Illum previous editions

ILLUM 7 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

S ena ilu f 'Malta kellna l-ewwel każijiet ta' COVID-19. Kien xokk kbir. B'ħafna tbatija n-numru ta' infezzjonijiet dakinhar inżammu baxxi ħafna. Sena wara s-sitwazzjoni hi kom- pletament differenti. It-tbatija għadha hawn u kibret. Kien hawn ħafna li tilfu l-impjieg tagħhom, oħrajn sofrew telf fin-negozju jonqos, tfal ma setgħux imorru l-iskola, ir-relazzjonijiet soċjali inbiddlu, is-safar prattikament inqata', diversi okazzjonijiet, at- tivitajiet familjari, ċelebrazzjonijiet u tradizz- jonijiet ġew imħassra. F'dawn it-tnax-il xahar saru ħafna sagrifiċċji. Fejn jidħlu l-għadd ta' infezzjonijiet din il-ġimgħa rajna żidiet allarmanti. Ġimgħa fejn rajna drabi b'aktar minn 300 każ f 'ġurnata. Każ ifisser persuna, familja. Għalhekk mhux nitkellmu dwar numri imma dwar nies tad-demm u l-laħam - ommijiet, missirijiet, żgħażagħ, ħaddiema li mhux se jidħlu għax-xogħol, sidien ta' negozji li jkollhom jagħlqu l-ħanut jew il-post tax-xogħol, anzjani li se jkollhom jinqaflu ġewwa. Ilħaqna sitwazzjoni allarmanti. Dan hu żmien fejn il-Prim Ministru Robert Abela kien qal li kellna nkunu ħriġna minn din is-sitwazzjoni. Xi drabi kien jgħid li mhux veru għaddejjin minn mewġa – għax dawn ma jeżistux, drabi oħra jagħti x'jiem li min jitkellem dwar il-COVID qed ikun negattiv, drabi oħra jsemmi li se nitilqu niġru, li aħna business as usual jew li ninsabu fil-ġenna. Sfortuntament il-Prim Ministru ma kienx qed iqisu kliemu, u beda jwassal messaġġi li hu beda jikkonsidrahom pożittivi imma kienu kellhom konsegwenzi negattivi. Beda jagħti tama falza. Prova joħoloq sens ta' sigurta' falza. Min kellu jagħlaq il-business kif il-Prim Ministru jista' jgħidlu business as usual? Lill- impjegata li tnaqqsitilha l-paga kif il-Prim Ministru jista' jgħidilha li qegħda f 'ġenna? Gvern li jkaxkar saqajh Quddiem iż-żidiet li kellna fl-aħħar jiem u ġimgħa rajna Gvern li dam ikaxkar saqajh x'miżuri se jieħu. Gvern indeċiż. Robert Abela wera li faċli jgħid xi ħaġa dwar il- COVID, jgħaġġel biex jgħid xi ħaġa, imma jsib diffikultà biex jaġġixxi fid-direzzjoni t-tajba. Hemm pattern. Issa din il-ġimgħa appella biex in-nies titħasru għaliex qal li s-sitwazzjoni kissritu. Li jappella għal ħasra ma jnaqqas xejn mis- sitwazzjoni allarmanti li ninsabu fiha. Jien nitkellem man-nies. Hawn inċertezza kbira. Anzjani, nies vulnerabbli għadhom qed jistennew li jingħataw appuntament biex jieħdu l-vaċċin. Din il-ġimgħa kellimni raġel u qalli li ommu kull filgħodu mkaħħla mal-letterbox tistenna l-ittra mid-dipartiment tas-saħħa biex forsi jkollha ġurnata meta se tingħata l-ewwel titqima. Nhar it-Tnejn kont Għawdex. Żgħażugħ, b'kundizzjoni, qed jistenna li jibgħatu għalih. Jittama li t-tilqima jeħodha Għawdex stess, mhux bħalma ġara lil ħaddieħor. Mela bħalissa l-Gvern għamel billboards f 'postijiet differenti dwar Għawdex u imbagħad l-Għawdxin beda jniżżilhom Malta. Kemm hu faċli titkellem! Kemm hu faċli tagħmel billboard! Għal dan il-Gvern faċli li jħallas għall-billboard imma diffiċli jħoss għall-Għawdxin. Fl-aktar materja urġenti, sensittiva u perikoluża qed naraw Gvern distakkat min- nies. In-nies qed iħossu li għandna gvern li ma jimpurtahx. In-nies qed jidħlilhom dubju dwar l-amministrazzjoni tat-tilqima. In-nies qed jistaqsu xi kriterji qed jintużaw. Qed jinħoloq dubju dwar it-trasparenza. Il- Partit Nazzjonalista qed jagħraf it-tħassib u l-weġgħat tan-nies li nitkellmu magħhom u li javviċinawna bl-inkwiet tagħhom. Għalhekk il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech talab li ssir inkjesta indipendenti. Fond Ewropew għal irkurpru ekonomiku Is-saħħa tan-nies hi prijorità hi l-ogħla prijorità. Prijorità oħra hi l-irkurpur ekonomiku. Ir-Recovery and Resilience Fund tal-Unjoni Ewropea għandu jkun pilastru ieħor importanti biex il-pajjiżi tal-Unjoni u ċ-ċittadini Ewropej jirbħu d-diffikultajiet ekonomiċi li l-pandemija ġabet magħha. Huma fondi li minbarra li jgħinu fl-irkupru ekonomiku u soċjali, jgħinu biex fuq kollox tingħata wkoll direzzjoni dwar l-ekonomija tal-futur u t-tibdil li jeħtieġ isir. Tibdil li jġib sostenibbilità ambjentali, żieda fil-produttività, sens ta' ġustizzja soċjali biex ħadd ma jaqa' lura u stabbilità. L-irkurpru ekonomiku japplika għall- industriji l-kbar daqkemm japplika għas-sidien ta' negozji żgħar. L-irkupru ekonomiku jgħodd għas-sidien ta' negozji żgħar li investew ammonti żgħar ta' flus kkomparati ma' investimenti kbar, u dan għamluh biex ikunu ta' sostenn għalihom u għall-familja tagħhom. Kull persuni hi importanti. U s-sidien ta' negozji ż-żgħar għalina l-Maltin huma importanti ħafna. Dan hu l-akbar fond u l-aktar wieħed li għandu skopjiet wiesgħa. Imma dan il-fond imur lil hinn miċ-ċifri, għaliex is-solidarejtà bejn il-pajjiżi membri, u s-solidarjetà ma' min għaddej minn diffikultajiet ma titkejjilx bl-ammonti ta' negozji li jkunu bbenefikaw imma titkejjel bid-determinazzjoni u l-azzjonijiet li jittieħdu biex kulħadd – u ninsisti – kulħadd iqum fuq saqajh. Min jitkellem dwar il-maġġoranzi, irid jitfakar li hemm min mhux parti mill-maġġoranza u għalhekk kulħadd irid attenzjoni. Il- maġġoranzi u l-minoranzi mhumiex numri imma huma nies. It-totalità qatt ma tista' tkun sħiħa, jekk ikun hemm min jitħalla barra. Is-solidarjetà trid tkun ma' kulħadd. U għalhekk il-Gvern fil-pjan li se jippreżenta lill-Unjoni Ewropea jrid jassigura li jgawdi kulħadd. Il-fondi Ewropej iridu jwasslu għal aktar sostenibbiltà reżiljenza, flessibilità u preparazzjoni biex nimmassimizzaw l-opportunitajiet u l-isfidi tal-futur - futur li qiegħed magħna bħala huma l-ekonomija l-ħadra u t-trasformazzjoni diġitali. Jeħtieġ li nkunu kreattivi u b'rabta bejn is-sostenibbilità, titjib ambjentali u diġitalizazzjoni, il-ħajja tan-nies tkun aħjar. Għal darb'oħra l-Unjoni Ewropea tfisser opportunità u għodda għal titjib. Roberta Metsola hija l-Viċi President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 Prim Ministru li prova jagħti tama u sigurtà falza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 March 2021