Illum previous editions

ILLUM 7 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 • illum Owen Bonnici 'Aħna, in-nies' Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara l-Covid-19 " Aħna n-nies" hija l-ewwel frażi li tiltaqa' magħha hekk kif tibda taqra l-Kostituzzjo- ni tal-Istati Uniti tal-Ameri- ka. Din hi Kostituzzjoni dif- ferenti minn Kostituzzjonijiet oħrajn għaliex l-imħuħ warajha kienu ddeċidew li jwelldu xi ħaġa ġdida u differenti mill-mudell "klassiku" biex ngħidulu hekk ta' Westminster. Il-ħolma Amerikana hi ħolma ta' poplu ġdid, f 'art ġdida u allura dak iż-żmien riedu jużaw mudell ġdid ta' kif ifasslu l-Kostituzzjoni tagħhom. Il-kunċett li dan hu dokument li ġej min-nies hu kunċett sabiħ immens. U dan hu l-mod kif jien inħobb inħares lejn il-politika fejn in-nies jibagħtu lil uħud minnhom biex jirrappreżentawhom, jitkellmu għalihom u jieħdu d-deċiżjonijiet għan-nom tagħhom fid-diversi fora. Jien eżempju klassiku u ċar ta' dan li qed ngħid. Twelidt u trabbejt fin-nies u l-aqwa kwalifika l-għandi hi li jien wieħed minn dawk li bagħtuni nirrappreżentahom fil-Kamra tad-Deputati. Jien assolutament ma naqbilx ma' min irid ipinġi l-idea li aħna n-nies m'aħniex kapaċi nieħdu d-deċiżjonijiet tagħna u mmexxu lilna nfusna. Bħallikieku biex nimxu 'l quddiem bħala pajjiż aħna għandna bżonn nitmexxew minn klikka ta' teknokratiċi u burokratiċi għax aħna n-nies ma aħniex kapaċi. Assolutament ma naqbilx. Anzi, fil-ħajja politika tiegħi sibt ruħi ħafna drabi nikkumbatti pariri ta' teknokratiċi li jkunu sbieħ ħafna fuq il-karta imma li jkunu fallimentari għaliex jinsew kompletament lin-nies. Il-populiżmu mhux tajjeb, imma t-teknokratiżmu hu ħażin ukoll. L-aħjar triq hi dik tar-realpolitik, politika tajba ibbażata f 'doża kbira ta' realiżmu. +++ Huwa kruċjali ħafna li kulħadd jiġbed ħabel wieħed u josserva dak li qed jgħidu l-awtoritajiet tas-saħħa biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem bħala pajjiż. Jien nemmen li l-Prim Ministru Robert Abela mexxa bl-aħjar mod f 'ċirkostanzi difficli immens ta' pandemija dinjija. Kull ma trid tagħmel hu li tqabbel dak li għamilna Malta ma' dak li qed isir fil-bqija tal-Ewropa u d-dinja. Il-Prim Ministru Abela ħa ħsieb is-saħħa tan-nies imma anke l-għixien tan-nies. Ħa ħsieb is-saħħa tan-nies għax ra li f 'pajjiżna s-saħħa tkun fuq quddiem hekk kif tfaċċat il- pandemija. Ħa ħsieb l-għixien tan-nies għax wieżen il-postijiet tax- xogħol ta' ħafna u ħafna nies. Hu importanti li ma ndawrux il-kwistjoni tal-pandemija f 'ballun politiku. Il-poplu assolutament dan ma jridux u nappella għall-maturità politika. Minflok ejja nappellaw biex nobdu l-gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika sabiex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem. Jien nemmen li aħna għandna l-kredenzjali kollha biex lil pajjiżna, hekk kif tgħaddi l-pandemija, ma nġibuhx "sempliċiment" għal kif konna qabel dħalna fil-pandemija, imma nġibuh verżjoni aħjar. U hu għalhekk li qed nagħmlu l-ko-ordinazzjoni tal-istrateġija għal wara l-covid-19 sabiex inkunu nistgħu nagħmlu lil pajjiżna aħjar u iktar reżiljenti f 'dinja mibdula. +++ Jien bniedem li meta kont żgħir kont ażmatiku ħafna. Niakar lil missieri jqajjimni f 'nofs ta' lejl, jeħodni Raħal Ġdid, ilibbsuli maskla u nieħu n-nifs miċ-ċilindri. Meta kont fil-break tal-iskola niġri ġirja mal-bqija tat-tfal sħabi kont naqta' nifsi u nilheġ b'mod li nwerwer lil sħabi u lill-għalliema. Dan affettwani ħafna. Missieri kien jippriedkali ħafna biex nitgħallem nieħu l-inhalers. Kien ikolli tnejn, wieħed blue u wieħed kannella u kont inġorrhom miegħi kullimkien. Il-blue kellu togħma ħażina ħafna imma kien jgħinni mmens meta kont naqta' nifsi. Il-kannella kien jgħinni biex nipprevjeni milli naqta' nifsi. Għalhekk nitlobkom ma tlumunix meta ngħid li noħlom li xi darba ngħixu f 'Malta li fl-arja ma nwaddbux il-karbonju l-ħin kollu. L-exhaust li nwaddbu fl- arja mill-karozzi u ċ-ċmieni industrijali li jwaddbu l-karbonju huma affarijiet li nixxennaq ħafna li għada pitgħada ma narawhomx iktar. Diġà kien pass importanti ħafna li mill-HFO qlibna għall- gas u żmantellajna l-power station tal-Marsa li niakarha timla kullimkien bit-trab iswed is-south tal-pajjiż partikolarment il-Fgura. Issa rridu nkunu ambizzjuzi u nitkellmu fuq kif innaqqsu kemm jista' jkun il-karbonju li nipproduċu u nissostitwuh b'affarijiet innovattivi u nodfa, bħalma hi l-enerġija li ġejja min- natura. Il-Prim Ministru Robert Abela mexxa bl-aħjar mod f'ċirkostanzi difficli immens ta' pandemija dinjija. Kull ma trid tagħmel hu li tqabbel dak li għamilna Malta ma' dak li qed isir fil-bqija tal-Ewropa u d-dinja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 March 2021