Illum previous editions

ILLUM 7 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 storja illum • Il-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 PATRI HERMANN DUNCAN E.B.Vella, magħruf bħalha Emanuel Benjamin Vella, twieled il-Mosta fl- 20 ta' Ġunju tal-1898 minn Klement Vella u martu Karmela mwielda Azzopardi. Ħabbrek biex idaħħal l-Ilsien Malti fil-Liċeo u waqqaf ukoll korsijiet ta' filgħaxija fl-Ilsien Ingliz għal Maltin li kellhom il-ħsieb li jemigraw. Fi tfulitu tgħallem fl-iskola Elemintari tal-Gvern. Ta' età żgħira, flimkien ma' zijuh Dun Gammari Azzopardi, kien imexxi l-ewwel ċentru tad-Duttrina Nisranija li waqqaf fil-Mosta il-Qaddis Malti San Ġorġ Preca. Nafu wkoll li kien studja f 'St. Mary's College ġewwa Londra fejn iggradwa fis- sena 1921. Kompla javvanza fl-istudji tiegħu fl- Ingilterra, iżda sfortunatament kellu jerġa' lura f 'Malta biex jiġġieled ħalli jinqered il- livell għoli tal-illiteriżmu li kien laħaq l-ogħla gradi f 'pajjiżna. Kien l-ewwel Malti li kiseb il-Board of Education Certificate fejn seta' jgħallem fl-iskejjel kollha mxerrda fl-Imperu Ingliż. Studja wkoll l-ilsna orjentali fl- Università ta' Londra. F'Malta kien jgħallem fl-iskejjel elimentari, ta' San Pawl il-Baħar, Ħaż- Żabbar, il-Birgu u Ħal Tarxien. Kien laħaq Spettur tal-Iskejjel u x-xogħol prinċipali tiegħu kien dak li jissorvelja l-metodi tat-tagħlim f 'diversi suġġetti, fosthom fl-Ilsien Malti. Kien waqqaf kors speċjaliżżat tat-taħriġ għall-għalliema u saħansitra l- klassijiet ta' filgħaxija għall-adulti u għall- ħaddiema fis-Servizz Ċivili. Kien jgħallem l-Ingliż fit-Training School u l-Malti fil-Liċeo. Vella kien ukoll imsieħeb fl- Akkademja tal- Malti u kiteb f 'diversi pubblikazzjonijiet tal-Malti li saru patrimonju fil-libreriji tal-Melitensia. Vella kien għaraf il-ħsieb għaqli ta' din il- għaqda u kien wieħed mill-ewwel studenti li tħarreġ fir-regoli tal-grammatika u l-alfabett ġdid imfassal minnha. Fit-tletinijiet ħareġ ma' Ġorġ Pisani sensiela ta' sitt kotba msejħa Ġabra ta' Ward li kienu stampati ġewwa l-Ingilterra mill-aħwa Headley, bid-disinji ta' Robert Dingli u G. Arcidiacono. Vella kien daħħal dawn il-kotba, l-ewwel pijunieri tal-Ilsien Malti li stinkaw u ħabirku biex dan ilsienna jsir uffiċjali f 'pajjiżna fissena 1934. Dawn il- kotba kienu jintużaw fl-iskejjel tal-Gvern u dawk tal- knisja sal-aħħar tas-sittinijiet. Hu kien il-mutur li daħħal u għaraf il- ħtieġa tat-tagħlim fl-Ingliz u fil-Malti u saħaq li dawn għandhom jitmexxew b'mod tajjeb u professjonali. Fost ix-xogħlijiet tiegħu, barra Ġabra ta' Ward, għandna wkoll: • Ħaż-Żabbar u l-ġrajja Tiegħu (1926); • Iż- Żejtun u Marsaxlokk (1927); • L-istorja tal-Mosta bil-Knisja Tagħha (1930); • L-Istorja ta' Ħal Tarxien u Raħal Ġdid (1932); u • L-Istorja ta' Birkirkara bil- Kolleġġjata Tagħha (1934). L-istorja tal-Gzejjer Maltin kienet ħafna għal qalbu. E.B.Vella dam bosta snin jgħin lis-Sur Temi Zammit fix-xogħlijiet arkeoloġiċi, l-aktar dwar dak tal-Mosta. Waqt ħidma kbira bejniethom, E.B.Vella kien ifassal ir-rapport tal- Mużew Nazzjonali tas-snin 1925 sas-sena 1934. Vella kien juri interess fl-istorja ta' Malta u l-irħula. Kien sab il-post fejn ittellgħet il-Bandiera Ingliża u fejn kien il- Headquarters ta' Brared fi żmien l-Imblokk tal-Franċiżi. Fir-rivista "Sphere" tas-26 ta' Novembru 1932, kien kiteb artiklu fuq it-Tempju Neolitiku ta' Ħal-Tarxien fejn qabblu mal-pjanta ta' Salamun. Kiteb ukoll l-istorja fuq l-Imdina iżda dan il- ktieb ma rnexxilux itemmu. Matul it- Tieni Gwerra Dinjija, Vella u l- familja tiegħu kienu reffuġjati fi Triq San Pubju ġewwa r- Rabat. Kien jieħu pjaċir iżur il- Casino u joqgħod jimxi fit-toroq siekta u dojoq fil- Belt tal-Imdina. Wara l-gwerra, reġa mar lura l-Mosta u kien strumentali biex tinfetaġ skola ġdida fil-Fgura fis-sena 1944. Il-familja ta' E.B.Vella Tajjeb li ngħidu li E.B.Vella kien iżżewweġ lil Priscilla (Prasedes) Tomlin, bint Henry John Tomlin u ommha Prasedes mwielda Contarini, li twieldet ġewwa l- Birgu. Kellhom tlett itfal, Eustace, Euphrosyne u Reginald Vella Tomlin. Eustace kien laħaq Perit u Reginald mexa fuq il- passi ta' missieru li laħaq kap ta' skola, u ppubblika siltiet mill-proża Maltija bejn is-sena 1953 u 1957: "Ġabra ta' proża għat- tfal". Bħal missierhom dawn it-tlett ulied kellhom ħerqa qawwija għall-mużika, u kienu jferrħu lis-soċjetà Maltija waqt is- snin koroh tal-gwerra. Reginald kien miet qabel iż-żmien fis- sena 1968. Dawn it- tlett itfal kienu mietu u llum baqa biss in-neputijiet u t-tfal tagħhom. E.B.Vella għadda għal ħajja ta' dejjem fit-2 ta' Mejju 1946. Kien il-bennej tal- Ilsien Malti li għaraf il- ħtieġa tal-għaqda tal-kittieb tal-Malti li twaqqfet fis-sena 1924. Insibu bosta toroq f 'Malta imsemmija għal E.B.Vella fil-Mosta, f 'Ħal Tarxien u f 'Birkirkara. Fil-Mosta insibu monument f 'ġieħu. Wara l-mewt ta' E.B.Vella, il- poeta nazzjonali Dun Karm Psaila kiteb sunett dwaru: "Tabilħaqq Malti, Malti fil-qalb li ħabb din il- gżira, din l- art ċkejkna fejn twieled." Ninu Cremona ukoll ħareġ poeżija żgħira dwaru. E.B.Vella: Bniedem li ħadem kontra l-illiteriżmu f'pajjiżna Emanuel Benjamin Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 March 2021