Illum previous editions

ILLUM 7 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 • illum Riforma tal-kera: ma tistax tistenna aktar T ul is-snin, gvern wara l-ieħor baqgħu lura milli jbiddlu mill-qiegħ il-liġijiet dwar il-kera. L-emerġenza li ġġustifikat ir-re- strizzjonijiet oriġinali twalet wisq u żdiedu bosta restrizzjonijiet ad- dizzjonali tul is-snin. Id-deċiżjoni- jiet kritiċi tal-ogħla Qrati f 'Malta u Strasburgu ilhom jinġemgħu. Ma nistgħux narmu r-riformi tal-1995 u l-2008, avolja sar it f 'kull każ u dan il-it tħalla hemm mingħajr ma nbnew iktar riformi fuqu. Kienu passi żgħar 'il quddiem imma tħalla jgħaddi wisq żmien mingħajr ma sar xejn iktar. Gvern wara l-ieħor baqgħu lura. Kollha ittamaw li l-problema se tissolva waħedha biż-żmien. Iż-żmien iżda it isolvi problemi ta' din ix-xorta. Id-dewmien fisser biss li l-problema saret akbar u batew bosta. It-tbatija tagħhom setgħet tittaffa, kieku kellna gvernijiet iktar sensittivi u proattivi tul is-snin. Huwa fid-dawl ta' dan kollu li l-proposta tal-Gvern li jindirizza l-kirjiet ta' qabel l-1995, 9,700 kirja, hi proposta politika kuraġġuża u responsabbli. Bil-proposta li saret, il-Gvern tal-lum se jerfa' fuq spallejh in-nuqqas ta' azzjoni tal-gvernijiet kollha li ġew qablu: kollha, kemm ħomor kif ukoll blu. Il-partit li mmexxi jien, tul is-snin, ikkampanja b'mod attiv speċifikament kontra din l-inġustizzja: ġustizzja għas-sidien flimkien ma ħarsien adegwat tal- inkwlini vulnerabbli. Sal-mument li qiegħed nikteb għad ma ħariġx l-abbozz ta' liġi li jlaħħam il-proposta politika li tkellmu dwarha l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall- Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes. Il-proposti kif imfissra s'issa huma, fil-fehma tiegħi, aċċettabbli fil-prinċipju. Imma għad irridu naraw id-dettalji tagħhom. Dan ikun jista' jsir meta jiġi ppubblikat l-abbozz ta' liġi li jimplimenta dak propost. Nistenna li mal-abbozz ta' liġi jkunu ppubblikati wkoll l-istudji li saru, studji li niem li għandhom jikkwantifikaw ukoll l-ispiża li se tidħol għaliha l-kaxxa ta' Malta. Għandna bżonn dibattitu matur, u biex dan isir hu meħtieġ li l-istudji u r-riċerka li saret ikunu pubbliċi: dan jgħin biex id-diskussjoni politika li trid issir tkun waħdha li tagħmel il-ġid. Il-proposta, kif imfissra minn Abela u Galdes, hi ibbażata fuq żewġ punti fundamentali. Tfittex li tħares kemm lill-inkwilini kif ukoll lis-sidien. Il-ħarsien tal-inkwilini jintlaħaq billi jkun assigurat li l-vulnerabbli, f 'kull ħin, ikollhom garanzija ta' saqaf fuq rashom: dak li għandhom illum inkella alternattiva għalih ipprovdut mill-akkomodazzjoni soċjali. Din hi fil-fatt proposta tranżitorja li tapplika għad- 9,700 kirja ta' qabel l-1995 li ġew identifikati. Hi wkoll restrizzjoni fuq is- sidien. Imma hi kontrobilanċjata bil-metodu ta' kif tkun ikkalkulata l-kera dovuta li se titħallas mill- istat, kollha jew in parti, skont il-vulnerabilità tal-inkwilin. Dan il- metodu, li ġie introdott bir-riforma tal-2008, diġà ġie aċċettat mill-Qrati tagħna, b'mod ġenerali, bħala li jwassal għal kera ġusta u raġonevoli. Il-mod kif tinħadem il-kera dovuta huwa ta' importanza fundamentali. Din issa mhijiex dipendenti kompletament fuq is-suq, imma hu propost li tkun limitatat sa 2% tal-valur tal-propjetà. Dan ifisser, u nittama li hu l-każ, li hemm min tgħallem mill-iżball oħxon li sar meta l-kirjiet ta' wara l-1995 kienu ġew liberalizzati kompletament! Ir-riforma proposta se tindirizza problema soċjali, li ilha takkumula, billi talloka spiża finanzjarja sostanzjali ta' miljuni ta' euro kull sena biex ir-riforma tkun tista' tiġi implimentata. S'issa, kienu s-sidien infushom li ssussidjaw il-kirjiet ta' qabel l-1995. Dan meta wħud mis-sidien għandhom bżonn l-għajnuna huma stess! Huwa għalhekk xieraq li l-għajnuna meħtieġa issa tingħata direttament mill-komunità, permezz tal-istat, u dan fi spirtu ta' solidarjetà nazzjonali. Illum il-ġurnata kważi kulħadd jaċċetta li l-kirjiet ta' qabel 1995 huma sfida kbira. Importanti iżda, issa, li naffrontaw din l-isfida. Għax ir-riforma tal-kera ma tistax tistenna iktar! Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Imbarazz Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM K elli déjà vu kbira nhar il-Ħamis. Jien bħal eluf oħra, ninsab kwarantina għat-tieni darba, imma din id-darba l-virus sabni. Jew inkella sibt il-virus. Meta qabel l-2013 konna nistaqsu mistoqsija antipatka, ħoll xagħref u sib iż-żejt, erħilhom jattakawna. L-ewwel fil-filliera, Daphne ovvjament, dik li għal dawk kollha li kellhom l-ardir jikkritikaw il-Gvern Nazzjonalista, kienet toħroġ il-pinna u ġġibek titkellem waħdek. U warajha gzuz ta' nies ta' rieda tajba, dawk li ssib fil-ġemgħat tar- Repubblika u Occupy Justice, jgħajruk b'kull ma għandek u ma għandekx. Iva dawk tar-Repubblika u Occupy Justice. U għalhekk meta nhar il-Ħamis, il-ġurnalista tal- MaltaToday Nicole Meilak staqsiet għaliex Charmaine Gauci ma tirriżenjax, għax hi qed toqgħod għal dak li jgħidulha l-politici u mhux ix-xjenza, ġara dak li kien jiġri meta konna ngħajru lil Daphne u s-segwaċi għomja tagħha li huma paraventi psataż tal-PN. Fuq facebook, gruppi ta' Laburisti injuranti u bħaħen intefgħu jitgħajru. Jitgħajru daqslikieku Charmaine kienet xi tarka tal-Partit Laburista. Intefgħu jgħidu ċ-ċucati. Fuq kollox kien hemm min suppost għandu aktar sens. Fuq quddiem Mario Philip Azzopardi, dak li meta ċċensurawh taħt Gvern Mintoan, minflok ma qabad u ppoppa sidru, qabad u ħarab lejn il-Kanada u mbagħad ġie lura biex jimlina bl-għerf arroganti, mimli rabja u paternaliżmu liema bħalu. Kollu imbarazz. Dan Azzopardi għax jaħseb li hu xi ħaġa u jaħseb li għandu don fuq ħaddiehor intefa' jgħajjar lill-ġurnalisti. Dan li meta kien hawn l-għawġ u l-bżonn kont isibu daqs kemm isib nemes. Pulċinell fuq il-pulċinelli, fabbrika tar-rimettar u monument ta' ksuħat intelletwali. Prużuntuż u mbarazz. Dawn u oħrajn infxew jitgħajru bil-personal bħal ma kienet tagħmel Daphne. Mhuma xejn aħjar mill-pinna kattiva li kellha hi, pinna li Alla jbierek kulħadd nesa. Imma akart fiha għax għamlu eżatt bħalha. U sa ċertu punt, ħadt pjaċir għax ikkonfermajt li l-problema mhux tribali iżda endemika għall-Maltin, inkluż dawk bħala Mario Philip Azzopardi, li meta 'the going got tough,' ma għamilx bħali u eluf ta' Maltin oħra, imma telaq u mar jgħix il-Kanada ... ħasra li ma kienx għamel ħbieb ma' Lou Bondi li kien hemm ukoll u għamel bħalu eżatt. Il-fatt hu sempliċi. Ir-reazzjoni tal-Gvern għall-kriżi tal- pandemija, falliet. Falla bil-kbir. Ma jistax ikun li nkomplu nsibu skuzi. Kellu jsir lockdown, kellhom isiru aktar restrizzjonijiet u daqshekk id-diskors li nwaħħlu fin-nies. In-nies trid tgħidilhom x'jagħmlu u mhux tistenna li jagħmlu. U hekk hu, Charmaine Gauci kieku mxiet bix-xjenza kieku ilna b'aktar restrizzjonijiet. U l-verità nafuha, il-politiċi jiddeċiedu. Gauci tirrakonta d-deċiżjoni politika daqslikieku kienet tagħha. Fl-aħħar ma nistax ma nsellimx lil-laburisti li għażlu li jgħajru lil Nicole Meilak. Ngħidilhom grazzi u jiddispjaċini għalikom. Jiddispjaċini li l-għerf tagħkom sa hemm jasal. M'intomx differenti mir-rimettar tan-Nazzjonalisti kattivi. U sakemm dak il-buffu pulċinell Mario Philip Azzopardi jerġa' jimlina bl-għerf kbir tiegħu nagħmel appuntament magħkom għal ġimgħa d-dieħla.. dejjem fil-kwarantina. Dejjem fit-tama.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 March 2021