident. Dan ifisser tliet darbiet aktar mill-medja nazzjonali ta' 190. Jaħti għal dan jidher li huwa t-tixrid tal-varjant il-ġdid tal- Covid-19 u anke l-influss ta' diversi turisti għall-btajjel tal- Milied. Intant, l-istudenti Franċiżi, f 'diversi bliet, fosthom Bordeaux, Grenoble u Lyon, reġgħu rritornaw fl-iskejjel, wara li dawn introduċew test sempliċi għall-Covid-19 li jagħti riżultat fi żmien 40 minuta. Franza pprojbixxiet ukoll id- dħul ta' vjaġġaturi minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea. Kull min jidħol fi Franza jrid jippreżenta test negattiv tal- Covid-19 li jkun fis-72 siegħa ta' qabel.