Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -arresti li saru lbieraħ huma bla dubju pass 'l quddiem għall-ġusti- zzja u għall-aċċertazzjoni tal-buon ordni fil-pajjiż. Ikun x'ikun l-eżitu tal-proċeduri li issa jridu jibdew fil-Qrati tal-Ġustizzja, dak tal-bieraħ huwa sinjal ċar illi l-istituzzjonijiet ta' dan il-pajjiż qed jiffunzjonaw u li l-ebda ħadd, l-anqas min jaħseb li huwa 'l fuq minn kulħadd, mhu ikbar mill-forza tal-liġi. Naturalment iżda filwaqt li ninnutaw b'sodisfazzjon li dak li ħadd qatt ma ħaseb li jista' jiġri (l-arrest ta' Schembri) ġara u filwaqt li wieħed jeħtieġ jistenna l-proċess jieħu t-triq tiegħu, tajjeb nisiltu xi konklużjonijiet minn dak li seħħ f 'dawn il-jiem. L-ewwel u qabel kollox: Il-Gvern mhux qiegħed hemm biex xi ħadd jagħmel negozju minnu. Il-Gvern huwa ta' min eleġġieh u jmexxi l-Gvern il-persuna eletta, mhux xi forza kbira minn wara li mhi kontabbli lejn ħadd. Il-Prim Ministru huwa dejjem ikbar minn kwalunkwe Chief of Staff tiegħu. Għalhekk ngħidulu Prim Ministru għax huwa l-ogħla persuna fl-Eżekuttiv. It-tieni: Il-politika u n-negozju huma ħbieb, mhux miżżewġin. Il-mument li l-interess nazzjonali jibda jorqod mal- interess tal-but ta' xi individwi jkollna kollass tal-bilanċ politiku, tat-trasparenza, meritokrazija u governanza. Għax dawn ma jistgħux jeżistu fejn hemm l-interess li xi ħadd jistagħna minn fuq il-pożizzjoni tiegħu u fejn hemm l-interess tal-flus, l-ewwel u qabel kollox. It-tielet: Iż-żejt dejjem jitla' f 'wiċċ l-ilma. Inutli nfetħu l-kumpaniji fil-Panama għax inkixfu. B'ċikka veru, imma inkixfu. Kif inkixfet ta' min hija 17 Black, kif inkixfet email tan-Nexia BT ta' Karl Cini, kif inkixfu l-flus li daħlu f '17 Black, kif diġà inkixfu ħemel ta' fatti u informazzjoni dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, kif inkixfu allegati flus bejn Schembri u Hillman. Huwa ta' xejn li taħbi, tigdeb jew agħar minn hekk tabbuża mill-intelliġenza ta' votanti leali lejn il-Partit Laburista, kif għamel Keith Schembri din il-ġimgħa. Infakkrukhom: Joseph Muscat - l-aktar Prim Ministru popolari mill-gwerra, bl- akbar rebħiet fl-istorja politika, niżel għax niżlu Keith Schembri, l-ewwel u qabel kollox. Niżel għax il-ħabib tal-qalb ta' Keith Schembri - dieħel u ħiereġ Kastilja - huwa l-akkużat ewlieni f 'assassinju ta' ġurnalista. Għalhekk irreżenja Muscat! Mhux minħabba "l-establishment". It-tielet: Wieħed ma jistax ma jinnotax illi ġew akkużati persuni li kienu jmexxu grupp li jippubblika e Times u e Sunday Times. Apparti li din hija daqqa kbira lil dik il-kumpanijna per se, din hija wkoll daqqa kbira lill-kredibilità tal-midja indipendenti. Lilna wkoll. Inti ma tistax titla' fuq il-pulpti tgħallem u tippontifika u fl-istess ħin, tkun qed tagħmel eżatt l-oppost ta' dak li qed tikteb u tagħmel. Ma tistax titkellem fuq il-governanza daqslikieku l-governanza u t-trasparenza jgħoddu għall-Partit Laburista biss jew għall-partiti biss u inti allegatament tkun qiegħed tagħmel l-istess bil-poter żgħir li għandek fil-kumpanija li qed tmexxi. Żbalji kulħadd jagħmilhom. Jiżloq xi it kulħadd. Mument ta' ġudizzju ħażin kulħadd ikollu. Imma ma tistax iżżomm f 'idejk it-torċa tal-korretezza, jekk mhux talli m'intix korrett, talli inti malizzjuż. Il-Midja għandha problema kbira li ħadd mhu qed jitkellem dwarha. Li ħadd mhu qed jaħseb biżżejjed dwar is-soluzzjonijiet għaliha. Il-problema kbira tal-ġurnaliżmu la hija l-ONE, la hija n-Net u għalkemm l-assassinju ta' ġurnalista kien daqqa kbira għall-midja u għall-pajjiż, xorta mhijiex l-akbar problema. L-akbar problema huma l-flus. Il-flus biex tippubblika, biex tħallas lill-ġurnalisti u edituri u biex topera. Ħarsu lejn il-ġurnali - jekk tgħodd sitt riklami fl- erba' ġurnali ta' kuljum f 'daqqa, tkun tgħodd ħafna jew tkun viċin! Ħafna gazzetti jiddependu b'mod qawwi jew sostanzjali fuq il-Gvern biex joperaw, speċjalment bħalissa li l-privat huwa xott mill-flus. Allura ma kienx ovvju li xi darba se jiġi xi ħadd mill-Gvern li juża dan il-fatt biex jinfluwenza lill-midja favurih jew favur il-Gvern? Kemm ħsibna li se ndumu niddependu fuq l-onestà qabel jiġri dak li allegatament ġara? Ir-raba': Għandna bżonn ngħalqu dan il-kapitlu darba għal dejjem. L-affarijiet mexjin u ejja nagħtu krettu fejn mistħoqq. Kemm ilu Prim Ministru Robert Abela, l-affarijiet mxew ħafna 'l quddiem u sar progress lejn il-kisba tal-ġustizzja. Issa jekk xi ħadd tant hu politikament għami u tant għandu aġenda anti-Laburista li lanqas din ma jrid jaċċetta, dik hija problema tiegħu! Ir-roti tal-ġustizzja llum qed iduru ħafna iktar minn qatt qabel fuq diversi każi. Huwa fl-interess tal-pajjiż, tagħna lkoll, pero' anke tal-Prim Ministru nnifsu li ngħalqu dan il-kapitlu. Pero' ma nistgħux ma nagħtux krettu lill-midja indipendenti wkoll li sfat attakkata u mgħajjra meta kienet qed tikxef u tikkritika ċerta fatti li bdew ħerġin. U anke hawn irridu insellmu lil ċerti politiċi li ma ddejqux jitkellmu u jikxfu - anke għal prezz taż-żebliħ, tgħajjir u vendikazzjonijiet. U l-akbar krettu, lejn min ħallas l-akbar prezz qares: Daphne Caruana Galizia, li kuljum qed jidher aktar ċar li inqatlet għax kienet se tikxef il-ħmieġ. Inqatlet biex min tħammeġ, ma jinkixifx. Imma kif għidna diġà ż-żejt dejjem fil-wiċċ jitla'. Min żbalja ħa jieħu li ħaqqu. Minn daħak bin-nies, ħa jitniżżel fil-kotba tal-istorja kif verament ħaqqu. Pero' wara li nkunu smajna dan kollu, hemm bżonn kbir li nimxu 'l quddiem u naċċertaw li ma nħarsu lura qatt aktar. Jekk nitgħallmu mill-preżent, ma nirrepetux l-iżbalji fil-futur. Pass għall-ġustizzja, daqqa għall-midja indipendenti u l-krettu fejn mistħoqq

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021