Illum previous editions

ILLUM 28 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

A ktar ma' jgħaddi ż-żmien, mad- war id-dinja kollha, il-politika qed tevolvi f 'tellieqa għall-poter bla skrupli fejn il-popoliżmu jsib art fertili biex ikattar soċjeta' ċinika, mhedija b'dak li hu immedjat u bi skar- tar totali ta' ħsieb għall-ġejjieni. Valuri bħad-dinjita' tal-bniedem, is-solidarjeta' u priniċipji bħal-ġustizzja soċjali u s-sos- tenibbilta' saru irrelevanti għall-politiċi bir-riżultat li l-politika saret aktar tieħu l-forma ta' ATM fejn kollox għandu prezz u xejn m'għandu valur. F'Malta qiegħdin fl-istess ilma. Id- dibattitu fuq il-viżjoni fejn irridu naraw lil pajjiżna nbidel f 'mantra li kollox sejjer tajjeb, kulħadd kuntent fl-aqwa żmien u m'għandniex għalfejn naħsbu kif nistgħu nkunu aħjar ġaladarba qiegħdin f 'ġenna ta' l-art. Minflok fittixna pjan komuni fuq kif ser noħorġu mill-matassa li ser iħalli warajh il-Covid-19, il-Gvern jipprova jpinġi stampa li kollox taħt kontroll u li l-kontribut tal-Oppożizzjoni m'huwiex neċessarju. Il-mezz ewlieni ta' konvinzjoni popolari sar il-klijentaliżmu fejn l-arma tal-vot dlonk tissarraf u tiggarantaxxi leġiżlatura wara l-oħra. Pajjiżna, qatt daqs illum ma' kellu bżonn jeleva l-ħidma politika tiegħu biex niffukaw fuq il-materji li huma kruċjali għall-futur ta' pajjiżna: il-pensjonijiet, sistema ta' trasport pubbliku nadifa u effettiva, it-twessiegħ tas-servizz tas- saħħa, l-infrastruttura ta' pajjiżna u l-mudell ekonomiku li rridu nibnu wara l-ħerba ekonomika li qed ngħixu fiha. U huwa proprju dan li l-PN qed jaħdem fuqu: qed nibnu fuq il-legat tal-kisbiet soċjo-ekonomiċi li ġibna għal pajjiżna biex issa nagħtuh viżjoni fattibbli li tispira lil kull Malti u Għawdxi biex jgħolli l-livell ta' l-għixien tiegħu mingħajr ma' jikkalpesta lill-ħaddieħor jew lill-ambjent naturali tagħna. Il-PN qiegħed jittrasforma l-politika tiegħu għaliex dejjem kien il-Partit li għaraf li l-innovazzjoni, ir-riforma u t-tiġdid huma l-ingredjenti għal formula ta' rilevanza politika fejn il-Partit jibqa' jkun strument biex iġib bidliet pożittivi fis-soċjeta tagħna. Trasformazzjoni politika li hija mibnija fuq it-tisħiħ tal-ġid komuni li jpoġġi lill-persuna fiċ-ċentru tal-politika, fejn int min int, ġej minn fejn ġej u irrispettivament mis-saħħa finanzjarja tiegħek għandu jkollok l-fakulta' kollha biex tilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħek u tal-familja tiegħek. Dan kollu nemmnuh, inħaddnuh u determinati li nwettquh. U dan qed nagħmluh minn issa għaliex m'aħniex ser noqgħodu ninku lill- elettorat biex jistenna l-proposti tagħna sal-kampanja elettorali. Kif għamilna fil-qasam ta' l-enerġija, ser inkomplu nagħtu l-kontribut tagħna biex il-bidliet niksbuhom għall-poplu tagħna anke mill-Oppożizzjoni. Kemm ilu li ġie fdat lili dan ir-rwol tat-trasformazzjoni politika, iltqajt u tkelliemt ma' numru kbir ta' persuni li xtaqu jikkontribwixxu lejn dan il- proċess ta' tiġdid: mhux għax għandhom xi interess dirett iżda għaliex għandhom għal qalbhom lil pajjiżna u jaraw li l-PN huwa l-mezz l-aktar effettiv biex nerġgħu mmorru lura fuq it-triq tan- normalita' f 'dan il-pajjiż. Kelli laqgħat ma' ħafna żgħażagħ mimlijin entużjażmu għall-futur tagħhom; ma' attivisti fil-PN li qed jerġgħu jaraw Partit iffukat fuq il-ġid komuni; ma' persuni Laburisti li għandhom għal qalbhom lil pajjiżna u ma' Nazzjonalisti li kienu tbiegħdu mill-PN għal raġuni jew oħra iżda li f 'qalbhom baqgħet tnemnem dik il- fjamma għal dak li jirrappreżenta l-PN. F'din l-esperjenza jispikka s-sentiment ta' tama li minkejja l-perspettivi differenti li jista' jkun hemm, kull min għandu verament għal qalbu lil pajjiżna, lest imidd idu u jagħti l-kontribut tiegħu u tagħha. Li huwa żgur hu li l-poplu irid PN effettiv, kritiku iżda mhux kattiv, viżjonarju iżda mhux vag fil-ħsibijiet, effiċjenti iżda uman li jaħdem b'empatija, bl-għożża u b'umilta'. Għalkemm bil-kriżijiet ta' kuljum ta' dan il-Gvern, huwa faċli ħafna li wieħed jaqa' fit-tentazzjoni li jibbaża l-politika tiegħu esklussivament fuq iż-żelqiet tal- avversarju, ikun żball fundamentali jekk ikun hawn min jaħseb li l-PN jista' jsir aktar popolari b'dan biss. Jista' jagħti l-każ li kien hemm żminijiet fejn pajjiżna kellu bżonn politika esklussivament konfrontazzjonali biex wasalna fejn qiegħdin lillum. Iżda llum Malta ma' jixirqiliex politika tribali li t-telfa ta' wieħed isarraf fil-gwadann ta' l-ieħor. Din l-art ħelwa li tant ngħożżu jixirqilha politika li tispira lill-poplu jħares 'il quddiem lejn pajjiż isbaħ, amjbent naturali aktar protett, edukazzjoni aktar sħiħa għal uliedna, sigurta' dejjem akbar fl-irħula tagħna u poplu b'saħħtu li jista' jkompli joħloq il-ġid mingħajr ma' jippreġudika l-futur tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin. M'huwiex faċli li tbiddel mentalita' politika partikolarment f 'kultura polarizzata bħal tagħna. Iżda l-Partit Nazzjonalista laqa' din l-isfida u għamel il-pass li jinfetaħ dejjem aktar u lest jilqa' fi ħdanu lil kull min għandu għal qalbu l-ġid komuni, it-tisħiħ tad-dinjita' ta' kull persuna u t-tkattir tal-ġustizzja soċjali. Dan ser ikun il-veru test tat-tiġdid politiku tagħna. Claudio Grech huwa Deputat Nazzjonalista responsabbli għat-Trasformazzjoni u l-Innovazzjoni tal-Politika tal-PN Claudio Grech 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 It-tiġdid tal-PN

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 February 2021