Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 • illum Peppi Azzopardi Peppi Azzopardi huwa ġurnalist, xandar u opinjonista 'In-nies terġa' tagħżel lil Joseph Muscat' K ieku Joseph Muscat ma rreżenjax u kieku l-elezzjoni isir issa, Muscat jerġa' jirbaħ bil-kbir. Se nittanta ngħid għaliex. Ejja ngħidu li se tixtri karozza Tagħmel ġranet jew sigħat tiġri fuq l-Internet u f 'showrooms biex tagħżel Jekk dejjem xtrajt karozza ta' ditta, diffiċli taqleb għal ditta oħra Imbagħad wara ħafna ħsieb tagħżel. U tixtri l-karozza. Ta' ditta oħra. Tgħid ma' kulħadd li din hija l-aqwa karozza li hawn fis-suq. L-aktar ekonomika. L-aktar komda. Wara ġimgħa li l-karozza l-ġdida tkun ilha għandek , tqum filgħodu u ma tistartjax. Iċċempel ix-xoghol li se tasal tard imma ma tgħidilhomx li l-karozza l-ġdida tiegħek ma startjatx. Taqbad taxi. Ftit jiem wara tibda tagħmel ħoss ikrah Bil-moħbi tieħu l-karozza għand l-aġent u tinsisti miegħu li jsewwuha malajr għax għandek bżonnha Ma tridx li tal-familja u sħabek jindunaw li l-karozza ġdida li xtrajt qed tagħtik it-trouble. F'qalbek tibda tixtieq li xtrajt karozza tad-ditta li dejjem emmint fiha. Imma biex ma taqgħax għan-nejk tibda tgħid "u dawn il-karozzi mhux kollha xorta, mhux kollha jiġu bit-trouble". U minkejja li tħossok tradut mill-aġent tal-karozza li xtrajt, xorta miegħek innifsek u man-nies tibqa' tiddefendiha. Għax fil-fatt inti ma tkunx qed tiddefendi l-karozza imma l-għażla li għamilt inti. Ma tkunx qed tiddefendi id-ditta imma lilek innifsek. Biex ma taqax għan-nejk. Miegħek. U mal-kumplament. Hekk ġara meta minkejja l-korruzzjoni ċara li kien hemm fl-ewwel erba' snin ta' Gvern Laburista, il-maġġoranza tan-nies xorta vvutaw Labour. Mhux għax riedu jiddefendu l-korruzzjoni tal-Labour, imma għax riedu jiddefendu l-għażla li għamlu. U jekk kienu telqu mill-PN iktar u iktar riedu juru li dik kienet u għadha deċiżjoni ta' għazla tajba. Imbagħad meta aktar nies jibdew jgħidu li bl-istess għamla tal-karozza li xtrajt inti għandhom biss trouble jibdew jagħmlu kurraġġ b'xulxin u f 'daqqa waħda jibdew jeħduha kontra l-karozza u jinsistu li huma kienu traduti Imbagħad b'mod brutali u oxxen, għax kienet se tkompli tikxiom, inqatlet Daphne. Ix-xhieda dwar il-qtil brutali u insensat tagħha qed jibda jisfida l-għażla tan-nies favur il-Labour. U bil-mod in-nies li kienu mxew lejn il-Labour qed jagħmlu l-kuraġġ b'xulxin. "Mhux it-tort tagħna li għażilna ħażin imma tradewna" Sa issa din l-ammissjoni kolletiva għadha ma ġratx Imma se tiġri. M'iniex ċert meta, imma ċert li se tiġri U meta tiġri l-Labour se jibda jitlef il-voti minn kullimkien. U dan ma jkunx tort ta' Robert Abela Veru li kien konsulent tal-Gvern u ma nistax niem kif ma ntebaħx jew żamm sieket dwar l-oxxenitajiet li kienu qed jiġru. Imma veru wkoll li Robert Abela bħala Priministru ħa deċiżjonijiet iebsin li wrew biċ-ċar li bil-fatti jrid jibda ir-rivoluzzjoni għas-sewwa li għandu bżonn dan il-pajjiż. Pero. Robert Abela jrid ikun iżjed assertiv. F'għemilu. Sitwazzjoni estrema titlob miżuri estremi. U meta se jasal iż-żmien li n-nies tirrealizza il-ħsara li saret lilhom u lill- uliedhom, lil min se tivvota? Skont x'se jagħmel Robert u skont x'se jagħmel Bernard. Apposta qed ngħidilhom b'isimhom. Għax l-għażla mhix fit-titli u n-nejk li t-titli jġibu magħhom. ... U l-froġa fit-Times Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM I eqfu minuta. Mur ara li kieku ġrat lilna din. Immaġinaw għal minuta li kieku din l-istorja tat- Times kienet għal MaltaToday jew xi gazzetta oħra. Mur ara. Kemm kien jippoppa sidru dak l-eżaltat Manuel Delia u jippontifika fuq x'inhu sew jew mhux sew. Ara meta kien jiddandan ma' George Fenech, missier Yorgen u l-avukat Georg Sapiano u Adrian Delia, ma kienx jara d-dlam li qed jara llum. Imma ejja mmorru għas-suġġett tat-Times. Din il-gazzetta ilha snin tipprietka kif għandna ngħixu u x'għandna nagħmlu. U issa dawk li kienu diretturi tat-Times spiċċaw biex ser jitressqu fuq każ ta korruzzjoni, kif ukoll miżappropjazzjoni ta' fondi tal- Malta Enterprise. Mhux ċajt tafux; frodi u korruzzjoni! Mur ara kieku jien spiċċajt bħalhom! Ajma, kemm konna nisimghu biki u theżżiż ta' snien. It-tajba li dak l-oraklu, l-eks Imħallef Giovanni Bonello, li huwa ċ-Chairman ta' Strickland Foundation kien ġie mqabbad mit-Times biex jara il-kif u l-come ta' dak li Adrian Hilman ħexa meta Keith Schembri bnielhom l-istamperija. U alla jbierek dan ir-rapport baqa' sigriet u mistur. Iva, mistur! Għax Alla jbierek rapport tal-Gvern jew xi inkjesta maġisterjali, it-Times tridha fuq il-bank tal-editur imma rapport intern fuq il-ħaxi tagħhom, dak le, dak irid jibqa' msakkar f 'xi sejf. Jien ma nafx kif ċerti nies ma jistħux. Issa biex l-affarijiet ikun ċari, hawnhekk qed nitkellmu fuq it-Times, kumpanija mmexxija minn dinosawri li mhux biss bnew stamperija u premises ġodda imma rnexxielhom iniżżlu lill-kumpanija fil-qiegħ nett u wara sitt snin kellhom jgħalqu l-istamperija. Matul dawn l-aħħar snin meta taqra l-editorjali taħseb li qed jitkellem Abraham minn fuq l-għolja, u li għat-Times kulħadd midneb, ħlief huma - li jaraw lil kulħadd dubbien u kretini. U ħalli għalihom ipinġu lil Malta qisha l-agħar post fid-dinja. Giovanni Bonello aktarx kien jaf aktar fir-rapport li għamel u kieku kien jaf aktar messu qabad u għadda l-informazzjoni lill-pulizija. Bħal ma tagħmel il-Knisja meta taqbad xi qassis li ġie ippruvat li dahar għal xi tifel. Din l-istorja ma waqfitx hawn, għax Mario De Marco li huwa membru tal-Istrickland Foundation ukoll għandu x' jirrispondi. Sa fejn naf jien, xi darba kien avukat ta' Keith Schembri, u fi żmien meta t-Times kienu irċevew €1.7 miljun bħala 'investment aid' għall-istamperija hu kien l-avukat tal-Malta Enterprise u Viċi Kap tal-PN. Dan li ddikjara iktar minn nofs miljun ewro fi qliegħ kien jaqla €70,000 fis-sena mill-Malta Enterprise. Jien mhux qed ngħid li għaffeġ hu, imma responsabbilità politika hemm tibqa' u li kont Demarco, kont nirriżenja. Insomma, li naf hu li wara din l-istorja it-Times għandhom jaraw x'ser jagħmlu. Jekk iridu jkomplu jipprietkaw l-aħjar ħaġa jmorru jipprietkaw bejniethom. Ifittxu mera kbira u jħarsu waħda sew lejha u jistaqsu lilhom nfsuhom xi tfisser il- frazi li "biex tiskonġra trid tkun pur." Forsi jekk jistaqsu wieħed mill- kontributuri tagħhom, bħal Manuel Delia - jkun jista' jispjegalhom it- tifsira ta' din il-frażi, aħjar ukoll. Joseph Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021