Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 min le hekk kif il-Parlament Ewropew 'Basta t-testijiet jsiru qabel persuna tibda l-vjaġġ mhux meta tasal' Il-gazzetta ILLUM staqsiet lir- rappreżentant tat-tobba f 'Malta, Martin Balzan - President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) - x'jaħseb dwar ċertifikazzjoni ta' vaċċinazzjoni u bħala tobba x'pożizzjoni se jieħdu. Hu jgħid li l-MAM hija favur din l-inizzjattiva iżda jisħaq illi t-tobba huma favur sakemm l-ittestjar tal-Covid-19 dejjem isir qabel ma' persuna taqbad l-ajruplan, "u mhux kif qed jiġri bħalissa, it-testijiet isiru malli jaslu fl-ajruport Malti." Balzan qal mal-ILLUM li l-MAM ma taqbilx li jiġu ajruplani b'nofs il- passiġġiera li ma jkunux ġew ittestjati. "Meta persuna tasal hawn vaganza imbagħad, ħadd mhu se joqgħodlok kwarantina. Dan apparti li ħafna drabi jagħtu l-inidirizzi tal-akkomodazzjoni foloz u ġieli anke n-numri tal-mowbajl li jagħtu jkun falz." Martin Balzan qal illi jekk l-affarijiet ma jinbidlux b'mod li l-ittestjar isir dejjem qabel passiġġier jitla' fuq ajruplan, "inkunu fir-riskju li ndaħħlu xi varjant ieħor li l-vaċċin ma jaħdimx kontrih u allura mmorru lura minn fejn bdejna." Jew ċertifikat tal-vaċċin jew test jew ċertifikat li fieqt il-Covid-19 Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mal- Membru Parlamentari Ewropew Maltija Josianne Cutajar, li hija wkoll membru tal-Kumitat tat-Trasport u Turiżmu tal- Parlament Ewropew. Hija qalet illi din il- proposta hi maħsuba wkoll biex tipprova tiffaċilità l-ivjaġġar anke għas-Sajf li ġej hekk kif dan is-settur u dak tat-turizmu jinsab għarkuptejh. Cutajar innotat b'sodisfazzjon illi t-tħassib li kien hemm dwar l-ħolqien ta' distinzjonijiet inġusti u persuni tat-tieni klassi fejn jidħol l-ivjaġġar qed jiġi indirizzat aħjar b'din il-proposta li hi aktar wiesa' minn sempliċi ċertifikat u li qed tħares li tiffaċilità u mhux tillimta l-moviment ħieles tan-nies. "Id-Digital Green Certificate li qed tipproponi l-Kumissjoni huwa relatat ma' tliet kategoriji ta' ċertifikati differenti," tispjega Cutajar mal-ILLUM. L-ewwelnett l-użu taċ-ċertifikat ta' vaċċinazzjoni lil dawk li ħadu l-vaċċin u imbagħad ċertifikat ta' test negattiv li hu importanti wkoll għal dawk li għadhom ma ħadux il-vaċċin jew inkella għal dawk li ma jistgħux jieħduh. U finalment il- Kummissjoni qed tipproponi wkoll li jkun hemm ċertifikat mediku li jista' juri passiġġier li fieq mill-Covid-19 fl-aħħar 180 jum. "Nemmen li din il-proposta hi waħda fid- direzzjoni t-tajba biex tgħin lis-settur turistiku u tal-ivjaġġar jibda jqum fuq saqajh," tgħid l-MEP Cutajar li iżda tfakkar li ċ-ċertifikat b'ebda mod ma jfisser li persuna tkun eżenti minn miżuri u restrizzjonijiet ta' saħħa pubblika fil-pajjiż. Tfakkar illi kull pajjiż għandu l-jedd li jiddeċiedi x'miżuri ta' saħħa pubblika jintroduċi u jekk persuni li jkollhom dan iċ-ċertifikat għandhomx jiġu ezentati minn dawn ir-regoli jew le. Qalet ukoll iżda li pajjiż fl-UE jkun irid jispjega għaliex f 'każ ta' persuna li jkollha iċ-ċertifikat imsemmi, xorta jesiġi li dan jagħmel kwarantina jew ikun suġġett għall-test. Josianne Cutajar fakkret illi hemm miżuri oħrajn li l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Membri Stati jridu jaħdmu fuqhom, sabiex ikun indirizzat l-aspett tal-ivvjaġġar sas-sajf li ġej. L-ECDC bi stima ta' 24,000 każ tal-varjant Ingliż fl-UE Sa issa l-varjant Ingliż huwa l-aktar wieħed li qed jinfirex madwar l-Unjoni Ewropea b'24,000 każ. Dan filwaqt li sa din il-ġimgħa madwar il-kontinent kien hawn b'kollox 900 każ tal-varjant tal-Afrika ta' Isfel u 200 oħra tal-varjant mill-Brażil u l-Ġappun. Dawn iċ-ċifri ħarġu waqt il-Kumitat tal-Ambjent u Saħħa Pubblika tal-Parlament Ewropew li ddiskuta l-vaċċin, fost affarijiet oħrajn. (ara wkoll storja dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-vaċċin fuq din il-paġna u paġna 11). Espert miċ- Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard (ECDC) elenka numru ta' fatti dwar dawn il-varjanti fl-UE. Il-varjant mir-Renju Unit kien skopert l-ewwel nhar l-20 ta' Settembru tas-sena l-oħra u huwa trażmess bejn 36% u 75% aktar mill-Coronavirus normali. Dan, kif fil-fatt qed naraw f 'Malta, iżid in-numri, iżid l-ammont ta' pazjenti li jkollhom bżonn jużaw l-isptar, is-severità u anke l-mortalità - kif mill-ġdid, qed naraw f 'pajjiżna. L-ECDC f 'preżentazzjoni li għamlet lill-MEPs qalet illi dawn in-numri lanqas qed jitqiesu bħala assoluti imma bħala stimi u dan minħabba li l-ittestjar fuq il-varjanti għadu limitat. Il-varjant tar-Renju Unit infirex fi kważi kull pajjiż tal-UE. Fil-każ tal-varjant mill-Afrika ta' Isfel, dan kien skopert kmieni f 'Awwissu tas-sena l-oħra, iżid it-trażmissabilità b'50% u jinsab fi 18-il pajjiż tal-UE. Finalment il- varjant tal-Brażil/Ġappun kien skopert fi tmiem tas-sena l-oħra u sa issa diġà jinsab f 'disa' pajjiżi tal-UE. Waqt li kien qed jindirizza l-Kumitat, Bruno Cianco f 'isem l-ECDC qal illi fil-każ tad-Danimarka - minħabba l-varjant - kien hemm splużjoni fil-każi tal-Covid-19 bejn Jannar u Frar. Dawn in-numri niżlu biss grazzi għall-miżuri u r-restrizzjonijiet li introduċa l-Gvern Daniż, qal Cianco. Storja simili ġrat f 'pajjiżi oħrajn inkluż f 'Malta. Cianco qal lill-MEPs li s-soluzzjonijiet jinqasmu f 'erba' prinċipali: L-ewwel li jissaħħu l-miżuri u restrizzjonijiet biex tkun tkun ikkontrollata l-imxija, it-tieni li tiżdied ir-rata ta' vaċċinazzjoni, it-tielet permezz ta' sistemi ta' identifikazzjoni rapida u kontroll u finalment li jkunu investigati dawk il-każi ta' nies li jerġgħu jiġu nfettati bil- Covid-19 għat-tieni darba. Il-varjant mir-Renju Unit kien skopert l-ewwel nhar l-20 ta' Settembru tas-sena l-oħra Josianne Cutajar Martin Balzan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021