Illum previous editions

ILLUM 7 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 • illum L-Oroskopju fiż-żodjaku ta' Pisces Mill-Ħadd 7 ta' Marzu sas-Sibt 13 ta' Marzu IT-TIENI PUBLIKAZZJONI DWAR L-OROSKOPJU Fil-21 ta' Marzu jibda l-kalendarju żodjaku 2021-2022 u propju ma' dan il-bidu jien ser inkun qed inwassal il- publikazzjoni ġdida tiegħi propju dwar l-Oroskopju. Għal dawk li jħobbu jsegwu l-Oroskopju tiegħi f 'dan il- ktieb ser issibu l-Oroskopju xahar b'xahar għal sena sħiħa għal kull żodjaku. Barra dan ser inwassal wkoll kwotazzjoni ta' gwida f 'kull xahar. Ser issibu wkoll informazzjoni relatata ma' kull żodjaku kif ukoll dati ta' twelid ta' artisti famużi. Għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna ser ikun hemm skont fuq il-prezz oriġinali ta' dan il-ktieb. Min jixtieq jordna kopja kull ma' għandu jagħmel hu li jibgħat sms fuq 79495804. Napprezza l-appoġġ tagħkom. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Aquarius ser iwasslek li tbiddel il-mentalita' minn dak li kont dan taħseb dan l-aħħar. Huwa ferm importanti li twebbes rasek għal din il- fażi għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm riesaq lejk u kemm biex int tgħaraf aktar lilek innifsek. Ovvjament finalment dan ser iwasslek fejn tixtieq.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Pisces ser jagħmlek tħossok aktar idixxiplinat għal għarfien ta'responsabilita' li issa int għandek. Din l-esperjenza minn issa ser tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha ser tlaqqek ma' persuni ġodda bil-probbabilita' ta' prospetti sbieħ għal futur aħjar.Għaraf biss li int tkun aktar iffokat.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.Pisces huma magħrufin bħala persuni ta' moral effetiv ħafna. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Aries ser iwasslek sabiex int tgħaraf aktar tkun kalm sabiex ma'twettaqx l-ebda azzjoni li taf ma' tkunx dik l-idejali għalik. Għalhekk f 'din il-fażi int trid tgħara fl-esperjenza li int esperjanzajt fil-passat sabiex ma' terġax tirrepeti żbalji. B'hekk tkun tista'tħares aktar bi prosperita' lejn dak li hemm riesaq lejk.L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa t-Tlieta.Aries huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Taurus huwa l-mument li ser tara' l-pożizzjoni finanzjarja ta'madarek tibda tirpilja wara li din kienet qisa mwaħħla. Għalhekk jekk minn issa int tagħraf tagħmel forma ta' skeda ta' pjannar dwar l-iffinanzjar b'mod speċjali dwar l-infieq tiegħek dan ikun utili għalik sabiex b'hekk ma' terġax tgħaddi minn dak li għaddejt.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.Taurus huma magħrufin għal- istabilita' tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Gemini ser ikun mument importanti li toħroġ il-potenzjal kollu tiegħek. Għalkemm xi wħud minn ta' madwarek m'humiex jaraw li dan ser ikun pass importanti int trid ibqa' għaddej bil-pjan tiegħek sabiex żgur tħalli lil kulħadd sorpriż bi twettieq li ser twettaq. Iżda int trid temmen iżjed fik innifsek.L- aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Gemini huma magħrufin bħala nies motivati ħafna. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Cancer ser joħloq sitwazzjoni sabiex iddur dawra madwarek.F'dawn il-ħmistax li ġejjin int għandek tosserva ferm aktar il-madwar tiegħek sabiex tkun tista'tanalizza dak li jkun qed iseħħ. B'dan int tkun tista' tieħu direzzjoni ideali għalik. Għalhekk għandek tkun imħejji aktar. Għaraf sew dan.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Virgo ser ikun mument ta' impenn u ta' aktar responsabilita'. Minn issa trid tibda' tgħaraf kemm int iżjed responsabli fit- twettiq li hemm bżonn li int tibda twettaq. Ovvjament dan it-titjieb tiegħek ser ikun utili sabiex int tkun tista' tgħaraf aħjar dak li riesaqlejk. Irrifletti sew dwar dan.L- aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Libra ser ikun mument ta' aktar impenn fil-karriera tiegħek sabiex b'hekk tagħti spinta kemm biex int ittejjeb il-madwar tiegħek u kemm sabiex twessa' aktar dak li int kabbart sa issa. Iżda minn issa trid tgħaraf tkun aktar għaqli f 'kull deċiżjoni li int trid tibda' tieħu fil-ġimgħat li ġejjin. Irrifletti sew dwar dan.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.Libra huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Sagittarius ser ikun ifisser aktar impenn fl-abbilita' tiegħek fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn sitwazzjoni iebsa dan ser jagħmlek tgħaraf aktar int vera x'tixtieq. Titlifix din l-opportunita' li riesqa lejk għax int biss taf kemm ilek tħejji ghal dan il-mument. Irrifletti.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.Sagittarius huma magħrufin għas-sensittivita' li joffru. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Scorpio ser ikun ifisser mument ta' aktar tħejjija u preparazzjoni.F'dak li riesaq lejk sabiex barra li tkun imħejji ferm aktar int tkun tista' ittejjeb aktar ħiltek.Persuna tista' toffrilek oppurtunita' pożittiva iżda xorta waħda għandek tieħu parir sew qabel twettaq xi forma ta' pass. Għalhekk għaraf sewwa dan.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.Scorpio huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Capricorn ser ikun ifisser mument ta' aktar pjanar iddettaljat għal madwar kollu tiegħek. Dan ser jagħtik ċans ta' dawra kompluta madwarek kemm mil-lat ta' kifint tibda' tippreżenta lilek innfisek kif ukoll il-mod kif torganizza aktar f 'dettal il-madwar tiegħek. Dan huwa tibdiel meħtieġ għal dak li hemm riesaq lejk.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.Capricorn huma magħrufin għal idejat pożittivi li jafu joffru. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodjaku ta' Pisces għalik Leo ser ikun fażi sabiex int tanaliżża li kollox għandu il-ħin ideali.Għalhekk għaraf minn issa sabiex timxi b'moħħok. Jista' jkun li wasal iż-żmien li tbiddel fehmtek fuq ċertu sitwazzjonijiet li m'humiex ikunu ta' stabilita' madwarek. Taqtax qalbek milli tieħu ċertu deċiżjonijiet. Ħares biss il- quddiem.L- aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.Leo huma magħrufin bħala persuni ta' fehma. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 March 2021