Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838
27 films illum • IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 Carmel Bonnici L-awtur Tennessee Williams fuq il-liżar ċinematografiku (1) Tennessee Williams kien kittieb popolari tar-reċti għal fuq il-palk. Ix-xogħlijiet tiegħu ġeneralment kienu jikkonċentraw fuq emozzjonijiet qawwija sesswali insodisfatti, frustrazzjonijiet ukoll sesswali li, kemm għall-palk u kemm għaċ-ċinema kien ikollhom il- kontenut tagħhom imnaqqas sewwa minħabba ċ-ċensura, tant li ġieli kienu jitilfu ħafna mill- impatt u s-sustanza tagħhom. Ħafna drabi, hu stess ma kienx ikun sodisfatt bil-films addattati mir-reċti tiegħu. Uħud minn dawn il-films kienu wkoll miżmuma milli jintwerew hawn Malta minn ċensura pjuttost iebsa ta' dak iż-żmien. Hu ħaseb li Baby Doll (1956) kien nieqes minn dak il-ferħ liberu. Fuq Suddenly Last Summer (1959) qal li meta rah mar jirremetti għaliex Elizabeth Taylor, bħala mara użata mill- kuġin omosesswali tagħha biex tiġbed l-irġiel lejha, ma kenitx addattata għal din il-parti. Daqshekk ieħor kien iddiżappuntat bl-irwol tagħha fil-film Boom (1968), ibbażat minn fuq in-novella tiegħu e Milk Train Doesn't Stop Here Anymore, għax dehrlu li kienet għadha żgħira għal din il-parti u Richard Burton kien "xiħ" għal tiegħu, pero' wara ddikjara li r-riżultat finali kien "suċċess artistiku". Dan l-awtur rinomat twieled nhar is-26 ta' Marzu 1911 bħala omas Lanier Williams III f 'Columbus, Mississippi. Missieru kien bejjiegħ li jivvjaġġa fuq xogħlu li kien sikwit imaqdar lit-tifel sensittiv tiegħu li kien omosesswali, bħala "Miss Nancy". L-ewwel li beda jikteb kien meta marad bil-paralisi, meta kellu bejn ħames u seba' snin. Ta' 13-il sena, ommu li kienet tinkoraġġih jikteb, xtratlu typewriter. Kien għadu tinaġer meta ta' 16- il sena rebaħ it-tielet premju (5 dollari) għall-kompetizzjoni Can A Good Wife Be A Good Sport? Fl-1935 kiteb l-ewwel reċta tiegħu, Cairo, Shanghai, Bombay! Il-familja tiegħu ċċaqilqet u marret tgħix St. Louis meta Tom kellu biss 17-il sena u kienu jgħixu f 'post ċkejken fi żmien id-Dipressjoni l-Kbira. Dan l-ambjent influwenzah biex jikteb l-ewwel kapulavur tiegħu, e Glass Menagerie. Hu beda jattendi l-Universita' ta' Missouri- Columbia għall-edukazzjoni aħjar u kien hemm li sħabu l-istudenti laqqmuh Tennessee minħabba l-aċċent profond tas-Sud li kien jitkellem bih. Wara, ttrasferixxa ruħu fl- Universita' ta' Washington f 'St. Louis, Missouri, imma ma ħax id-degree qabel kellu 28 sena mill-Università ta' Iowa fejn immatrikola mill-programm ta' kitba tal-iskola. Ftit qabel ma mar hemm, għadda xi żmien jiġġerra, nkluż perjodu fejn kien jirkeb il- ferroviji min għajr ma jħallas bejn Caifornia u l-Messiku. Fl-1939 mar New Orleans u beda jsejjaħ lilu nniffsu Tennessee bħala omaġġ lill-Istat ta' fejn twieled missieru. Kien qrib ħafna ma' oħtu Rose, marida bil-marda tal-ġenn wara li akkużat lil missierha li attakkaha sesswalment. Meta fl-1937 għamlet operazzjoni f 'moħha u saret inkapaċitata qatt ma ħafer lill- ġenituri tiegħu li taw il-permess li jsir hekk. Tennessee Wiliams kien isofri bid-dipressjoni akuta u beża' li se jiġġennen. Fl-1969 għamel xi it żmien maqful. Wara suċċess kbir bir-reċti tiegħu, dawk tal-aħħar miktubin taħt l-influwenza tal-alkoħol u l-pilloli li kien jibla', m'attirawx lill-produtturi tal-films. Hu miet nhar il-25 ta' Frar 1983 f ' New York City wara li farka ta' tapp ta' flixkun tal-qtar tal-għajnejn weħħlet fi griżmejh. Kellu 71 sena. Il-films li nħadmu minn fuq ix- xogħlijiet litterarji tiegħu huma dawn: 1950 – e Glass Menagerie; 1952 – A Streetcar Named Desire; 1956 – e Rose Tattoo; 1956 – Baby Doll; 1958 – Cat On A Hot Tin Roof; 1959 – Suddenly Last Summer; 1960 – e Fugitive Kind; 1961 – Summer And Smoke; 1961 – e Roman Spring Of Mrs. Stone; 1962 – Period Of Adjustment; 1963 – Sweet Bird Of Youth; 1964 – e Night Of e Iguana; 1966 – is Property Is Condemned; 1968 – Boom u 1970 – Blood Kin. Fl-1993 dehret il-bijografija tiegħu miktuba minn Ronald Hayman bl-isem ta' Tennessee Williams: Everyone Else Is An Audience. Meta mistoqsi għaliex kien jikteb stqarr li l-ħajja ma tissodisfahx. Il-films mill-kotba ta' dan l-awtur qatt ma kienu produzzjonijiet kummerċjali iżda xogħlijiet serji li jirrikjedu attenzjoni. Fuq il-palk għamlu suċċess akbar, imma Hollywood kienu jafu li hemm sezzjoni ta' nies (inkluż dan il-korrispondent) li jriduhom u b'ħerqa jistennewhom. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej) Tennessee Williams