Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 Ġa għaddiet sena u ma jridx iħallina bi kwietna! Ħarsa lejn il-mumenti ewlenin tal-pandemija f'Malta Bħal-lum sena Malta rreġistrat l-ewwel każ ta' Covid-19. Minn kellu jgħidilna li dan kellu jħarbat ħajjitna u sena wara nkunu għadna qed nissieltu miegħu. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn il-mumenti ewlenin tal-pandemija f'Malta YENDRICK CIOFFI 7 ta' Marzu 2020 – L-ewwel każ tal-Covid-19 f'Malta; Tifla Taljana ta' 12-il sena li kienet għadha kemm irritornat Malta mill-Italja wara btala mal-familja 11 ta' Marzu 2020 – L-ewwel persuna Maltija bil-Covid-19; Raġel Malti li kien fuq btala l-Italja. Jidħlu wkoll l-ewwel miżuri hekk kif jitħassru l-ewwel attivitajiet tal-massa: l-ewwel li jlaqqtuha jkunu jum San Patrizju, il-pellegrinaġġ bir-Redentur tal-Isla u l-festa ta' San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina 12 ta' Marzu 2020 – Jitħabbar li l-iskejjel u l-istituzzjonijiet kollha edukattivi se jagħlqu għal ġimgħa. Imma qabel Settembru ma fetħux. Il-Kurja twaqqaf il-funzjonijiet kollha liturġiċi. Jitwaqqfu wkoll iż-żjarat fid-djar tal-anzjani 13 ta' Marzu 2020 – Mhux kollox negattiv! Tfieq l-ewwel persuna f'Malta mill-Covid-19 16 ta' Marzu 2020 – Aktar miżuri fi żmien ftit ġimgħat! Jingħalqu l-bars, ir-ristoranti, il-gyms, il-każini u s-swali taċ-ċinema 18 ta' Marzu 2020 – Jitħabbar li se jingħalaq l-ajruport għas-safar kollu wara li fil-ġranet ta' qabel Malta waqqfet xi titjiriet minn pajjiżi fejn it-trasmissjoni kienet qawwija. Jibqgħu joperaw biss titjiriet ta' ripatrijazzjoni jew ta' merkanzija 23 ta' Marzu 2020 – Is-sitwazzjoni tibda tiggrava. L-ewwel każ ta' trasmissjoni lokali; Ħaddiema tas-saħħa li ġiet f'kuntatt ma' persuna pożittiva. Dakinhar jingħalqu wkoll il-ħwienet u jieqfu s-servizzi meqjusa mhux essenzjali. Projbiti wkoll attivitajiet pubbliċi 8 ta' April 2020 – L-ewwel vittma tal-Covid-19 f'Malta; Għawdxija ta' 92 sena 1 ta' Mejju 2020 – Jitħabbar li l-ilbies tal-maskri / visor se jsir obbligatorju f'kull ħanut, inkluż fis-supermarkets, fuq Tal-Linja u fuq il-vapur ta' Għawdex. 3 ta' Mejju 2020 – Nibdew nieħdu ftit nifs u naraw l-arja ta' barra! Numru ta' negozji jerġgħu jiftħu fosthom il-ħwienet tal-ħwejjeġ, taż-żraben, tal-ġojjellerija u oħrajn. 17 ta' Mejju – Il-Prim Ministru joħroġ bil-famuża frażi: 'il- mewġ fil-baħar qiegħed' 22 ta' Mejju 2020 – Numru ta' negozji jerġgħu jiftħu, fosthom ir-ristoranti, il-lukandi u l-ħwienet tas-sbuħija u tax-xagħar. Dawn jintalbu jsegwu protokolli ċari u qabel anke jiksbu ċertifikat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu 1 ta' Ġunju 2020 – Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jgħid li Malta "rebħet il-gwerra" kontra l-Covid-19. L-R-factor ikun ta' 0.5 3 ta' Ġunju 2020 – Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci tħabbar li mhux se tibqa' tagħti bulletin 23 ta' Settembru 2020 – Kważi nofs ir-residenti f'dar tal- anzjani partikolari jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19 u jibdew jiżdiedu l-imwiet 19 ta' Awwissu 2020 – Jingħalqu mill-ġdid id-discos, in- nightclubs, il-bars u l-każini. Setgħet topera biss dik il-parti tal-istabbiliment li sservi l-ikel 1 ta' Awwissu 2020 – Jitwaqqfu l-pellegrinaġġi tal-festi 30 ta' Lulju 2020 – Jitwaqqfu l-marċi tal-festi. Jitħabbar li kull avveniment irid ikun limitat skont id-daqs tal-post. Ma setax ikun hemm gruppi akbar minn 10 persuni. 27 ta' Lulju – Persuna oħra li tirriżulta pożittiv tkun attendiet għall-festa ta' Santa Venera. Anke f'dan il-każ il-cluster jibqa' jiżdied kuljum 23 ta' Lulju – Nerġgħu nibdew it-triq tan-niżla. Żagħżugħ jirriżulta pożittiv wara li attenda l-party Hotel Takeover f'lukanda f'San Ġiljan. Kuljum jibqgħu jinstabu żgħażagħ pożittivi 16 ta' Lulju – Malta tagħlaq ġimgħa mingħajr l-ebda każ ġdid ta' Covid-19 1 ta' Lulju – Xi ftit jew wisq ta' normalità. L-ajruport jerġa' jiftaħ il-bibien tiegħu għal diversi destinazzjonijiet fejn ir-riskju kien minimu. Dakinhar isir spettaklu ta' logħob tan- nar f'diversi bnadi madwar Malta 23 ta' Ġunju 2020 – Fuq parir tal-awtoritajiet tas-saħħa, il-Kurja tħabbar li mill-1 ta' Ġunju jistgħu jsiru pellegrinaġġi minflok il-festi tas-soltu. Xi festi jagħżlu wkoll li jorganizzaw il-marċ ta' filgħodu 15 ta' Ġunju 2020 - Jerġa' jibda jsir il-quddies fil-knejjes miftuħa 8 ta' Ġunju 2020 – Il-Gvern iħabbar pjan multi miljunarju għall-irkupru ekonomiku mill-effetti tal-Covid-19, fosthom is-suppliment tal-paga, il-vouchers u għajnuna għal min kellu jipposponi t-tieġ mediku kuljum hekk kif il-każi jonqsu drastikament. Għal ġimgħat sħaħ kulħadd kien jistenna nofsinhar idoqqu biex jisma l-aġġornament tal-Professur Gauci 28 ta' Settembru 2020 – L-ewwel studenti jerġgħu jibdew jirritornaw fl-iskejjel 16 ta' Ottubru 2020 – Jitħabbar li l-ilbies tal-maskri se jsir obbligatorju anke fuq barra filwaqt li stabbilimenti bħal bars u każini kellhom jibdew jagħlqu sal-11pm 29 ta' Ottubru 2020 – Jingħalqu għal kollox il-bars u l-każini. Il-miżura tkun estiża għal żmien il-Milied u jibqgħu hekk anke wara 21 ta' Diċembru 2020 - Approvat l-ewwel vaċċin għall-użu fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Chris Fearne jisħaq li Malta bdiet it-triq biex tibda tieħu r-ruħ 26 ta' Diċembru 2020 - Tasal f'Malta l-ewwel konsenja tal- vaċċin ta' Pfizer 27 ta' Diċembru 2020 – Jiġu amministrati l-ewwel dożi tal- vaċċin f'Malta 6 ta' Jannar 2021 – Il-Milied iħalli l-effett tiegħu. Il-każi jilħqu l-224 (rekord għal dak iż-żmien) f'ġurnata. L-iskejjel tal-Knisja jħabbru li mhux se jiftħu u l-MUT tordna strajk għall-għalliema għax ma riditx li jinfetħu l-iskejjel. Sospiż ftit jiem wara 27 ta' Jannar 2021– Jidħlu fis-seħħ miżuri għax-xahar ta' Frar partikolarment għal jiem tal-Karnival. Restrizzjonijiet fuq il-vapur ta' Għawdex, fl-akkomodazzjoni u r-ristoranti kellhom jagħlqu fil-11pm 11 ta' Jannar 2021 – Tasal f'Malta l-ewwel konsenja tal- vaċċin ta' Moderna 7 ta' Frar 2021 – Approvat ukoll il-vaċċin ta' AstraZeneca 25 ta' Frar 2021 – L-iżgħar vittma tal-Covid-19 f'Malta; Tfajla ta' 30 sena. Il-każi jerġgħu jibdew jiżdiedu u jilħqu livelli rekord 4 ta' Marzu 2021 - Malta tirreġistra rekord ta' każi: 362 każ ġdid f'ġurnata u minnufih jidħlu għadd ta' miżuri restrittivi. Fost dawn jingħalqu r-ristoranti, l-isnack bars u anke l-kafetteriji. Dawn jistgħu jservu biss servizz ta' take-away. Jitwaqqfu wkoll iż-żjarat fl-isptarijiet. Jitwaqqaf ukoll l-isports li fih kuntatt għal dawn li għandhom minn 16-il sena 'l isfel.