Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838
04 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 • illum Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna AVVIŻ – IL-XI SEJĦA Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM) tixtieq tħabbar li se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti taħt l-Ass Prijoritarju u l-Prijoritajiet ta' Investiment elenkati hawn taħt minn Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet mis-Settur Pubbliku. Is-sejħa se tagħlaq fit- 3 ta' Mejju 2021, f'nofsinhar. Ass Prijoritarju 4 – 'Il-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju' Prijorità ta' Investiment (IP) 4c Nota: Għall-iskop ta' din is-sejħa ser jiġu kkunsidrati biss proposti li għandom fil-mira tagħhom effiċjenza fl-enerġija fl infrastruttura pubblika u binjiet pubbliċi. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti ta' proġetti hija disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Id-dokumentazzjoni ta' appoġġ inklużi n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà u n-noti ta' gwida dwar l-indikaturi marbuta ma' dan l-avviż huma disponibbli wkoll fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Applikanti prospettivi huma mħeġġa sabiex jirreferu għall-Programm Operattiv I disponibbli fuq l-istess sit u n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà sabiex jivverifikaw jekk il- proposti tagħhom humiex eliġibbli għall-finanzjament permezz ta' din is-sejħa għal proposti ta' finanzjament. Aktar informazzjoni fuq din-sejħa u fuq il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 tista' tinkiseb minn fuq http://eufunds.gov.mt. Mistoqsijiet oħra u talbiet għall-parteċipazzjoni f'Sessjonijiet ta' Informazzjoni relatati ma' din is-sejħa jistgħu jintbagħtu fuq l-email tal-PPCD info.eufunds@gov.mt sal 15 ta' Marzu 2021. Operational Programme I - European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges" Call part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union; 20% National Funds YENDRICK CIOFFI L-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma kiteb ittra lid-Djoċesi li fiha talab maħfra għall-każi ta' abbuż sesswali minn membri tal-kleru Għawdxin. Huwa rrefera għall-każi riċenti ta' allegati abbużi sesswali minn żewġ saċerdoti mix-Xagħra u saħaq li dawn qajmu fost il-poplu sentimenti ta' rabta, uġigħ u inċertezza. Filwaqt li saħaq li l-Qorti għandha titħalla tagħmel xogħolha biex tasal għall-verità kollha, insista li ġudizzji personali bħalissa "ikunu azzardata u flok jgħinu jistgħu jxekklu t-tiix tal-verità." Madanakollu insista li bħala ragħaj, ħass li kellu jitkellem u jwassal messaġġ lid-Djoċesi. Fakkar fil-misteru tal-Għid li l-Knisja qed tħejji lilha nnifisha biex tgħix u saħaq li "minn din it-tbatija u l-mewt, Alla jrid jagħtina qawmien u ħajja ġdida." Insista li hemm ħafna saċerdoti u reliġjużi li jgħixu l-ħajja u l-missjoni tagħhom b'fedeltà. Madanakollu, kompla l-Isqof, hemm oħrajn li jispiċċaw jabbużaw minn persuni vulnerabbli. "Bħala saċerdot u ragħaj, b'qalb muġugħa, nitlob maħfra lil dawk fostkom li xi darba jew oħra batew abbużi ta' kull xorta fil-kuntest tal-Knisja. Lilhom u lill-familjari tagħhom," kompla l-Isqof Teuma. Irrefera għal kliem il-Papa Franġisku u saħaq li l-ebda abbuż ma għandu jiġi ttollerat, inqas u inqas fil-Knisja. "Ħażin għalih min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin, qalilna Ġesu," kompla l-Isqof, waqt li ħeġġeġ lil dawk kollha li jafu b'xi każi ta' abbuż, biex ikellmu lill-Pulizija u jekk dan sar fil-Knisja, għandu jsir rapport ukoll lis-Safeguarding Commission. L-Isqof saħaq li filwaqt li l-ġustizzja hija pass lejn il-fejqan ta' dawk li jsofru abbuż, l-istess proċess ta' fejqan jitlob lil dawk il-persuni biex ifittxu għajnuna u anke appoġġ psikoloġiku. Għal dan il-għan ġie mniedi helpline biex il-vittmi u l-familji tagħhom isibu l-appoġġ kollu li għandhom bżonn. Qal li s-Safeguarding of Minors in Gozo, fi ħdan id-Djoċesi, qed tagħmel xogħol siewi ħafna, anke permezz ta' kors u inizjattivi oħra. Fost oħrajn, qed jitħejja programm ta' formazzjoni u edukazzjoni lit- tfal biex jagħrfu jindunaw minn qabel u jiddefendu lilhom infushom kmieni minn każi simili. L-Isqof qal li każi bħal dawn, iqajmu ħafna mistoqsijiet fosthom anke jekk ġenituri għandhomx jafdaw lil uliedhom ma' membri tal- kleru. "Jiena ċert li f 'din is-sitwazzjoni Alla jrid li aħna s-saċerdoti u operaturi pastorali, nieħdu aktar b'serjetà il-formazzjoni kontinwa tagħna," kompla l-Isqof Teuma. "Diġà f 'dawn l-aħħar xhur, il- Kummissjoni Djoċesana għall- Kleru ħadet ħsieb tħejji programm ta' formazzjoni kontinwa biex aħna s-saċerdoti nkomplu nikbru umanament, spiritwalment u pastoralment. Barra minn hekk, bl-għajnuna tas-Safeguarding of Minors – Gozo qed jiġu fformulati policies ċari biex il-familji li jibagħtu lil uliedhom fl-inizjattivi ekkleżjali jkunu jistgħu jserrħu aktar moħħhom, kemm mill- ambjenti fejn imorru u kemm mill- persuni," kompla jispjega. Filwaqt li qal li jiem ir-rabja ta' bosta, insista li kwalunkwe persuna, għandha tibqa' tiġi rrispettata, anke dawk li jabbużaw għax fi kliemu, "Alla jrid li kulħadd isalva." "Aktar u aktar jekk niakru li persuni li jwettqu abbuż kienu huma stess vittmi ta' abbuż fil- passat," kompla l-Isqof. "Min jabbuża għandu dmir li jħallas għall-għemil tiegħu imma għandu wkoll id-dritt li jingħata l-appoġġ meħtieġ biex jidħol fi proċess ta' fejqan." Fid-dawl ta' dan, staqsa jekk l-ossessjoni tal-pubblikazzjoni tas- seduti tal-Qorti, huwiex verament ta' ġid anke għall-vittmi u l-familji tagħhom. "Min jaf ikunx aħjar jekk f 'każi simili, l-awtorità assoluta tal- Qorti u l-manija li kollox u dejjem għandu jiġi kkomunikat fil-midja, jiġu ggwidati mill-esperjenza tax- xjenzi psikoloġiċi, biex tiġi mħarsa l-ewwel u qabel kollox l-integrità tal-persuna umana?" staqsa. Temm b'appell lill-ġenituri u appellalhom biex jibqgħu jieħdu ħsieb dejjem lil uliedhom. "Dik l-istess ħeġġa u mħabba tal- bidu komplu ħaddmuha magħhom sakemm jibqgħu jgħixu taħt is-saqaf ta' darkom. Stinkaw biex ikollkom relazzjoni tajba magħhom. Agħmlu l-ħin, oħolqu klima ta' akkoljenza mingħajr kundizzjoni, u ibnu komunikazzjoni tajba magħhom," kompla l-Isqof. "Inwegħedkom li l-Knisja fid- Djoċesi tagħna se tkompli timpenja ruħha b'aktar qawwa biex kull tifel u tifla li jgħixu fil-gżira tagħna jista' jkollhom esperjenza pożittiva li tgħinhom jikbru u jiżviluppaw fi bnedmin u Nsara maturi," temm jgħid l-Isqof Teuma. 'Bħala saċerdot u ragħaj, b'qalb muġugħa, nitlob maħfra lil dawk fostkom li sfaw vittma ta' abbuż' L-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma jisħaq li filwaqt li mal-vittma trid issir ġustizzja anke min iwettaq l-abbuż għandu d-dritt li 'jingħata l-appoġġ meħtieġ biex jidħol fi proċess ta' fejqan' Anton Teuma