Illum previous editions

ILLUM 28 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 Kirjiet pre 1995: Is-sid se jkollu dritt jitlob għal żieda u l-Gvern se jidħol għall-inkwilin sa massimu ta' €10,000 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Gvern ilbieraħ ħabbar bidliet fil-Liġi li tirregola l-Kirjiet ta' qabel l-1995 li se tara lis- sid jingħata d-dritt li jikkontesta, permezz ta' rikors, il-kirja quddiem il-Bord tal-Kera u jieħu lura sa 2% tal-valur tal-proprjetà, ammont li l-Prim Ministru Robert Abela qal illi huwa tajjeb biżżejjed biex tintlaħaq il-proporzjonalità. L-ammont tal-kera jiżdied wara valutazzjoni li ssir minn perit imqabbad mill-Bord. Is-sid ma għandux dritt jaqbad u jkeċċi lill- inkwilin. Għal dawk l-eluf, madwar 10,000 familja - 1,440 fil-Kottonera u madwar 2,000 proprjetà fil-Belt Valletta biss - il-Gvern se jidħol biex jagħmel tajjeb għad-differenza fil-ħlasijiet li se jitla' għal massimu ta' €10,000. Il-Prim MInistru Abela spjega kif għal snin sħaħ ma sar xejn f 'dan il-qasam u llum hu jrid jaċċerta li ħadd ma jispiċċa bla saqaf fuq rasu u jħallas għan- nuqqas ta' azzjoni ta' Gvernijiet għal snin. B'din is-sistema qed ikun aċċertat li fil-każ tal- pensjonanti l-Gvern se jassorbi ż-żieda fil-kirja kollha sa massimu ta' €10,000 kull sena, filwaqt li għal dawk li jinsabu f 'kirja simili imma qegħdin f 'impjieg se jkun aċċertat li l-kirja l-ġdida hekk kif stipulata mill-Bord tal-Kera ma tkunx ogħla minn 25% tad-dħul tagħhom, mill-ġdid sa massimu ta' €10,000. "Dawn huma riformi kuraġġużi li jaċċertaw saqaf fuq ras kulħadd, " sostna il-Ministru tal-Housing Roderick Galdes li qal illi issa din il-liġi se tkun qed tmur għad-djalogu quddiem il-Parlament. Min jgħix fi proprjetà li tiswa' ħafna flus (iktar minn €500,000) - fejn id-differenza bil- kirja l-ġdida ma tistax titħallas il-Gvern se joffri akkomodazzjoni alternattiva, kif il-Prim Ministru Abela fakkar illi diġa' seħħ ma' dawk l-inkwilini li kienu se jispiċċaw barra t-triq. Il-Gvern iħabbar bidliet fil-Liġi tal-Kirjiet ta' qabel l-1995 dan l-aħħar f'kontroversja minħabba deċiżjonijiet tal-Qorti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 February 2021