Illum previous editions

ILLUM 7 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth 22 opinjoni IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 • illum Il-Fillandja tgħallimna I l-Fillandja, wieħed mill- pajjiżi tal-Ewropa ta' fuq, hija art li turi b'mod l-iż- jed ċar kemm hu possibli li tikseb l-aqwa hena mingħajr ma dejjem issir iżjed għanja. L-esperti li jafu sewwa lill- Fillandja jistgħaġbu kemm hemm fiha ugwaljanza, kemm fiha hemm paċi, kemm fiha hena għax hija l-art li tipprova kemm hu possibbli li tikseb l-ogħla hena mingħajr ma tkun saret iżjed għanja. Il-Fillandja tixhed li pajjiż jista' jsir mill- iżjed hieni billi l-gvern tiegħu jinvesti fin-nies. Fis-sena 2018 fir-rapport dinja tal-Ġnus Magħquda l-Fillandja tqiegħdet fl-ewwel post minkejja l-fatt li l-ġid materjali ras imb'ras huwa inqas minn dak tal-Ġermanja, minn dak tal-Amerika, u hu biss ftit iżjed minn terz ta' dak tan-Norveġja. Stabbilità politika Il-Fillandja tinsab fl-ewwel post fost 178 pajjiż fejn tidħol l-istabilità politika. Xi jfisser dan? Hu eħfef għall-poplu tagħha li jkun hieni għax l-istat tagħha mhux dgħajjef, l-istampa tagħha hija ħielsa u responsabbli, l-iskejjel tagħha huma organizzati, saħħet it-tfal hi tajba, u saħħet il- popolazzjoni inġenerali qed titjieb b'mod imgħaġġel meta qabel kienet ta' kwalità fqira. Illum il-Fillandja hija wieħed mill-ftit ambjenti fuq l-art li fiha teżisti sitwazzjoni fejn in- nies huma iżjed hienja – fejn in-nies jieħdu ħsieb xulxin u mhux jikkompetu bejniethom, fejn in-nies huma stmati l-istess u fejn ħadd mhu elevat jew 'l isfel ħafna. Mhux bħall-Ingilterra, fejn wieħed minn kull 200 ruħ huwa bla dar. Fil-Fillandja l-proporzjon huwa erba' darbiet inqas u kważi ma hemm ħadd li jinsab jorqod barra fit-triq. Fil-belt kapitali tal-Fillandja, Ħelsinki, illum għad baqa' biss xelter wieħed ta' 50 sodda għal min ma għandux fejn jorqod. Fl-Ingilterra kull ġimgħa jmutu 3 persuni għax ma għandhomx fejn jorqdu mingħajr periklu. IL-BBC ftit ilu ħabbar li l-Fillandja hu l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li ma jbatix minn kriżi ta' djar, għax fil-Fillandja d-dar titqies bħala jedd u mhux bħala premju kif ħafna drabi tidher f 'pajjiżi oħra tal-UE. Frott il-kompromess Is-sigriet tas-suċċess Fillandiż huwa msejjes fuq il-kompromess. Kienet il-koalizzjoni bejn il-Partit Soċjal Demokratiku u l-Lega Agrarja ( illum imsejjaħ Partit Ċentrali) li għamlet l-ewwel servizzi soċjali fl-1937 bħala riżultat ta' kompromess wara gwerra ċivili, li bih il-parti xellugija aċċettat li partijiet mill-art tal-istat jintefgħu għall-bejgħ. Dan il-kompromess bejn ideologiji differenti wassal għal politika iżjed wiesa, iżjed innovattiva u iżjed b'saħħitha minn dik ta partit wieħed. Taxxi u korruzzjoni Proporzjon kbir tal-Fillandiżi jgħidu li huma kuntenti li jħallsu t-taxxi dovuti lilhom u 96% tagħhom jaqblu li hu impotanti jinġabru t-taxxi biex jissokta l-welfare state , jiġifieri s-servizzi soċjali. Il- kontijiet taxxabbli fil-Fillandja huma dokumenti pubbliċi. Dil-pubbliċità tagħmilha iżjed diffiċli li taħbi l-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxi għax f 'pajjiż fejn is-servizzi soċjali huma amministrati bir-reqqa, l-evażjoni tat-taxxa titqies bħallikieku wieħed qed jisraq minn ħanut! Ġurnaliżmu kritiku qawwi Il-Fillandja għandha x-xorti ta' ġurnaliżmu kritiku qawwi. Skond il-federazzjoni Reporters Without Borders, il-Fillandja tinsab fit-tieni post fid-dinja skont is-sena 2019 fejn tidħol il-libertà tal- istampa. Meta fl-2019 Trump tal- Amerika u Putin tar-Russja ltaqgħu f 'Ħelsinki, sabu rwieħhom milqugħa bil- billboards u posters maħluqa mill-akbar gazzetta Fillandiża ta' kuljum, Helsinki Sanomat, li laqgħuhom fl-"art tal-istampa ħielsa". Fl-20 ta' Marzu 2020 dehret din l-istqarrija: "Ma jidhirx li hawn xi sauce sigriet speċifiku għall-hena Nordika li mhux miftuħa ukoll għall-oħrajn. Hemm riċetta iżjed ġenerali kif toħloq ċittadini iżjed sodisfatti, billi tiżgura l-ħolqien ta' istituzzjonijiet tal- istat ta' kwalità għolja; mhux korrotti, kapaċi jfornu dak li jwegħdu u ġenerużi biex jieħdu ħsieb taċ-ċittadini fil-kriżijiet varji". Dun Anġ Seychell Il-Parlament Fillandiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 March 2021