Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 MCAST li b'kollaborazzjoni magħhom qed jibqgħu jsiru l-produzzjonijiet mill-istudenti. Hemm entitajiet oħra li bis-saħħa tagħhom l-atturi jibqgħu għaddejin b'xogħlhom u ta' dan Farrugia irringrazzjahom. 'Minn Clark Kent għall- Superman' Ħafna jassoċjaw lil Carlos Farrugia maż-żmien tal-Ġimgħa l-kbira u bir- raġun. Farrugia beda' l-vjaġġ tiegħu fid- drama propju bis-saħħa ta' Ġesu, lura meta kellu 19 il-sena. Hu jgħid, "Kristu hu importanti ħafna għalija kemm f 'mod artistiku u anke personalment. Tant hu hekk, li spiċċajt għamilt studji kbar fuqu" Hawn Farrugia rrakonta kif hu żar l-Israel f 'dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa l-Kbira biex flimkien ma' gwida jimxi l-passi kollha li għamel Kristu qabel mewtu. Fir-rakkont tiegħu hu qal, "bdejt minn fejn jaħsbu li għamel l-aħħar ċena u mxejt il-passi kollha tiegħu. Li jien niġi assoċjat ma' dawn iż-żminijiet hu unur għalija." Hu stqarr mal-gazzetta ILLUM li l-Ġimgħa l-kbira togħġbu immens speċjalment l-istorja tagħha f 'Malta. Għalkemm ilu ma jilbes il-libsa ta' Kristu għal ftit snin mhux ħażin xorta jibqa jiftakar l-emozzjonjiet li kien iħoss. "Kull darba li nilbes il-libsa ta' Kristu, qisek għandek Clark Kent jaqleb f 'Superman," qal b'daħka. L-emozzjonijiet li tħoss huma pjuttost inkredibbli tant li skont hu anke "meta tilbes il-kuruna tax-xewk, hija xi ħaga vera kbira u ta' unur." Il-Ġimgħa l-kbira tradizzjonali għal xi wħud taf tkun ripetittiva u għalhekk dan l-attur beda' jimraħ lejn xogħol kontemporanju. Din is-sena, wara disa' snin, Carlos Farrugia reġa' għandu karratru tradizzjonali, dak ta' San Ġwann, fil-Mixja, produzzjoni ta' Alan Fenech. Imma kif issaħħar wara xogħol tal-Ġimgħa l-Kbira meqjus bħala kontemporanju? "Kont ħdimt ġo film qasir ta' Patrick Vella, fejn Ġesu kien inqatel f 'siġġu tal- eletriku min-Nazi," qal Farrugia. Il-film li jgib l-isem "The Elected" rebaħ ukoll xi awards internazzjonali u kien ta' suċċess kbir ma' dawk li jħobbu xogħol oriġinali. L-attur kompla jirrakonta kif wara iltaqa' ma' wieħed mill-akbar ħbieb tiegħu, Joseph Galea u sar jaf bl-iskript "Ġuri ta' Ġuda", ibbażata fuq l-istorja ta' Ġuda li jsib ruħu quddiem ġuri modern. Minn hemm qatagħa li jistaqsi lil Galea biex jagħmlu xi proġetti flimkien. Imnalla kien hekk għax dawn iż-żewġ artitsti ħarġu b'xogħol imprezzabli. Fosthom hemm 'Kristu f 'Strada Stretta', produzzjoni li kellha titella sitt darbiet iżda tant kemm ġiet milqugħa tajba mil- pubbliku li spiċċat itellgħat 14 il-darba. Johnny Depp u Andre Penza, Joseph Galea u l-istejjer tal-waħx ... Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Carlos Farrugia, li kieku ħajtu kellha ssir film, lil min jagħżel biex jagħmel il-parti tiegħu u lil min jagħżel biex jiktibha. "Jien naħseb li l-unika attur li jista' jagħmel il-parti tieghi hu Johnny Depp," wieġeb b'daħka fuq fommu. Din il-mistoqsija ħasbitu mhux ftit lil Farrugia, tant li ftit mumenti wara beda' jikkunsidra lil min jagħzel mix-xena lokali biex jagħmel il-parti tiegħu. Farrugia fakkar li żmien ilu kienet daħlet ċerta kompetizzjoni bejnhu u bejn Andre Penza. Dak iż-żmien Penza kien ukoll jagħmel il-parti ta' Kristu u kien hemm iċ-ċajta bejnithom ta' min jagħmilha l-aħjar. Kien dan li wassal lil Farrugia biex jgħid, " li kieku kelli nagħżel, immur għalih. Hemm ċertu xebh u nħobb l-istess affarijiet." Rigward il-kitba, Farrugia qal "m'għandix dubju li nagħżel lil Joseph Galea. L-iktar wieħed li jafni u wieħed mill-aħjar kittieba li naf." Hu kompla jiddeskrivi lil Joseph bħala bniedem li dejjem żamm saqajh mal-art, umli u dejjem lest li joffri spalla. Mistoqsi liema karattru jixtieq li jinterpreta fil-futur, Farrugia wieġeb li hu jħobb ħafna l-istejjer tal-waħx. Intant hu qal, "jogħġobni imma mhux il-makabrità. Fejn jidħlu misteri u spirti imbagħad napprezzah ħafna." Spjega ukoll li bħalissa flimkien mat-tfajla tiegħu, qed jara American Horror Story u li kieku jista' jipprova jieħu sehem fl- istaġun li jmiss. 'Il-kwalità mixja l-quddiem b'riżorsi limitati' Carlos Farrugia ġie mistoqsi mill- gazzetta ILLUM, l-opinjoni tiegħu fuq il-kwalità tad-drammi fuq it-televiżjoni f 'dan iż-żmien. Fi ftit kliem hu qal li l-kwalità mixja 'l quddiem b'riżorsi limitati'. Farrugia spjega li l-Maltin minn dejjem kellhom passjoni kbira lejn id-drama u dan jidher biċ-ċar fid-drammi lokali. Hu qal li n-narrattiva minn dejjem kienet b'saħħitha u xhieda ta' dan hemm id- drammi klassiċi li ħadd ma jista' jinsa bħal; Baħar Wieħed, Salib it-Toroq, Il- Madonna taċ-Ċoqqa, Simpatiċi u ħafna iktar. Iżda skont Farrugia kien Gizelle li għolla l-livell tekniku u ħeġġeġ lil ħafna li jagħmlu l-istess. Hu qal, "Gizelle kien rivoluzzjonarju. Kienet l-ewwel darba li saru premieres u open days għad-drammi f 'Malta. Imbagħad kien Evanġelisti li kompla jgħolli l-livell fit-teknika u ġabar miegħu narrativa iktar b'saħħitha minn Gizelle." Farrugia temm jgħid li dan l-aħħar Malta pproduċiet ftit mill-aqwa drammi iżda r-riżorsi baqa' limitat. "U meta tqis kif jaħdmu dawn l-artisti, kif tista' ma tammirahomx?" staqsa Farrugia. L-artist spjega kif barra minn Malta, produzzjoni jkollha ammont kbir ta' ħaddiema u riżorsi filwaqt li f 'Malta mhux l-ewwel darba li d-direttur jispiċċa jżomm il-mikrofonu hu. Farrugia temm jgħid li wasal iż-żmien Il-passjoni ta' Carlos Farrugia Gizelle kien rivoluzzjonarju. Kienet l-ewwel darba li saru premieres u open days għad- drammi f'Malta. Imbagħad kien Evanġelisti li kompla jgħolli l-livell fit-teknika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021