Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198
YENDRICK CIOFFI "Biex inkomplu nnaqqsu t-tniġġis mill-karozzi, il-Gvern ħatar kummissjoni għal karozzi aktar nodfa bil-għan li tagħmel i r - r a k k o m a n d a z z j o n i j i e t dwar għażla ta' cutoff dates li l-Gvern jista' jmur għalihom. Dan id-dokument qed ikun ikkunsidrat." Hekk saħqet mal- gazzetta ILLUM il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, Miriam Dalli. L-ILLUM tkellmet mal- Ministru Dalli wara li fl-aħħar ġimgħat il-gazzetta ltaqgħet ma' aġenti tal-karozzi li qalu kif id- domanda għall-karozzi elettriċi jew inkella hybrid (li jaħmdu b'aktar minn sors wieħed ta' enerġija) qed tiżdied, iżda ħafna klijenti jaqtgħu qalbhom għax infrastruttura għalihom ma hawnx u anke għax il-prezz tagħhom għadu ogħli wisq. Il-gazzetta fakkret lill- Ministru Dalli (li anke meta kienet Membru Parlamentari Ewropew ħadmet ħafna fuq dan is-suġġett), li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat qal kemm-il darba li Malta jeħtieġ li jkollha data meta twaqqaf kompletament l-importazzjoni ta' karozzi li jaħdmu bil-fjuwil. X'sar minn din il-wiegħda? Il-Ministru qalet li l-impenn tal-Gvern jibqa' dak li sal- 2050, jilħaq il-mira ta' carbon neutrality, jiġifieri li l-pajjiż ikollu ekonomija u mod ta' għixien li ma jniġġisx. Madanakollu, fejn jidħlu l-vetturi, il-Ministru qalet li l-Gvern qed jikkunsidra d-dokument imħejji mill- kummissjoni li kienet twaqqfet biex tistudja kif Malta tista' twaqqaf l-importazzjoni tal- karozzi li jaħdmu b'sorsi ta' enerġija li jniġġsu. "Il-gżejjer Maltin u Għawdxin għandhom il-potenzjal li jservu bħala testing ground għal teknoloġiji ġodda u fil-ħidma tagħna qed naraw kif nistgħu nattiraw investimenti ġodda lejn pajjiżna," insistiet il-Ministru Dalli. 326 charging point sal-aħħar tas-sena Komplejna nitkellmu fuq il- mira ta' carbon neutrality sal- 2050 u kif is-settur tat-trasport, bl-elettrifikazzjoni tal-flotta tal-karozzi u l-proviżjoni ta' charging pillars huwa wieħed mill-pilastri ewlenin biex tintlaħaq din il-mira. "Fil-fatt, il-Ministeru li mmexxi tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli flimkien mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura għaddejjin b'ħidma konġunta fuq dawn l-aspetti," qalet il-Ministru. L-għan huwa, kompliet tispjega, li l-pajjiż ikollu strateġija olistika biex mhux biss jiżdiedu n-numru ta' punti ta' aċċess għaċ-charging pillars madwar Malta u Għawdex, imma biex dan isir bi pjan. "Qed naħdmu fuq it-tisħiħ tal- infrastruttura pubblika eżistenti biex sal-aħħar tas-sena, jkollna 362 punt ta' charging," spjegat Dalli. Aċċessibbilità u prezzijiet Insistiet ukoll li ż-żieda fin- numru ta' karozzi li jniġġsu jew iniġġsu anqas (ZLEVs), jiddependi minn żewġ fatturi: il- politika u d-direzzjoni li jagħti l-Gvern kif ukoll l-aċċessibilità ta' dawn il-karozzi u kemm min jimmanifattura l-karozzi jipproduċi karozzi ZLEVs, bi prezzijiet li jagħmlu sens għall- konsumaturi. "Waħda tiddependi mill-oħra, u din hija xi ħaġa li tapplika għas-suq internazzjonali u mhux Malti biss. Aktar ma jkun hemm takeup, aktar se jonqos id- distakk bejn il-prezz ta' karozza konvenzjonali u dak ta' ŻLEVs," kompliet tispjega l-Ministru. Iżda mhux il-Gvern waħdu... Fakkret li din it-tranżizzjoni mhijiex xi ħaġa li għandu jagħmel il-Gvern waħdu biss imma tgħodd anke għas-settur privat. Spjegat kif ftit tal-ġimgħat ilu kienet preżenti għal proġett ambizzjuż ta' kumpanija privata li sal-2025 qed tippjana li tbiddel il-karozzi kollha tagħha għal dawk li ma jniġġsux. Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Gvern ħareġ sejħa biex isir studju biex il-vetturi tas-settur pubbliku li jaħdmu bil-fjuwil jinbidlu għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Huwa stmat li t-tniġġiż tal- arja joqtol nofs miljun persuna fis-sena fl-Unjoni Ewropea. F'Malta biss, it-tniġġiż tal-arja huwa responsabbli għal 220 mewta fis-sena. Dwar dan is-suġġett aqra wkoll id-dettalji tas-sondaġġ li għamlet il-gazzetta ILLUM f 'paġni 14 u 15. IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 • illum aħbarijiet Il-Gvern qed jistudja d-dati meta tista' titwaqqaf l-importazzjoni tal-vetturi li jniġġsu Il-Ministru Miriam Dalli tgħid li Malta għandha l-potenzjal biex isservi bħala 'testing ground' għal teknoloġiji ġodda u l-Gvern qed jara kif se jattira investimenti ġodda Sal-aħħar tas-sena l-pajjiż se jkollu 326 charging points Miriam Dalli