Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114
20 opinjoni IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 • illum Lejn in-normalità? Għadna lura I ktar ma Robert Abela jeqred li "l-instituzzjonijiet qed jaħd- mu", iktar joħloq dubji dwar jekk dan hux minnu. Għand- na dritt għan-normalità. Imma f 'sitwazzjoni ta' normalità mhemmx post għal Prim Ministru jindirizza konferenza stampa fuq l-investi- gazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Kif sar nhar it-Tlieta b'repetizzjoni nhar il-Ħamis minn Robert Abela. Il-Kummissarju tal-Pulizija indirizza l-istampa erbgħa u għoxrin siegħa wara, nhar l-Erbgħa. Għamel sewwa l-Kummissarju Angelo Gafà avolja ma kienx f 'pożizzjoni li jagħti tweġibiet fid-dettall mitlub, minħabba li f 'dan il-mument kritiku kellu l-obbligu li ma jagħmel u jgħid xejn li jista' jimmina l-investigazzjoni. Ilkoll nistennew lill-Kummissarju tal-Pulizija li jżommna infurmati dwar dak li qed jiġri. Il-predeċessur ta' Angelo Gafà bil-kemm kien kapaċi jgħaqqad sentenza meta kellu l-opportunità li jindirizza l-istampa. Spiċċa jħalli kollox f 'idejn ta' warajh, dak li s-suspettat ewlieni fl-assassinju diversi drabi irrefera għalih bħala z-ziju Silvio. Kemm Robert Abela kif ukoll ta' qablu jafu tajjeb li din mhiex imġieba normali f 'soċjetà demokratika. Waqt il-konferenza stampa ta' nhar it-Tlieta Robert Abela għamel dikjarazzjoni li setgħet tindika li kien qed jiġi mgħarraf mill-Pulizija dwar kif kienet qed tiżviluppa l-investigazzjoni kriminali dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Fil-fatt hu qal li mill-investigazzjoni ma kien irriżulta l-involviment tal-ebda politiku fil-kaz. L-għada, fil-konferenza stampa tiegħu, il- Kummissarju tal-Pulizija kien ċar ħafna huwa u jwieġeb mistoqsija simili. Filwaqt li qal li s'issa l-Pulizija ma kienx irriżultalhom involviment ta' politiċi, qal ukoll li hu ma jmurx jinforma lil Prim Ministru b'dak li jkun qed jirriżulta waqt l-investigazzjonijiet. Din hi l-aħbar reali mill- konferenza tal-Kummissarju tal-Pulizija. Il-Kummissarju Gafà qed iwassal messaġġ wieħed ċar: il-Pulizija ma jinfurmawx lill-Prim Ministru b'dak li jkun għaddej waqt l-investigazzjonijiet! Dan hu, bla ebda dubju, tibdil kbir minn kif kienu jsiru l-affarijiet sa it ilu. Nafu mix-xhieda dettaljata li nstemgħet quddiem maġistrati differenti fil-proċeduri kriminali li uffiċjali tal- Pulizija kienu jinfurmaw lil Joseph Muscat, predeċessur ta' Robert Abela, b'dak li jkun qed jirriżulta fl-investigazzjonijiet. Muscat, ġeneralment kien ikun akkumpanjat mill-kap tas-segretarjat tiegħu Keith Schembri. Is-sensar Melvin euma xehed diversi drabi li kien jaf b'diversi aspetti importanti tal-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia mingħand Yorgen Fenech, sieħeb Keith Schembri. Il-pulizija forsi tgħallmu li it jistgħux jafdaw, l-anqas lil min ipoġġi Kastilja. Huwa f 'dan is- sens li d-dikjarazzjoni ta' Angelo Gafà hi pass kbir il-quddiem lejn in-normalità. Imma dan mhux biżżejjed. Min jeżerċita l-poter minn Kastilja jeħtieġlu jiem ir- rwol tiegħu f 'dawn iċ-ċirkustanzi sensittivi. Il-paroli żejjed ma jagħmel ġid lil ħadd. Ikun utli li anke l-Prim Minsitru jitgħallem li dan hu l-waqt li jekk jaqta' biċċa minn ilsienu jkun aħjar għal kulħadd, b'mod partikolari għall- investigazzjoni. Ovvjament dan jekk jixtieq li din tkun konkluża b'suċċess! Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma ġratx għall-għarrieda, kiesaħ u biered, imma seħħet f 'kuntest ta' skandli u korruzzjoni fuq skala li qatt ma rajna bħalhom. Il-pulizija mexjin fl-investgazzjonijiet dwar il- qtil innifsu. Flok ma jipprova jieħu l-krettu għal xogħol ħaddieħor dwar dawn l-aħħar żviluppi ikun aħjar kieku l-Prim Ministru jikkonċerna ħidmietu fuq dak li wassal għal qtil. Li dan ikun injorat iwassal messaġġ ċar : li tkun qed taċċettah dak li kollu li wassal għal dan il-qtil. L-istituzzjonijiet demokratiċi jaħdmu jekk inħalluhom jaħdmu. Ikun tajjeb jekk il-Prim Ministru jieqaf jilgħaba tal-prima donna, moħħu biss biex jipprova jagħsar kull aħbar għal gwadann politiku. Li jieqaf jaġixxi b'dan il-mod ikun bla dubju ta' għajnuna biex il- pajjiż jaqbad it-triq tan-normalità. Sadanittant it-triq lejn in-normalità għadha mċajpra għax għadna lura. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Sur Prim Ministru, tabdikax mill-poter kompletament Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM J iena favur li jkollna istituzzjonijiet b'saħħith- om. Favur li jkollna l-governanza, favur li jkollna ġudikatura u pulizija serja imma m'inix favur li l-Gvern jispiċċa bla poter ta' xejn. Wara l-qtil ta' Caruana Galizia spiċċajna li f 'daqqa waħda rridu insiru aktar Kattoliċi mill-Papa u dawk li kienu siekta meta kellna l-istess sistema mnejka issa saru l-orakli tal-verġinità. Ma għandix għalfejn insemmi l-ismijiet, għax tafu daqsi għal min qed nirreferi. Imma jkolli ngħid, meta narahom jippontifikaw jaqbadni d-dardir u l-ħruq ta' stonku. U għalhekk daqs kemm nieħu gost nara lill- Kummissarju Angelo Gafa' jkun serju u determinat, daqstant ieħor niddejjaq li nara lill-Kummissarju jiaħar li hu ma jkellimx lill-Prim Ministru. Stenna, x'hemm ħażin li jkellem lill-Prim Ministru? Il-Prim Ministru huwa responsabbli mis-sigurtà, mill- pajjiz u ma jistax jitwarrab. Mela ser ikollna Stat ġo Stat? Kieku l-Prim Ministru jindaħal u jgħidlu: "Hawn sur Kummissarju ma rridx li inti tarresta lill-aħwa Agius." Imbgħad niem! Imma x'hemm ħażin li l-Prim Ministru jkollu ħjiel ta' qed jagħmel il-Kummissarju? Ilum il-Gvern qed jibża' li jistaqsi, li jkellem u anki jagħti direzzjoni lill-Pulizija. Mhux biżżejjed li l-Ministru Byron Camilleri jgħid li jagħti appoġġ lill-Kummissarju, irid jagħmel iktar minn hekk. Irid jara li l-Kummissarju qed jagħmel xogħolu u għandu l-prioritajiet f 'posthom Ma jfissirx li għax kien hemm Prim Ministri qabel li kienu mdawwrin minn 'psewdo-kriminali', issa ma nistgħux nafdaw lil dawk kollha li ġew eletti biex imexxu l-eżekuttiv. Il-Prim Ministru għandu dover li jmexxi 'l quddiem l-istrateġija tas-sigurtà fil-pajjiż. Jista għada filgħodu jiddeċiedi jagħmel gwerra qaddisa kontra s-sewqan bl- addoċċ, id-droga, il-prostituzzjoni … il-kaċċa illegali. Hu, bħala politiku jista' u għandu jindirizza il- prioritijiet, mhux il-Kummissarju. Din hija ħaġa normali f 'soċjetà demokratika u li tħaddan il-politika tal-punent. Mela Sur Prim Ministru kun konxju li inti għandek responsabbilità li ma titlifx l-kontroll. U Sur Kummissarju kompli f 'xogħlok, ħares is-sewwa, tħares lejn wiċċ ħadd - imma akar li fl-aħħar mill-aħħar il-pulizija għandhom ikunu soġġetti għad-direzzjoni politika. Il-kummissarju Angelo Gafa' Ikun tajjeb jekk il-Prim Ministru jieqaf jilgħaba tal-prima donna, moħħu biss biex jipprova jagħsar kull aħbar għal gwadann politiku