Illum previous editions

ILLUM 7 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Din il-ġimgħa tħabbru miżuri ġodda kontra l-Covid-19 hekk kif in-numri ta' każi komplew telgħin u laħqu livelli rekord, aktar minn 300 każ f '24 siegħa għal jumejn (sal-Ħamis) wara ġimgħat illi matulhom il-każi qabżu kważi kuljum il-200. Naturalment il-miżuri li tħabbru ma ħa pjaċir bihom ħadd għax ifissru aktar restrizzjonijiet fuq il-libertajiet bażiċi li konna drajna nipprattikaw f 'ħajjitna. Il-miżuri li tħabbru ġew biss it ġimgħat wara s-sens ottimista li ġabet magħha l-wasla tal-vaċċin fit-tmiem tas- sena l-oħra. Ħafna ħasbu li t-triq 'l quddiem hija biss 'l fuq u għall-aħjar - it li xejn ssoponejna illi se jfaqqa' varjant li se jfisser illi l-Covid-19 tinxtered aktar malajr. Ftit ħasbu mat-tokki ta' nofsilejl, meta konna kuntenti li l-2020 għaddiet, illi l-bidu tal-2021 se jkun ugwalment diffiċli għalina lkoll jekk mhux aktar diffiċli għal mijiet ta' negozji. Huwa importanti li f 'dawn il-mumenti niakru li dawn il-miżuri qed jolqtu ħażin - mill-ġdid - lil- familji li kienu diġà sejrin xi it jew wisq ħażin. Dawn il-miżuri se jimpattaw lil eluf mhux biss finanzjarjament, imma eluf oħrajn psikoloġikament. Imma issa inutli nitbekkew fuq dak li ġara. Għall-magħmul ma hemmx kunsill. Pero' nistgħu nitgħallmu minn dak li għaddejna minnu, nieqfu nippuntaw is-swaba' u nagħmlu dan l-aħħar sforz (nittamaw li huwa l-aħħar) biex nużaw dawn il-ġimgħat ħalli verament noħorġu minn din il- pandemija. Il-programm ta' vaċċinazzjoni sejjer tajjeb, pero hemm bżonn jgħaġġel aktar - speċjalment f 'dak li jirrigwarda nies li jieħdu t-tieni doża. Ma jistax ikun li jasal is-sajf u nkunu għadna f 'dan l-istat għax ikollna kollass: Jew tal-finanzi tal-Gvern jew tal-ekonomija jew tat-tnejn li huma. Il- vaċċin - sa issa - huwa l-unika soluzzjoni u l-unika bieb 'il barra minn din is- sitwazzjoni li issa ddejjaq biha kulħadd. Jekk mhux se nilħqu dawk is-70% kemm jista' jkun malajr pajjiżna se jkompli jogħtor taħt it-toqol ta din il- pandemija. Hemm bżonn naraw li l-isforz ikun kollettiv. Kulħadd juża' moħħu u ma jiltaqax f 'ġemgħat kbar, ma jsirux attivitajiet tal-massa (illegali) u jekk isiru ma nattenduhomx. Ħadd mhu qed jgħid li għandna nissakkru ġewwa pero qed isiru appelli biex kemm jista' jkun l-imxija tkun ikkontrollata, biex kemm jista' jkun nevitaw li nxerrdu dan il-virus. Attivitajiet fejn jinġabru gruppi kbar ta' nies għandhom jitwaqqfu, mhux mill-pulizija imma minn min qed jorganizzahom f 'sinjal ċar ta' rieda tajba. Pero' mbagħad ukoll irid ikun hemm infurzar qawwi. Infurzar kontra min qed jikser ir-regoli bl-aktar mod flagranti. Naturalment dan ħadd ma jippretendi li jkun hemm pulizija f 'kull kantuniera imma fejn il-liġi tkun qed tinkiser fil- pubbliku u b'mod flagranti l-forza tal-liġi għandha tinżel bis-saħħa kollha. Dak li qed nirriskjaw huwa ħafna hawnhekk. Qed nirriskjaw iktar ħajjiet prezzjużi, qed nirriskjaw aktar problemi psikoloġiċi u ejja ma nkomplux naħsbu li dawn il-problemi huma żgħar jew ma jeżistux jew huma inqas importanti mill-mard fiżiku. Qed nirriskjaw ix-xogħol, l-ekonomija, il-flus fil-but u allura l-livell ta' għixien ta' eluf kbar ta' ħaddiema u familji. Qed nirriskjaw li l-finanzi tal-pajjiż ma jibqgħux sostenibbli. Qed nirriskjaw li nitilfu ħafna minn dak li ħdimna tant għalih. Ir-riskji huma kbar. Ejja npoġġu l-11 ta' April bħala l-mira ewlenija tagħna biex forsi nibdew mexjin lura lejn in- normalità. Huwa importanti li tinżamm il-kawtela anke mill-politiċi. Il-Prim Ministru ma messu qatt semma' xhur u tragwardi, meta qed nitkellmu dwar pandemija li hija kompletament lilhinn mill-kontroll tal-bniedem. In-nuqqas ta' kawtela li wera' daret kontrieh darba, darbtejn u tlieta. Huwa tajjeb li jkun pożittiv, imma huwa neċessarju li jkun kawt - jekk xejn biex ma jitfgħax taħt dellijiet il-miżuri u l-passi kollha pożittivi li ħa l-Gvern tiegħu stess. Dan jaf ikun l-aħħar ċans biex forsi l-2021 tkun verament il-bidu ta' triq - li sa issa ħafna mhumiex jarawha - lejn in-normalità. Jew se niħduh, jew se nitilfuh! L-aħħar ċans: Jew se neħduh jew le!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 March 2021