Illum previous editions

ILLUM 28 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 • illum Il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta' Pisces mill-Ħadd 28 ta' Frar sas-Sibt 6 ta' Marzu L-aħħar qamar kwitna għal dan il- kalendarju żodjaku Is-Sibt 27 ta' Frar beda l-aħħar qamar kwinta tal-kalendrju żodjaku għas-sena 2020-2021 u l-aħħar żodjaku ta' Pisces. Hekk b'din il-kumbinazzjoni enerġetik aktar mis-soltu, wieħed ikun jista' jwettaq riflessjoni dwar dak li esperjenza tul dawn l-aħħar 11-il żodjaku sabiex wara nħarsu b'ottimiżmu u preparazzjoni għax-xhur li ġejjin. Barra minn dan, il-qamar kwinta li qed nesperjenzaw, ser ikun ta' gwida fit-twettiq tal-ideat, proġetti u pjanijiet li trid twettaq. Dan jista' joffrilek din l-enerġija pożittiva unika li teħtieġ kemm jekk għaddej minn esperjenzai ta' tibdil u anke jekk qed tesperjenza żmien pożittiv. Għalhekk huwa mument ferm interessanti bejn is-Sibt 27 ta' Frar u t-Tlieta 2 ta' Marzu li fih wieħed għandu jagħraf jaħtaf din l-opportunità fiż-żodjaku li huwa gwida f 'ħajjitna. Jekk tkun tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku tiegħek, ibgħat ismek u d-data tat-twelid fuq: PaulJon, Kompetizzjoni ILLUM, PO BOX 27 Paola. Għal aktar informazzjoni tista' żżur ukoll is-sit www.pauljon13.com Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Aquarius ser ikun mument sabiex tagħraf timxi b'aktar ħeġġa issa li ser tibda tieħu deċizjonijiet ta' direzzjoni dan ser ifisser ritmu differenti f 'ħajtek. Ser ikollok aktar stabbiltà sabiex it- twettiq meħtieġ minnek ikun wieħed ta' preċiżjoni. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Pisces ser ikun perjodu li fih tagħraf l-istabbiltà f 'ħajtek. Għalkemm ser tkun medhi b'ħafna proġetti kemm preżentament u anke fil- futur, xorta għandek tagħraf iżżomm bilanċ madwarek. Agħraf iżjed dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Aries ser ikun mument fejn trid tagħraf tkun preċiż f 'dak li int trid tibda twettaq fil- karriera tiegħek. Agħraf l-abbiltà tiegħek biex tkompli miexi b'determinazzjoni u tħares 'il quddiem għal dak li riesaq lejk. Agħraf kun aktar iffokat. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Taurus ser ifisser li trid tagħraf timxi b'aktar għaqal sabiex tkun aktar iffokat u ma tikkommettix ċerti żbalji li forsi jistgħu jkunu ta' xi konsegwenzi meta għandek bosta prospetti pożittivi resqin lejk. Agħraf li dan ikun mument ta' stabbiltà għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Gemini ser ikun mument ta' riflessjoni għal dak it-tibdil meħtieġ li ser jibda jseħħ madwarek. Minn issa trid tikkontrolla lilek innifsek u s-sitwazzjonijiet li ser jiżviluppaw madwarek. Dan għalik ser ikun perjodu meħtieġ għal tranżizzjoni. Agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Cancer ser ikun ifisser mument ta' aktar konċentrazzjoni u għalhekk minn issa trid tikkontrolla aktar kemm l-atteġjament tiegħek kif ukoll id-deċiżjonijiet li ser tibda tieħu. Żomm kalm u trankwill u ħares 'il quddiem b'determinazzjoni. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Virgo. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Virgo ser ifisser li dan huwa l-mument opportun li tagħraf taħtaf dik l-opportunità ideali sabiex il-madwar kollu tiegħek tevalwah kif tixtieq u tagħraf ma tiħux l-affarijiet b'għaġġla iżda timxi bi ħsieb profond. Żgur li għandek biżżejjed esperjenza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Libra ser ikun ifisser mument ta' paċenzja sabiex tagħraf tkattar il-maturità u l-għaqal f 'dak li riesaq lejk fil-ħidma. Agħraf għaqqad il-paċenzja u żgur jekk tagħmel dan tibda tħossok aħjar u aktar iffokat. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Sagittarius ser ikun mument ta' kontroll tiegħek innifsek sabiex id-deċiżjonijiet li tieħu jkunu fuq il-mertu tiegħek. Għalkemm parir dejjem iservik ta' gwida finalment trid taħseb għal rasek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Scorpio ser ikun ifisser perjodu aktar agressiv fl-ambizzjonijiet personali u dawk ta' madwarek. Dan jaf ikun ta' sfida għalik minħabba li issa se turi aktar l-abbiltà u d-determinazzjoni f 'dak li int trid tesprimi u tixtieq twassal. Ħares 'il quddiem b'ottimiżmu. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Capricorn ser ikun mument li jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex tagħraf aktar tikkontrolla f 'ħajtek. Dan huwa perjodu li jista' jkun li terġa' tirbaħ dak li tli jew ħadulek mill-karattru magħruf tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa it-Tlieta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Leo ser ikun perjodu ta' riflessjoni dwar il-bidla li qed twettaq. Dan jaf joħloq problemi sakemm int tilħaq l-aspettattiva tiegħek. B'hekk tkun deċiż dwar fejn tixtieq tasal/ Agħraf biss li minn issa trid tħares 'il quddiem jekk trid l-istabbiltà li tant tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 February 2021