Illum previous editions

ILLUM 28 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 'Dejjem xtaqt li nirrapreżenta lill- Malta' Imma wrestler kif jagħżel l-isem? Ġeneralment l-isem jintagħżel biex jikkumplimenta l-karratru, dik li fl- industrija jsejħula Gimmick. Fil-każ ta' Wayne Pace l-istorja kienet kompletament differenti. L-ewwel darba li sab ruħu f 'ġlieda, lanqas biss kien bil-ħsieb li jkun fiha. Qabel l-avveniment il-maġġoranza tar- wrestlers inkluż l-istudenti jarmaw ir-ring kif ukoll is-siġġijiet għall-udjenza. "Waqt li kont qed narma, ġie l-coach fuqi u qalli mur lesti għax kwarta oħra se jkollok id- debutt", qal Pace. Kompla jirrakonta kif dakinhar lanqas qalziet tar-wrestling ma kellu u spiċċa jissellef tal-għalliem tiegħu. Wara it mumenti reġa' mar fuqu l-coach u staqsih x'isem ħa jkollu. "Kelli erbgħa f 'moħħi, imma dak il-ħin bdejt nippanikja u ma kontx naf x'se nagħmel." Lura fil-locker room, kien hemm sieħbu u staqsih x'jisimha l-Belt Kapitali ta' Malta. "Qalli tajjeb uża lilha u sib isem għal magħha. Dak il-ħin ġie f 'moħħi Ġanni għax donnu isem tipiku Malti." Hu spiċċa jgħid li "minn hemm beda' l-vjaġġ, minn dejjem xtaqt li nirrapreżenta lill-Malta". Minn hemm ħareġ l-isem ta' Gianni Valletta, iżda dan l-isem lil Pace ma jogħġbux, "jien personalment ma' jogħġobnix imma issa drawni bih speċjalment fil-Ġappun." 'Fil-Ġappun diffiċli biex tikseb ir- rispett' Tajjeb li nsemmu li Gianni Valletta jaf forsi ma jafux kulħadd f 'Malta, iżda il-Ġappun għamel suċċess kbir. Skont hu kellu xorti tajba għax diġà hi iebsa li tirnexxi fis-settur tar-Wrestling fil- Ġappun aħseb u ara li tirbaħ ir-rispett tal- udjenza. "Raw xi ħaġa fija" qal b'daħka, "naħseb rattabtilhom qalbhom". Għalkemm fir-ring, Gianni Valletta hu persuna li għandhek tibża minnu, mal-ewwel tinduna li Wayne Pace, għal-kuntrarju, hu bniedem mistħi u sinċier. Bl-akbar umilta', Pace qal li fil-fehma tiegħu jemmen li qed jagħmel biċċa xogħol tajba. Dan jintwera ukoll mill-kummenti li jħallulu ħafna fuq il-midja soċjali fejn uħud jiddiskrivuh bħala "il-pont ta' ħbiberija bejn Malta u l-Ġappun." Gianni Valletta kellu l-opportunita' wkoll li jirrapreżenta lil Malta fl-iktar kampjonat li ilu għaddej fid-dinja tar-wrestling. Valletta mhux talli ħataf din l-opportunita' iżda wkoll rebaħ l-ġlieda tiegħu kontra ċ-champion Kento Miyahara. Dan kollu wassal lill-Awtorità Ġappuniża għat-Turiżmu biex taħdem flimkien ma' Wayne Pace biex jippromwovi l-gżejjer Maltin flimkien mal-mudella u attriċi ġappuniża, Nishiuchi Hiro. fil-Ġappun … Niltaqgħu ma' Wayne Pace

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 February 2021