Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198
12 intervista IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 • illum MARIANNA CALLEJA UnderCover, Ipokriti, Tfal jiġu bil- vapuri, Evanġelisti u Gizelle. Aparti l-kitba straordinarja u l-istorja li żżommok imweħħel mas-set tat- televiżjoni, dawn id-drammi għandhom xi ħaġa oħra komuni fihom. Għandhom lil Carlos Farrugia. Dan l-artist nafuh sew permezz tax- xogħol teatrali u drammi li jieħu sehem fihom u jtella' hu stess. Il-gazzetta ILLUM tkellmet miegħu fuq id-drama lokali, l-iskola li fetaħ u l-produzzjonijiet li ġew milquta mill-COVID-19. L-atturi u l-pandemija "L-attur ġie milqut ħażin ħafna," beda Farrugia filwaqt li spjega li l-arti tal- ispettaklu sofriet daqqa kbira. Hu fakkar li l-maġġoranza tal-produzzjonijiet teatrali ġew imħassra jew posposti. "Mhux teatru biss ġie affetwat," qal Farrugia. Hawn hu rrefera għal drammi li kellhom jitwaqqfu kompletament fosthom Division 7, il-produzzjoni li fil- preżent hu parti minnha Farrugia. "Kien hemm produzzjonijiet li xorta ttellgħu, bħal pereżempju xogħol tal- istudenti magħrufa iktar bħala 'end of term'. Dawn jitgħellhu xorta bl- istess ammont ta' professjonalità biex l-istudenti jitgħallmu x-xogħol involut fi produzzjoni," spjega b'dedikazzjoni. Dan ma jfissirx li biex ipproduċew ix- xogħol ma kienx hemm intoppi anzi bil- pandemija mas-saqajn l-intoppi żdiedu. Fosthom hu spjega kif f 'produzzjoni minnhom attriċi kellha tidħol kwarantina. Minflokha daħal attur li fi ftit jiem kellu jitgħallem skript sħiħ. Tlett t'ijiem qabel il-produzzjoni, l-attriċi kkonfermat mat- tobba li tista' tieħu sehem. Id-deċiżjoni finali kienet li l-karratru jiġi maqsum bejn iż-żewġ atturi. "Kellna produzzjoni oħra li fl-aħħar gimgħa kull darba tiġi posposta. Minn Ottubru għal Frar, minn Frar għal Marzu, sakemm kellha tiġi kkanċellata," qal b'diżapunt. L-ispirtu ħieles u l-istudenti ta' Carlos Farrugia L-attur li ilu fid-drama għal dawn l-aħħar 24 sena, għandu wkoll skola għall-istudenti ta' kull eta'. Freespirit ilha miftuħa għal iktar minn 15-il sena u minnha ħarġu numru ta' atturi, kittieba u produtturi stabbiliti. Hu tenna li bħalissa minħabba l-miżuri tas-saħħa, l-iskola fiżikament kellha tagħlaq il-bibien. L-istudenti huma pjuttost għal qalbu u dan intwera' biċ- ċar meta qal, "nibqgħu inżommu kuntatt mal-istudenti tagħna virtwalment biex naraw kif inhuma, kif ukoll nagħtuhom xi eżerċizzji żgħar biex iżommu r-ritmu". Freespirit, immexxija minn Carlos Farrugia u żewġ diretturi oħra, ma temminx li l-lezzjonijiet tad-drama jistgħu jilħqu l-potenzjal tagħhom online. Dan wassal biex l-unika xogħol li jsir virtwalment huma l-provi u l-kitba tal- iskripts mill-istudenti stess. Hu qal li "produzzjonijiet ippjanati li jittelgħu f 'April jew Mejju, se jibqgħu għaddejin bil-preparamenti u provi. Dan qed isir biex jekk jinfetah it-teatru, inkunu lesti biex intellgħu l-produzzjonijiet kif suppost." 'Le, ħanini, dak iħobbok ħafna ... ara xi jħares lejk!' - Vari L-istudenti li qed jitgħallmu l-Malti f 'livell avvanzat u forsi wkoll dawk li jħobbu l-letteratura Maltija semgħu żgur b'Vari, miktuba mill-kittieb notevoli Trevor Zahra. Din in-novella hi l-proġett li kien qed jaħdem fuqha għal dawn l-aħħar sentejn Farrugia. Vari kienet se ssir is-sena l-oħra, iżda tlett ġimgħat qabel il-ftuħ kellha titħassar. B'dispjaċir hu spjega li kienu diġà seħħew numru ta' arranġamenti, imbagħad saret laqgħa mal-Valletta Cultural Agency u Spazju Kreattiv biex tiġi posposta għal din is-sena. "Aċċettajna għax offrewlna termini tajbin u għax diġà kellna l-esperjenza," spjega. Din il-produzzjoni ma kienx qed jaħdem fuqha waħdu. Miegħu kien hemm Joseph Galea, persuna oħra li għad-drama Maltija definittivament mhux wiċċ ġdid. Fil-Milied li għadda Galea ħadem ma' Trevor Zahra u Corazon biex itellgħu Storjakanta. Avveniment annwali li jservi ta' vettrina għal-letteratura u mużika Maltija. Storjakanta kien itella lura f 'Diċembru u bil-miżuri tas-saħħa mħarsa f 'kull mument xorta kisbet suċċess. B'dan kollu f 'moħħ id-diretturi, Vari ġiet posposta għal din is-sena. Sfortunatament, l-istorja rrepetiet ruħha u l-produzzjoni reġgħet tħassret. Carlos Farrugia spjega li din mhux produzzjoni komuni, għax "Vari marbuta mal-passjoni ta' Kristu u ma nistgħux intellgħuha fi żmien ieħor. Se nibqgħu għaddejin bil-provi għas-sena kollha u nerġgħu nippruvaw nagħmluha f 'Marzu li ġej." L-għajnuna li tingħata lill-atturi u produtturi Mistoqsi jekk l-artisti jieħdux għajnuna biżżejjed kemm f 'riżorsi u finanzi, Farrugia qal li, "l-għajnuna diġà żdiedet imma mingħajr ma ninstema preżuntuż, nixtieq li kellna iktar". Hu spjega kif ammont sostanzjali ta' għajnuna finanzjarja għall-artisti żdiedet. Dan għaliex il-Gvern offra għajnuna lill- artisti li jaħdmu dan ix-xogħol full-time. Meta wieħed jikkunsidra produzzjoni, jaf tkun iktar faċli biex takkwista għajnuna fir-riżorsi. Hawn Carlos Farrugia rringrazzja entitajiet bħall- Valletta Cultural Agency u Spazju Kreattiv li sab għajnuna kbira mingħandhom. Hu qal ukoll li sab għajnuna anke fil- passat meta kellu jtella' produzzjonijiet bħal 'Serata b'4' li ġiet imtella' bl- għajnuna tal-Università ta' Malta. Fil-preżent sab l-għajnuna ukoll tal- Minn Ġesu għal Sergio f'Gizelle; X'għandu x'jaqsam Clark Kent ma' Ġesu Kristu? X'jagħmel drama suċċess f'Malta? Kif intlaqat l-attur fil-pandemija? Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' attur lokali stabillit ...