Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 Carmel Bonnici Ix-xbieha ta' Kristu fiċ-ċinema u films oħrajn reliġjużi (1) Fuq il-liżar ċinematografiku, għall-ħafna snin. Il-persuna ta' Ġesu' Kristu kienet xi ħaġa kontroversjali. Il-produtturi u diretturi ppreferew jagħtu xhieda tal-preżenza Tiegħu permezz ta' xi id, xi mantell, dell jew ombra, jew juru r-reazzjoni ta' skantament kbir minn dawk preżenti quddiemu, speċjalment wara xi miraklu. Fl-ewwel 10 snin minn din l-invenzjoni tas-"seba' arti" dehru diversi xogħlijiet dwar ħajtu. Fl-1912, Robert Henderson ħadem din il-parti f 'super- produzzjoni ta' From e Manger To e Cross. Fl-1916 wasal Civilisation, b'George Fisher bħala Kristu fuq it-terran tal-battalja u fl-istess sena ħareġ Intollerance tad-direttur ċelebri D. W. Griffiths, film kolossali ta' kważi tliet sigħat li fih Ġesu kien interpretat minn Howard Gaye. Fl-1927, id-direttur Cecil B. DeMille, rinomat għall- films Bibbliċi tiegħu, ħadem King Of Kings, b'H. B. Warner fil-parti prinċipali. Kull offiża ġiet imnaqqsa billi fl- ewwel derha Tiegħu mill-faċċata, wiċċ Kristu deher imċajpar mill- għajnejn ta' tifla li għadha kemm ħadet id-dawl minn miraklu tal- Imgħallem fuqha. Id-direttur Franċiz Julien Duvivier ħadem Golgotha bl-attur Robert Le Vigan. Kellhom jgħaddu 20 sena oħra qabel il-figura ta' Kristu reġgħet dehret fuq il-liżar il-kbir f 'Day Of Triumph, film sponsorjat bl-attur mhux professjonali Robert Wilson. Fl-1961 waslet versjoni oħra ta' King Of Kings, issa bix-xbieħa ta' Kristu murija minn kull lat bil- persuna attraenti ta' Jeffrey Hunter, attur gustuż b'għajnejn ċelesti, parti li qajmet xi kontroversji li, sfortunatament, kisbet il-laqam ta' I Was A Teenage Jesus. Erba' snin wara, d-direttur George Stevens bi bravura daħħal lill-attur twil Żvediż, Max Von Sydow bħala il-Feddej fil-film kolossali, pero' xi daqsxejn diżappuntanti għax kien serju wisq f 'e Greatest Story Ever Told. Dan kien xogħol verament solenni li jilħaq il-qofol tiegħu fis-sekwenza twila u elaborata tal- qawmien ta' Lażżru. Fl-1964, mill-Italja deher forsi l-aktar film reali, kommoventi, qawwi u serju, iżda mhux spettakulari jew epiku, maħdum bla kulur, dwar l-Iben t'Alla, Il Vangelo Secondo Matteo (e Gospel According To St. Matthew) bl-attur Spanjol Enrique Irazoqui u atturi oħra mhux professjonali. Dan kien dirett minn Pier Paolo Pasolini, ateu u Marxista ferventi u jgħidu li ħadem dan ix-xogħol li jimxi b'dinjita' kwieta u poetika, tant imfaħħar mill-kritiċi u minn dawk ċineasti veri, biex jogħġob lil ommu Susanna li ħadmet il-parti ta' Marija adulta, miġbud kollu kemm hu fix-xenarju naturali, selvaġġ pero' sabiħ ta' Reggio Calabria. Fl- 1969, direttur ieħor anti-reliġjuż, l-Ispanjol Luis Bunuel, poġġa lil Bernard Verley bħala Kristu fix- xogħol e Milky Way (La Voie Lacte'e). Figuri ta' Kristu ta' kull xorta nstabu fi produzzjonijiet bħal: e Passing Of e ird Floor, e Fugitive (1947), Strange Cargo, u e Face. Films dwar l-influwenza diretta ta' Ġesu' kienu jinkludu: Quo Vadis, e Last Days Of Pompeii, Barabbas, e Wandering Jew, Ben-Hur, e Robe (1953), l-ewwel film bil-proċess ta' liżar wiesa', u CinemaScope, fejn l-attur Cameron Mitchell kien il-vuċi tal-Iben t'Alla. Xeni verament qosra tal-Passjoni dehru wkoll ġo films li żgur ħadd ma jobsorhom bħal fil-kontroversjali tas-sess u vjolenza, A Clockwork Orange u f 'dak tal-biża' Tales From e Crypt: Demon Knight, fejn id- demm ta'Ġesu' miġbur minn taħt is-salib minn pellgrin li jgħix matul is-sekli, meta jidilku mal-bibien u t-twieqi jżomm lura l-vampiri u iħirsa oħra. Is-snin sebgħin kienu żmien fejn Kristu ġie mmoderniżżat f 'rock u pop operas bħal Godspell u l-famuż Jesus Christ Superstar, xogħol ta' Andrew Lloyd Webber. Dan il- proġett mużikali tal-1973 li kien diġà għamel suċċess enormi fuq il-palk u reġa' kiseb għarfien fiċ- ċinema. Ted Neeley interpreta lil Ġesu'. Fis-sena 1977, direttur ieħor Taljan, din id-darba Kattoliku ferventi, Franco Zeffirelli, ppreżenta ghat-TV Jesus Of Nazareth, b'kast formidabbli mill-aqwa, proġett dettaljat li joqrob is-seba' sigħat, b'Robert Powell tant effiċjenti bħala Kristu. Hawn Malta kien ħareġ għaċ-ċinema f 'żewġ partijiet. Dan ix-xogħol solidu ta' Sir Lew Grade rawh tant nies fuq it-televiżjoni, tendenza li ppuntat li fid-dinja ħafna huma li jridu jemmnu f 'xi ħaġa superjuri aktar mill-bniedem. L-iscreenplay ta' Jesus of Nazareth kitibha l-awtur Anthony Burgess li kiteb l-infami A Clockwork Orange, kien imdaħħal fil-kitba ta' Fellini's Casanova u għamel xi żmien joqgħod hawn Malta (Ħal Lija) iżda kellu jitlaq lejn l-Italja minħabba antagoniżmu miċ-ċensura lokali. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021