Illum previous editions

ILLUM 7 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 • illum Inbiddlu l-infrastruttura griża f'waħda ħadra Infrastruttura ħadra li tiġi mfassla, mibnija u miżmuma kif xieraq tittrasforma l-ambjent urban għall- aħjar. Antoine Gatt, konsulent tal-Awtorità tal-Ippjanar għall- iskema 'Green Your Building 'u Research Support Officer ġewwa l-Fakultà għall-Ambjent Mibni fl-Università ta' Malta, jispjega kif dan jista' jsir 'AĦDAR' mhux il-kelma jew il-kulur li wieħed jiġih f'moħħu meta jpoġġi lil Malta u infra- struttura fl-istess sentenza. Matul is-snin, minħabba t-tk- abbir ekonomiku u popolazzjo- ni li tinvesti konsiderevolment fil-proprjetà, l-iżvilupp urban kiber b'mod esponenti madwar il-gżira. B'hekk ħafna żoni ur- bani li xi darba kienu ħodor issa saru griżi. "Malta llum qed tbati minħab- ba t-tkabbir fl-iżvilupp urban li seħħ matul l-aħħar 20 sena, u tinħass ċertu għejja," jgħid An- toine Gatt. Il-perit tal-pajsaġġi huwa espert fl-infrastruttura ekoloġika u riċentement ik- kollabora mal-Awtorità tal-Ip- pjanar ta' Malta fuq l-iskema 'Green Your Building'; inċentiv finanzjarju maħluq biex jim- motiva l-pubbliku biex ibiddlu ż-żoni residenzjali tagħhom f'postijiet ħodor li jippromwovu s-saħħa. "Spjegata b'mod sempliċi, in- frastruttura ħadra tinkludi kull ħaġa li tista' tkun assoċjata mal-pjanti u n-natura, kemm f'ambjent urban kif ukoll dak rurali. Pereżempju, f'ambjent mibni, hemm ġonna privati tan-nies, ġonna pubbliċi u siġar fit-toroq. Anke pavimentar per- meabbli huwa kkunsidrat aħ- dar minħabba li jippermetti li tkompli s-sistema naturali ta' ilma li jiġi assorbit mill-art." "Aħna neħtieġu infrastruttu- ra griża biex ngħixu għax tip- provdilna utilitajiet essenzjali. Għandna bżonn il-bini tagħna għas-servizzi li nsibu ġew- wa fihom, u għandna bżonn it-toroq biex naslu minn post għall-ieħor. Madankollu, l-in- frastruttura ħadra u dik griża m'għandhomx jikkompetu ma' xulxin, iżda pjuttost għand- hom jikkumplimentaw lil xulx- in. In-natura u l-infrastruttu- ra ħadra jipprovdulna bosta servizzi li forsi ma napprezzawx biżżejjed. Is-siġar tagħna jippu- rifikaw l-arja u l-ilma, il-ħsejj- es tan-natura jtejjbu l-għixien tagħna u anke l-iżgħar annimal jaffettwawlna ħajjitna. " Biex isaħħaħ il-punt tiegħu, is-Sur Gatt juża l-friefet il-le- jl 'Pipistrelle' bħala eżempju. Dan il-farfett il-lejl tant huwa żgħir li joqgħod faċilment ġew- wa kaxxa tas-sulfarini imma kapaċi jikkonsma aktar minn 1,000 nemusa kull lejl. Eżempju ieħor huwa n-naħal. Għal bosta snin, in-nies ġew imwissija dwar il-possibbiltà reali li n-naħal jispiċċa. In-naħal idakkru mad- war 70 mill-100 speċi ta' ħxejjex li jitimgħu 90% tad-dinja. Kie- ku dawn jispiċċaw, is-sostenn tal-popolazzjoni umana jsir ġlieda immedjata. It-tniġġis huwa fattur impor- tanti fejn tidħol id-degradazz- joni ambjentali. L-Organizzazz- joni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tistma li 4.2 miljun mewt fis-se- na huma kawża tal-espożizzjo- ni għat-tniġġis tal-arja, u 91% tad-dinja tgħix f'postijiet ta' kwalità tal-arja baxxa. Fl-2019, fi statistika maħruġa mill-UE, Malta kienet fuq nett tal-lis- ta tal-pajjiżi tal-UE li l-popo- lazzjoni tagħhom irrapportat li kienet esposta għat-tniġġis. Infrastruttura ekoloġika ttaffi wħud minn dawn il-kwistjoniji- et. "Siġar fit-toroq, ġonna u bjut ħodor jassorbu l-ilma tax-xita," jispjega s-Sur Gatt, li huwa es- pert fil-qasam ta' bjut ħodor. Is-Sur Gatt mexxa l-Proġett LifeMedGreenRoof, li żvela kif it-teknoloġija tal-bjut ħodor tnaqqas il-carbon footprint tal-bini u kif tnaqqas problemi bħal għargħar. "Urejna li bejt aħdar f'Malta b'20% biss ta' sot- tostrat, materjal użat għat-tk- abbir tal-pjanti fuq il-bini, jista' jassorbi sa 96% tax-xita annwali fuq il-bejt fejn jintuża, u li għan- du l-potenzjal li jnaqqas l-użu ta' arja kundizzjonata sa 48%." Il-promozzjoni ta' metodi bħal dawn li jtaffu l-impatt negattiv tal-urbanizzazzjoni fuq l-amb- jent huwa l-għan tal-iskema 'Green Your Building', immexx- ija mill-Awtorità tal-Ippjanar b'kollaborazzjoni mal-Ministe- ru għall-Ambjent, Tibdil fil-Kli- ma u Ippjanar. B'baġit ta' €2 miljuni, l-inizjattiva se tiffinan- zja faċċati u ħitan ħodor, u l-im- modernizzar ta' ġonna privati fuq quddiem ta' djar - b'limitu ta' €10,000 għal kull proprjetà. Kull ħanut, uffiċċju jew residen- za privata f'żona residenzjali u bi ġnien ta' quddiem jew gallarija li jħarsu fuq spazju pubbliku hu- ma eliġibbli għall-iskema. Dan jeskludi żoni ta' konservazzjoni urbana u ż-żoni tal-vilel. "Kważi qridna r-relazzjoni tagħna man-natura, u ġung- la tal-konkrit mhix post fejn tgħix ħajja ta' kwalità tajba. L-azzjonijiet tagħna ddeterjo- raw is-saħħa fiżika u l-benesseri mentali tagħna. Xorta waħda, aħna għandna x-xorti tajba li għandna soluzzjonijiet inno- vattivi u l-għarfien biex nimpli- mentawhom. Billi tħaddar il-bi- ni tiegħek, int ittejjeb il-kwalità tal-arja, ittejjeb l-immaniġġjar tal-ilma u tipproteġi l-bijodiver- sità għalik innifsek, għal uliedek u għall-ġenerazzjonijiet futuri," jikkonkludi s-Sur Gatt. L-iskema ta' għotja 'Green Your Building' hija miftuħa sad-9 ta' April 2021 u hija dis- ponibbli fuq bażi ta' first-come- first-served. Il-Periti għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom permezz tas-sistema tal-Applikazzjoni elettronika tal-Awtorità. Dokument li jig- gwida l-għażla ta' infrastruttu- ra ħadra u l-għażla tal-pjanti u l-immaniġġjar tagħhom, kif ukoll it-termini u l-kundizz- jonijiet tal-għotja, jista' jitniżżel minn www.pa.org.mt. Għal ak- tar informazzjoni, ċempel fuq 2290 1544 jew ibgħat email fuq: greenyourbuilding@pa.org.mt. "Billi tħaddar il- bini tiegħek, int ittejjeb il-kwalità tal-arja, ittejjeb il-ġestjoni tal- ilma u tipproteġi l-bijodiversità għalik innifsek, għal uliedek u għall- ġenerazzjonijiet futuri."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 March 2021