Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838
12 intervista IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Fi Triq l-Arċisqof fil-Belt Valletta, biswit il-Palazz tal-Gran Mastru wieħed jilmaħ knisja magħrufa bħala tad-Damaxxena, wara ikona antika mmens li wieħed isib f 'din l-istess knisja. Malli jirfsu fil-bieb tagħha ħafna jaħsbu li din hija knisja tal-Ortodossi, meta fil-verità hija knisja Kattolika, l-istess bħal mijiet tal-knejjes li wieħed isib mifruxa madwar Malta u Għawdex. L-uniku differenza hija li f 'din il-knisja, il-liturġija, fosthom il-quddiesa, tiġi ċċelebrata b'dak magħruf bħala r-Rit Biżantin jew Grieg meta l-Maltin imdorrija bir-Rit Latin. Imma dan kollu xi jfisser? Dwar dan il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Papàs (saċerdot normali imma tar-Rit Biżantin), il-Professur Martin Zammit. L-ILLUM bdiet tistaqsi lil Papàs (li ġejja mill-kelma Papà, missier) jekk id-differenza fir-rit tfissirx li hemm xi differenza fit- twemmin. Assolutament le, beda jweġibna. Tissejjaħ Knisja Griega Kattolika għax il- lingwa liturġika hija l-Grieg u għax bdiet mal-Griegi li waslu Malta mal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1530. "Anke jekk illum minn dawn il-Griegi Kattoliċi ma fadal kważi xejn, tibqa' tissejjaħ hekk għax il-Liturġija hija Griega u ċ-ċerimonjal huwa Grieg, jiġifieri ssibu fil-Greċja u l-pajjiżi l-oħra fejn hemm ir-Rit Biżantin," spjega l-Papàs. Jiġifieri ma hemmx differenzi fit- twemmin? Għalhekk, fi kliem sempliċi, dan huwa rit wieħed biss li wieħed isib fil-Knisja Kattolika. Fi ħdan il-Knisja hemm diversi riti (saħansitra anke l-Knisja f 'Milan għandha rit għaliha, Ambrożjan) u r-Rit Biżantin huwa wieħed minnhom. Fil-fatt, minn ħafna bliet fl-Orjent ħareġ rit partikolari, l-istess kif pereżempju l-Karmelitani jew id-Dumnikani għandhom ukoll ir-rit tagħhom. Biex nimu aħjar li ma hemm l-ebda differenza, il-Papàs spjega kif il-Papa tiegħu huwa l-Papa Franġisku u l-Arċisqof tiegħu huwa Charles Scicluna. Jien, li jien Kattoliku, nista' nipparteċipa fil-quddiesa tar-Rit Biżantin, l-istess kif nipparteċipa fil-quddiesa tar-Rit Latin u anke nirċievi s-sagramenti kollha. Saċerdot tar-rit Latin jista' jikkonċelebra ma' saċerdot ta' rit Biżantin u viċi-versa. Jekk wieħed jara quddiesa tal-Papa, ġeneralment l-Evanġelju jinqara darbtejn, bir-rit Latin u bir-Rit Biżantin. Hemm Kardinali li huma ta' riti differenti u taraom mill-ilbies liturġiku. "It-twemmin kollu ta' Ruma, bid-dommi u t-teoloġija b'kollox huma l-istess bħal dawk tal-Knejjes Kattoliċi Orjenatali. Il-Kattoliċi li llum jaqbżu l-biljun ruħ mhumiex biss Latini/ Rumani imma fosthom hemm minoranza ta' 20 miljun li huma f 'għaqda sħiħa mal-Papa u li jsegwu r-Rit Biżantin," spjega l-Papàs Zammit. Fil-fatt, jekk aħna f 'Malta mdorrija bir-rit Latin, jekk se tmur l-Ukraina se ssib aktar ir-rit Biżantin. Jissejjaħ Biżantin għax ħareġ minn Bizanzju, li mbagħad sar Kostantinopli u li llum huwa l-Istanbul. Imma fil-Knisja għaliex hawn dawn ir- riti kollha u mhux wieħed? Hemm diversi raġunijiet, spjega l-Papàs, fosthom anke komunitajiet Ortodossi fil-Lvant li talbu li jidħlu taħt is-Santa Sede, anke minħabba raġunijiet politiċi. Imma kif waslu f'Malta? Komplejna nħarsu lejn l-istorja, bil- Papàs jispjega kif il-Griegi li ġew f 'Malta mal-Kavallieri minn Rodi kienu Ortodossi (mifruda mill-Knisja ta' Ruma fix-xiżma tal-1054) imma kienu jgħixu f 'għaqda mal- Kattoliċi, minkejja xi differenzi bejniethom. Tant hu hekk li meta waslu f 'Malta, l-Isqof ta' Malta kien tahom tliet knejjes fil-Birgu. "Kienet sitwazzjoni kważi kważi stramba. L-Ortodossi f 'komunjoni mal-Kattoliċi. Tant tħalltu mal-Maltin li maż-żmien il-komunità tagħhom sfat fix-xejn. Dak huwa l-bidu tagħna. Għalhekk kulma tara fil-knisja tagħna jfakkar fit-tradizzjoni Ortodossa, anke fejn jidħlu l-ikoni u l-pożizzjoni tagħhom," spjega. Fil-fatt, anke jekk illum il-komunità hija waħda żgħira, hija waħda storika u importanti, bil-Papàs jisħaq li jsibu appoġġ kbir mill-Arċisqof Scicluna li jrid din il-knisja aktar miuħa għal venerazzjoni, inkluż tal- ikoni. L-ikoni li ġabu l-Kavallieri... Din il-knisja, li għamilna l-intervista fiha, hija magħrufa bħala tad-Damaxxena jew ta' Damasku wara ikona antika mmens li hemm meqjuma fiha. Din, flimkien ma' żewġ ikoni oħra (fosthom l-Eleimonitra li tinsab ukoll f 'din il-knisja) ġabuhom magħhom il- Kavallieri. Tissejjaħ ta' Damasku minħabba leġenda li tgħid li din inqalgħet minn postha u mxiet fl-arja minn Damasku għal Rodi. Fil-fatt, f 'Damasku għad hemm knisja li fiha wieħed isib kopja ta' din l-ikona. "Din hija tas-seklu tnax. Hija l-eqdem oġġett reliġjuż, bħala ikona, li hawn f 'Malta," saħaq il-Papàs. Sal-lum din tgawdi minn devozzjoni kbira u kienet ġiet inkurunata fl- 1931, fl-anniversarju tal-Konċilju ta' Efesu (431WK) meta l-Madonna kienet iddikjarata Omm Alla. Dik is-sena kien sar pellegrinaġġ Marjan kbir b'din l-ikona. L-ikoni huma ċentrali fil-liturġija Biżantina... Fil-fatt, meta wieħed jidħol fi knisja tar- Rit Biżantin ma jsib fiha l-ebda statwa iżda ikoni biss li mhumiex qiegħdin hemm biex iżejnu (bħal pitturi fil-knejjes Latini), imma għandhom irwol ċentrali mmens fil-liturġija. "Aħna, anke waqt il-liturġija, għandna bżonn l-ikoni. Ninċensaw l-ikoni waħda waħda. Dawn huma l-qaddisin madwarna. Il-qaddisin, flimkien mal-poplu, jiġifieri l-Knisja kollha, qed jagħmlu l-offerta," spjega l-Papàs. "L-ikoni mhux f 'posthom f 'salott jew f 'mużew." Insista li l-ikoni huma twieqi. Fil-fatt, spjega, ikona tajba jkollha pespettiva bil- kontra. F'pitturi mdorrija naraw perspettiva minn barra għal ġewwa. "F'ikona tajba, il-perspettiva tkun bil- kontra, ħierġa lejk. Hemm il-moviment mill-eżistenza l-oħra għal din ir-realtà, għal materjalità tagħna," spjega. "Huma wkoll kanal ta' grazzja. Ikona hija venerata." Apparti minn hekk, ikona mhux taraha, imma taqraha. Kollox huwa simbolu, ibda mill-kuluri, spjega l-Papàs. Kristu se tarah liebes l-aħmar li jfisser divinità u l-blu li jfisser l-umanità. Warajh u wara l-qaddisin, se ssib id-deheb, li jfisser l-eternità li mhijiex materjali u għalhekk jintuża l-uniku kulur li mhuwiex fil-qawsalla. F'ikona ġieli jkollok aktar minn episodju wieħed. Pereżempju f 'ikona partikolari tal- Milied li wieħed isib f 'din il-knisja, l-għar jixbaħ ħafna l-qabar. "Aħna ma nistgħux nieqfu mal-Milied," spjega. Paranteżi żgħira. Anke jekk fil-knejjes tar- Rit Biżantin ma ssibx statwi imma ikoni, ta' min isemmi li l-istatwa tal-irxoxt tal-Belt, ħafna snin ilu, kienet ta' din il-knisja. Fil-fatt, ħafna għadhom jirrakkontaw kif il-Beltin kienu jmorru jħabbtu lill-Papàs, anke mal-lejl wara l-quddiesa ta' Sibt il-Għid, biex itihom l-Irxoxt ħalli jagħmlu festa. Ir-Rit Biżantin u s-simboliżmu warajh... Il-quddiesa bir-Rit Biżantin hija mimlija simboliżmu. Maċ-ċensier, pereżempju, wieħed se jsib tnax-il ġonġol li jissimbolizzaw l-ilħna tal-appostli. Apparti minn hekk, kif spjegat qabel, kull ħaġa li tara f 'din il-knisja, bħal knejjes l-oħra tar-rit Biżantin, għandu funzjoni. Fin-nofs, mifrud b'kanċell hemm is-Santwarju, fejn isir is-sagrifiċċju tal-quddiesa, bħall-artal. Fuq kull naħa tal-kanċell, hemm żewġ bibien. Mhux qiegħdin hemm għall-estetika. It-tnejn li huma għandhom funzjoni u għalhekk se ssibhom dejjem. Mal-Papàs dħalna it f 'dawn is-simboliżmi u d-differenzi fil-liturġija, anke jekk bħal quddiesa Latina, għandha kemm il-Liturġija tal-Kelma u dik Ewkaristika. Pereżempju minn wieħed minn dawn il- bibien isiru żewġ "purċissjonijiet." L-ewwel waħda tissejjaħ "il-ħruġ iż-żgħir," u ssir bil- ktieb tal-Evanġelju. "Il-bieb huwa essenzjali. Kollox għandu funzjoni," tenna. Nannu, lettur fl-Università, espert tal-Għarbi mal-Professur Martin Zammit Ma tantx jagħmel ħoss għax flimkien ma' sħabu jaħdem mis-skiet ta' knisja żgħira fil-qalba tal-Belt Valletta. L-ILLUM tiltaqa' mal-Papàs Martin Zammit u miegħu tesplora aktar il-Knisja Griega Kattolika. Hemm differenza bejn il- Kattoliċi Latini u l-Kattoliċi Griegi? Jekk le għaliex il-quddiesa tagħhom issir b'rit differenti? U jekk huwa saċerdot kif inhu miżżewweġ u saħansitra huwa nannu? Il-Papàs Martin Zammit